Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2004/0048(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0480/2006

Testi mressqa :

A6-0480/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/01/2007 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0004

Testi adottati
PDF 743kWORD 387k
Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2007 - Strasburgu
Iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità ***II
P6_TA(2007)0004A6-0480/2006
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (5893/5/2006 – C6-0310/2006 – 2004/0048(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5893/5/2006 – C6-0310/2006)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2004)0142),(3)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0480/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 289 E, 28.11.2006, p.42.
(2) ĠU C 227 E, 21.9.2006, paġna 464.
(3) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-18 ta' Jannar 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji u membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu xogħol marbut mas-sigurtà fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità
P6_TC2-COD(2004)0048

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (4) teħtieġ mill-amministraturi ta' l-infrstruttura u impriżi ferrovjarji li jistabbilixxu s-sistemi tagħhom ta' l-immaniġġar tas-sigurtà b'tali mod li s-sistema tal-ferroviji tkun għall-inqas kapaċi tilħaq miri komuni ta' sigurtà u tikkonforma mar-regoli ta' sigurtà u r-rekwiżiti ta' sigurtà nazzjonali definiti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà ("TSIs") u li jiġu applikati l-partijiet relevanti tal-metodi komuni ta' sigurtà. Dawn is-sistemi ta' mmaniġġar tas-sigurtà jipprevedu, fost affarijiet oħra, programmi ta' taħriġ tal-persunal u sistemi li jiżguraw li tinżamm il-kompetenza tal-persunal u li d-dmirijiet jitwettqu bil-mod xieraq.

(2)  Id-Direttiva 2004/49/KE tipprevedi li impriża ferrovjarja għandha jkollha ċertifikat ta' sigurtà sabiex tkun tista' tingħata aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji.

(3)  Skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità(5), l-impriżi ferrovjarji li jkollhom liċenzja għandhom, mill-15 ta' Marzu 2003, dritt ta' aċċess għar-retikolat tal-merkanzija trans-Ewropew għas-servizzi tal-merkanzija bil-ferroviji internazzjonali u, mill-2007 l-aktar tard, sejrin ikollhom dritt ta' aċċess għar-retikolat kollu fir-rigward tas-servizzi tal-merkanzija domestiċi u internazzjonali. Din l-estensjoni gradwali ta' drittijiet ta' aċċess sejra twassal inevitabbilment għal żieda fil-moviment ta' sewwieqa tal-ferroviji bejn fruntieri nazzjonali. Ir-riżultat sejjer ikun ta' domanda dejjem tikber għal sewwieqa mħarrġa u ċċertifikati sabiex joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(4)  Studju li sar mill-Kummissjoni fl-2002 wera biċ-ċar il-fatt li l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni għas-sewwieqa tal-ferroviji ivarjaw b'mod konsiderevoli. Għandhom għalhekk jiġu adottati regoli Komunitarji għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji sabiex jitneħħew dawn id-differenzi filwaqt li jinżamm il-livell għoli attwali ta' sigurtà tas-sistema tal-ferroviji fil-Komunità.

(5)  Tali regoli Komunitarji għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-għanijiet tal-linji politiċi Komunitarji dwar il-libertà ta' moviment tal-ħaddiema, il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà fil-provvista ta' servizzi fil-kuntest tal-politika komuni ta' trasport, filwaqt li tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(6)  L-iskop ta' dawn id-dispożizzjonijiet komuni għandu jkun fuq kollox li jagħmilha aktar faċli għas-sewwieqa tal-ferroviji li jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor, iżda wkoll li jagħmilha aktar faċli għalihom li jiċċaqalqu minn impriża ferrovjarja għal oħra, u ġeneralment li l-liċenzja u ċ-ċertifikati komplementari armonizzati jkunu rikonoxxuti mill-partijiet interessati kollha fis-settur tal-ferroviji. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet jistabbilixxu rekwiżiti minimi li l-applikanti għandhom jissodisfaw sabiex jiksbu liċenzja jew ċertifikat komplementari armonizzat.

(7)  Din id-Direttiva ssegwi u hija fil-biċċa l-kbira tagħha bbażata fuq il-ftehim konġunti storiċi li ntlaħqu fis-27 ta' Jannar 2004 bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema fit-Trasport (ETF) dwar il-liċenzja Ewropea għas-sewwieqa li jwettqu servizz ta' interoperabilità transkonfinali u dwar ċerti aspetti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli li jaħdmu f'servizzi transkonfinali interoperabbli(6).

(8)  Anke jekk Stat Membru jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sewwieqa li joperaw esklussivament fuq ċerti kategoriji ta' sistemi, retikolati u infrastruttura ferrovjarji, dan m'għandu bl-ebda mod jillimita l-obbligu ta' dak l-Istat Membru li jirrispetta l-validità ta' liċenzji fit-territorju kollu ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' ċertifikati komplementari armonizzati fuq l-infrastruttura relevanti.

(9)  Ir-rekwiżiti għandhom ikopru mill-inqas l-età minima sabiex tinstaq ferrovija, il-kondizzjoni fiżika u psikoloġika fuq ix-xogħol ta' l-applikant, l-esperjenza professjonali u l-konoxxenza ta' ċerti materji marbuta mas-sewqan ta' ferrovija, kif ukoll ta' konoxxenza ta' l-infrastrutturi li fuqhom huwa jkun meħtieġ jopera u tal-lingwa użati fuqhom.

(10)  Sabiex tiżdied il-vijabilita' ekonomika tiegħu, it-taħriġ li s-sewwieqa tal-ferroviji għandhom jieħdu sabiex jiksbu ċertifikat komplementari armonizzat għandu jiffoka, sal-punt li dan ikun possibbli u mixtieq mill-aspett tas-sigurtà, fuq is-servizzi partikolari li s-sewwieq irid iwettaq, bħal, per eżempju, trasferiment ta' ferroviji (shunting), servizzi ta' manutenzjoni, servizzi relatati ma' passiġġieri jew ma' merkanzija. Meta ssir il-valutazzjoni ta' l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Aġenzija") għandha tevalwa l-ħtieġa li temenda r-rekwiżiti ta' taħriġ speċifikati fl-Anness sabiex jirriflettu aħjar l-istruttura ġdida emerġenti tas-suq.

(11)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastruttura li joħorġu ċertifikati komplementari armonizzati jistgħu, huma stess, jipprovdu taħriġ għal għarfien professjonali ġenerali, konoxxenza lingwistika, għarfien dwar tagħmir mobbli u dwar l-infrastruttura. Madankollu, fir-rigward ta' l-eżamijiet, kwalunkwe konflitt ta' interessi għandu jiġi evitat mingħajr ma tkun eskluża l-possibbiltà li eżaminatur jista' jappartjeni għall-impriża ferrovjarja jew għall-amministratur ta' l-infrastruttura li joħorġu ċ-ċertifikat komplementari armonizzat.

(12)  Qegħdin jiġu żviluppati kompetenzi tal-persunal u kondizzjonijiet ta' saħħa u ta' sigurtà fil-kuntest tad-direttivi ta' interoperabbiltà, b'mod partikolari bħala parti mill-"ġestjoni u operat tat-traffiku" tat-TSIs. Hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza bejn dawn it-TSIs u l-Annessi ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni ghandha tikseb dan billi timmodifika jew tadatta t-TSI relevanti għal din id-Direttiva u l-Annessi tagħha billi tuża l-proċeduri previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea(7) u tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali(8).

(13)  Ir-rekwiżiti li jappartjenu għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati komplementari armonizzati stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jikkonċernaw biss il-kondizzjonijiet legali li jagħtu d-dritt lil sewwieq li jsuq ferrovija. Ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha, kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u applikati b'mod non-diskriminatorju, li jirrigwardaw l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi ta' l-infrastruttura, l-infrastruttura u t-tagħmir mobbli għandhom jiġu ugwalment rispettati qabel ma sewwieq ikun jista' jsuq ferrovija fuq infrastruttura speċifika.

(14)  Din id-Direttiva m'għandhiex tippreġudika l-implementazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(9), u lanqas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(10).

(15)  Sabiex ikunu garantiti l-uniformità u t-trasparenza meħtieġa, il-Komunità għandha tistabbilixxi mudell wieħed ta' ċertifikazzjoni, rikonoxxut b'mod reċiproku mill-Istati Membri, li jservi bħala prova kemm tal-konformità tas-sewwieqa tal-ferroviji ma' ċerti kondizzjonijiet minimi, kif ukoll tal-kwalifiki professjonali u tal-konoxxenza lingwistika tagħhom, filwaqt li l-ħruġ ta' liċenzji jitħalla f'idejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-ħruġ ta' ċertifikati komplementari armonizzati f'idejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastrutturi.

(16)  L-Aġenzija għandha teżamina wkoll l-użu ta' smartcard minflok liċenzja u ċertifikati komplementari armonizzati. Tali smartcard ikollha l-vantaġġ li tikkombina dawn iż-żewġ elementi f'ħaġa waħda u fl-istess ħin tkun tista' tintuża għal applikazzjonijiet oħra fis-settur tas-sigurtà jew għal finijiet tal-ġestjoni tas-sewwieqa.

(17)  L-informazzjoni kollha kontenuta fil-liċenzji, fiċ-ċertifikati komplementari armonizzati, u fir-reġistri ta' liċenzji u ta' ċertifikati komplementari armonizzati, għandha tintuża mill-awtoritajiet tas-sigurtà sabiex tkun faċilitata l-evalwazzjoni tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-persunal prevista fl-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE u sabiex jitħaffef il-ħruġ taċ-ċertifikati ta' sigurtà previsti fl-istess Artikoli.

(18)  L-impjieg ta' sewwieqa tal-ferroviji ċertifikati skond din id-Direttiva ma għandux jeżonera lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi ta' l-infrastrutturi mill-obbligu tagħhom li jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll intern tal-kompetenza u l-imġieba tas-sewwieqa tal-ferroviji tagħhom skond l-Artikolu 9 u l-Anness III tad-Direttiva 2004/49/KE u għandu jifforma parti minn dik is-sistema. Iċ-ċertifikat komplementari armonizzat ma għandu jeżonera la lill-impriżi ferrovjarji u lanqas lill-amministraturi ta' l-infrastrutturi mir-responsabbiltà tagħhom għas-sigurtà u, b'mod partikolari, tat-taħriġ tal-persunal tagħhom.

(19)  Ċerti kumpanniji jipprovdu s-servizzi ta' sewwieqa lil impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' infrastrutturi. F'tali każijiet, ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat li sewwieq ikollu l-liċenzja u ċ-ċertifikat skond din id-Direttiva għandha taqa' fuq l-impriża ferrovjarja jew fuq l-amministratur ta' l-infrastruttura li jqabbdu b'kuntratt lis-sewwieq.

(20)  Sabiex it-trasport bil-ferroviji jibqa' jaħdem b'mod effettiv, is-sewwieqa tal-ferroviji li diġà jaħdmu f'dik il-professjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom iżommu d-l-awtorizzazzjonijiet miksuba tul perjodu ta' transizzjoni.

(21)  Għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi u finanzjarji bla ħtieġa meta jiġu sostitwiti l-awtorizzazzjonijiet għas-sewqan maħruġa lil sewwieqa qabel l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva b'ċertifikati komplementari armonizzati u liċenzji li jkunu konformi ma' din id-Direttiva. Għalhekk, l-awtorizzazzjonijiet ta' sewqan mogħtija qabel lil sewwieq għandhom jiġu protetti kemm jista' jkun. Għandhom jitqiesu l-kwalifiki u l-esperjenza ta' kull sewwieq, jew grupp ta' sewwieqa, mill-korp emittenti meta l-awtorizzazzjonijiet ikollhom jiġu sostitwiti. L-entità emittenti għandha tiddeċiedi, abbażi tal-kwalifiki u/jew ta' l-esperjenza, jekk ikunx meħtieġ li sewwieq jew grupp ta' sewwieqa jagħmlu xi eżami u/jew taħriġ addizzjonali qabel ma jkunu jistgħu jirċievu liċenzji sostitwenti u ċertifikati komplementari armonizzati. Għalhekk, għandu jkun il-korp emittenti li jiddeċiedi jekk il-kwalifiki u/jew l-esperjenza humiex suffiċjenti għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati komplementari armonizzati meħtieġa, mingħajr ebda ħtieġa ta' eżami jew taħriġ ulterjuri.

(22)  Għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi u finanzjarji bla ħtieġa meta sewwieqa tal-ferroviji jibdlu lil min jimpjegahom. Impriża ferrovjarja li tħaddem lil sewwieq għandha tqis il-kompetenzi miksuba qabel u għandha tiddispensa kemm jista' jkun mill-ħtieġa ta' eżamijiet u taħriġ addizzjonali.

(23)  Din id-Direttiva m'għandha tagħti ebda dritt ta' rikonoxximent reċiproku dwar awtorizzazzjonijiet ta' sewqan li sewwieqa jkunu kisbu qabel l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għalkemm mingħajr preġudizzju għall-iskema ġenerali ta' rikonoxximent reċiproku mwaqqfa taħt id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali(11), li għandha tibqa' tapplika sa l-aħħar tal-perijodu ta' transizzjoni.

(24)  Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni(12).

(25)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tkun mogħtija s-setgħa li tistabbilixxi miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew sabiex isaħħuha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(26)  Skond il-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet(13), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li jillustraw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(27)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kontrolli dwar il-konformità ma' din id-Direttiva u għat-teħid ta' azzjoni xierqa fejn sewwieq jikser xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva.

(28)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal pieni xierqa għal ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-Direttiva.

(29)  Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-twaqqif ta' qafas regolatorju komuni għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(30)  Jista' jirriżulta xieraq, għall-finijiet tal-vijabilita' ekonomika, li għal perijodu limitat ta' żmien sewwieqa li jaħdmu esklussivament fuq it-territorju ta' Stat Membru wieħed jiġu eżentati mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw l-obbligu għal tali sewwieqa li jkollhom liċenzji u ċertifikati komplementari armonizzati konformement ma' din id-Direttiva. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw kwalunkwe eżenzjoni bħal dawn għandhom jiġu definiti b'mod ċar.

(31)  Stat Membru li ma jkollux sistema tal-ferroviji, u l-ebda prospettiva immedjata li jkollu waħda, ikun sottopost għal obbligu sproporzjonat u bla fini kieku kellu jittrasponi u jimplementa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għalhekk, tali Stat Membru għandu jiġi eżentat, sa fejn ma jkollux sistema tal-ferroviji, mill-obbligu li jittrasponi u jimplementa din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji u membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu xogħol marbut mas-sigurtà fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità. Għal dan l-għan, hija tispeċifika wkoll il-kompiti li għalihom huma responsabbli l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, is-sewwieqa tal-ferroviji u l-partijiet interessati l-oħra fis-settur, b'mod partikolari l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi ta' l-infrastruttura u ċ-ċentri ta' taħriġ.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tapplika għal sewwieqa ta' ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema tal-ferroviji tal-Komunità u għal membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu xogħol marbut mas-sigurtà għal impriża ferrovjarja li teħtieġ ċertifikat ta' sigurtà jew amministratur ta' l-infrastruttura li jeħtieġ awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

2.  L-Istati Membri m'għandhomx, abbażi ta' dispożizzjonijiet nazzjonali relattivi għal persunal ieħor abbord ferroviji tal-merkanzija, iżommu ferroviji tal-merkanzija milli jaqsmu fruntieri jew jipprovdu trasport domestiku fit-territorju tagħhom.

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-miżuri li jadottaw fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, sewwieqa tal-ferroviji li joperaw esklussivament fuq:

   a) metros, trammijiet u sistemi minuri oħra ta' ferrovija;
   b) retikolati li huma funzjonalment separati mill-bqija tas-sistema tal-ferrovija u huma intiżi biss għall-operazzjoni tas-servizzi lokali, urbani jew suburbani ta' passiġġieri u ta' merkanzija;
   c) ċ) infrastrutturi ferrovjarji tal-privat li jeżistu biss għall-użu mis-sidien ta' l-infrastrutturi għall-operazzjonijiet ta' ġarr ta' merkanzija tagħhom stess;
   d) sezzjonijiet ta' linji li jkunu magħluqin temporanjament għat-traffiku normali għal finijiet ta' manutenzjoni, tiġdid jew titjib tas-sistema ferrovjarja.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

   a) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE;
   b) "sewwieq tal-ferroviji" tfisser persuna kapaċi u awtorizzata sabiex issuq ferroviji, inklużi lokomotivi, lokomotivi ta' trasferiment, ferroviji tax-xogħol, vetturi ferrovjarji għall-manutenzjoni jew ferroviji għat-trasport ta' passiġġieri jew ta' merkanzija b'mod awtonomu, responsabbli u mingħajr periklu;
   c) ċ) "membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu xogħol marbut mas-sikurezza" tfisser persunal abbord il-ferrovija li m'humiex sewwieqa tal-ferrovija iżda li jgħinu sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-ferrovija u tal-passiġġiera u tal-merkanzija li qed jiġu trasportati;
   d) "sistema tal-ferroviji" tfisser is-sistema magħmula mill-infrastrutturi tal-ferroviji, li tinkludi l-linji u l-installazzjonijiet fissi tas-sistema tal-ferrovija kif ukoll it-tagħmir mobbli tal-kategoriji kollha u ta' kull oriġini li jivjaġġaw fuq dik l-infrastruttura, kif definita fid-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE;
   e) e) "amministratur ta' l-infrastruttura" tfisser kwalunkwe korp jew impriża li tkun responsabbli partikolarment mit-twaqqif u l-manutenzjoni ta' infrastrutturi ferrovjarji, jew ta' parti minnhom, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440/KEE, li jistgħu jinkludu wkoll l-immaniġġar tas-sistemi ta' kontroll u ta' sigurtà ta' l-infrastruttura. Il-funzjonijiet ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura fuq retikolat jew parti minn retikolat jistgħu jiġu allokati lil korpi jew impriżi differenti;
   f) f) "impriża ferrovjarja" tfisser kwalunkwe impriża ferrovjarja kif definit fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' l-infrastruttura ferrovjarja u l-intaxxar għall-użu ta' l-infrastruttura ferrovjarja(14), jew kwalunkwe impriża pubblika jew privata oħra, li l-attività tagħha tkun li tipprovdi t-trasport bil-ferrovija ta' merkanzija u/jew passiġġieri abbażi li l-impriża għandha tiżgura l-lokomozzjoni. It-terminu jinkludi wkoll impriżi li jipprovdu lokomozzjoni biss;
   g) g) "speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà" jew "TSIs" tfisser l-ispeċifikazzjonijiet li bihom hija koperta kull sub-sistema jew parti minn sub-sistema sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali u sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji trans-Ewropej b'veloċità għolja u konvenzjonali kif definita fid-Direttiva 96/48/KE u fid-Direttiva 2001/16/KE;

h)  "Aġenzija" tfisser l- Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004(15);

   i) i) "ċertifikat ta' sigurtà" tfisser iċ-ċertifikat maħruġ lil impriża ferrovjarja minn awtorità kompetenti skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE;
   j) j) "ċertifikat" tfisser iċ-ċertifikat komplementari armonizzat li jindika l-infrastruttura li fuqha jkun awtorizzat li jsuq id-detentur u t-tagħmir mobbli li d-detentur ikun awtorizzat li jsuq;
   k) k) "awtorizzazzjoni ta' sigurtà" tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġa lil amministratur ta' infrastruttura minn awtorità kompetenti skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/49/KE;
   l) l) "ċentru ta' taħriġ" tfisser entità akkreditata jew rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti sabiex tagħti korsijiet ta' taħriġ.

Kapitolu II

Ċertifikazzjoni ta' sewwieqa

Artikolu 4

Mudell Komunitarju ta' ċertifikazzjoni

1.  Is-sewwieqa kollha tal-ferroviji għandhom ikunu idonei u jkollom il-kwalifiki meħtieġa sabiex isuqu l-ferroviji u għandhom ikollhom fil-pussess tagħhom id-dokumenti li ġejjin:

   a) liċenzja li turi li s-sewwieq jissodisfa l-kondizzjonijiet minimi fir-rigward ta' rekwiżiti mediċi, edukazzjoni bażika u ħiliet professjonali ġenerali. Il-liċenzja għandha tidentifika s-sewwieq u l-awtorità tal-ħruġ u għandha tindika l-perijodu tal-validità tagħha. Il-liċenzja għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta' l-Anness I, sa meta jiġi adottat il-mudell Komunitarju ta' ċertifikazzjoni kif previst fil-paragrafu 4;
   b) ċertifikat wieħed jew aktar li jindikaw l-infrastrutturi li fuqhom ikun awtorizzat li jsuq id-detentur u li jindikaw it-tagħmir mobbli li d-detentur ikun awtorizzat li jsuq. Kull ċertifikat għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' l-Anness I.

2.  Madankollu, ir-rekwiżit tal-pussess ta' ċertifikat għal parti speċifika ta' infrastruttura ma għandux japplika fil-każijiet eċċezzjonali elenkati hawn taħt, sakemm ikun hemm sewwieq ieħor tal-ferrovija li jkollu ċertifikat validu għall-infrastruttura konċernata ma' ġenb is-sewwieq matul is-sewqan:

   a) meta xi disturb fis-servizz tal-ferrovija jeħtieġ id-devjazzjoni ta' ferroviji jew il-manutenzjoni tal-linji, kif speċifikat mill-amministratur ta' l-infrastruttura;
   b) għal servizzi eċċezzjonali, ta' darba, li jużaw ferroviji storiċi;
   c) ċ) għal servizzi eċċezzjonali, ta' darba, ta' ġarr ta' merkanzija, suġġett għall-kunsens ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura;
   d) għall-konsenja jew dimostrazzjoni ta' ferrovija jew lokomotiva ġdida;
   e) għal finijiet ta' taħriġ u ta' eżami ta' sewwieqa.

L-użu ta' din il-possibbiltà għandha tkun deċiżjoni ta' l-impriża ferrovjarja u ma tistax tiġi imposta mill-amministratur ta' l-infrastrattura relevanti jew mill-awtorità kompetenti.

Kull meta jiġi utilizzat sewwieq addizzjonali kif previst hawn fuq, l-amministratur ta' l-infrastruttura għandu jiġi mgħarraf minn qabel.

3.  Iċ-ċertifikat għandu jawtorizza sewqan f'waħda jew fiż-żewġ kategoriji li ġejjin:

   a) kategorija A: lokomotivi ta' trasferiment, ferroviji tax-xogħol, u vetturi ta' manutenzjoni tal-linji tal-ferrovija;
   b) kategorija B: ġarr ta' passiġġieri u/jew ta' merkanzija.

Ċertifikat jista' jkollu awtorizzazzjoni għall-kategoriji kollha, u jkopri l-kodiċijiet kollha kif imsemmi fil-paragrafu 4.

4.  Sa ... (16), il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3), u abbażi ta' abbozz preparat mill-Aġenzija, il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jsaħħuha, li jikkonċernaw mudell Komunitarju għal-liċenzja, għaċ-ċertifikat u għall-kopja awtentikata taċ-ċertifikat, kif ukoll tiddetermina l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis miżuri ta' kontra l-falsifikazzjoni.

Sa ... *, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jsaħħuha, li jikkonċernaw il-Kodiċijiet Komunitarji għat-tipi differenti fil-kategoriji A u B kif imsemmi fil-paragrafu 3, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3) u abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija.

Artikolu 5

Miżuri kontra l-falsifikazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi tal-ħruġ għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiġu evitati r-riskji ta' falsifikazzjoni ta' liċenzji u ċertifikati u ta' tbagħbis fir-reġistri previsti fl-Artikolu 23.

Artikolu 6

Drittijiet ta' proprjeta', lingwa u korpi emittenti

1.  Liċenzja għandha tkun il-proprjetà tad-detentur tagħha u għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3, punt (a). Fejn awtorità kompetenti jew l-aġent tagħha joħorġu liċenzja b'lingwa nazzjonali li ma tkunx lingwa Komunitarja, għandhom ifasslu verżjoni bilingwistika tal-liċenzja li tinkludi waħda mil-lingwi Komunitarji.

2.  L-awtorità kompetenti tista' tiddelega dan ix-xogħol biss skond it-termini stipulata fl-Artikolu 20.

3.  Ċertifikat għandu jinħareġ mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura li jimpjega jew iqabbad b'kuntratt lis-sewwieq. Iċ-ċertifikat għandu jkun il-proprjetà ta' l-impriża jew ta' l-amministratur li joħorġuh. Madankollu, skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, is-sewwieqa għandhom ikunu intitolati li jakkwistaw kopja awtentikata. Fejn impriża ferrovjarja jew amministratur ta' infrastruttura joħorġu ċertifikat b'lingwa nazzjonali li ma tkunx lingwa Komunitarja, għandhom ifasslu verżjoni bilingwistika taċ-ċertifikat bl-użu ta' waħda mil-lingwi Komunitarji.

Artikolu 7

Validità ġeografika

1.  Il-liċenzji għandhom ikunu validi fit-territorju kollu tal-Komunità.

2.  Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss fuq dawk l-infrastrutturi u t-tagħmir mobbli identifikati fuqu.

Artikolu 8

Rikonoxximent reċiproku

1.  Ladarba s-sewwieqa jkollhom il-liċenzja u ċ-ċertifikat maħruġ skond din id-Direttiva, ikunu jistgħu jsuqu l-ferroviji sakemm l-impriża tat-trasport ferrovjarju jew l-amministratur ta' l-infrastruttura responsabbli għat-trasport ikkonċernat ikollu ċertifikat ta' sigurtà jew awtorizzazzjoni ta' sigurtà, u biss fuq in-netwerk kopert sew miċ-ċertifikat u miċ-ċertifikat ta' sikurezza, jew mill-awtorizzazzjoni ta' sigurtà.

2.  Il-liċenzji maħruġa minn Stat Membru bi qbil ma din id-Direttiva għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 9

Rikonoxximent tad-dokumenti ta' ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji minn pajjiżi terzi

Id-dokumenti ta' ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji minn pajjiżi terzi li joperaw esklussivament f'taqsimiet ta' qsim tal-fruntiera tas-sistema ferrovjarja ta' Stat Membru jistgħu jiġu rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru skond kwalunkwe ftehim bilaterali mal-pajjiż terz in kwistjoni.

Kapitolu III

Kondizzjonijiet sabiex jinkisbu l-liċenzja u ċ-ċertifikat

Artikolu 10

Rekwiżiti minimi

1.  Sabiex jiksbu liċenzja, l-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12 sabiex jiksbu ċertifikat u sabiex dan jibqa' validu, l-applikanti għandhom ikollhom liċenzja u jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14.

2.  Stat Membru jista' japplika rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzji fuq it-territorju tiegħu. Madankollu, huwa għandu jirrikonoxxi liċenzji maħruġa minn Stati Membri oħra skond l-Artikolu 7.

TAQSIMA I

LIĊENZJA

Artikolu 11

Età minima

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-età minima ta' l-applikanti għal-liċenzja, li għandha tkun mill-inqas ta' 20 sena. Madankollu, Stat Membru jista' joħroġ liċenzji lil applikanti mill-età ta' 18-il sena, u l-validità ta' tali liċenzja tkun limitata għat-territorju ta' l-Istat Membru emittenti.

Artikolu 12

Rekwiżiti bażiċi

1.  L-applikanti għandhom ikunu lestew b'suċċess mill-inqas disa' snin ta' edukazzjoni (primarja u sekondarja) u jkunu temmew b'suċċess taħriġ bażiku ekwivalenti għal-livell 3 imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta' Lulju 1985 dwar il-komparabbiltà tal-kwalifiki ta' taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea(17).

2.  L-applikanti għandhom jipprovdu konferma tal-kondizzjoni fiżika tagħhom billi jgħaddu minn eżami mediku li jitmexxa minn, jew taħt is-superviżjoni ta' - kif deċiż mill-Istat Membru - tabib rikonoxxut jew akkreditat skond l-Artikolu 21. L-eżami għandu jkopri ta' l-inqas il-kriterji indikati fit-taqsimiet 1.1, 1.2, 1.3 u 2.1 ta' l-Anness II.

3.  L-applikanti għandhom juru l-idoneità psikoloġika tagħhom għax-xogħol billi jgħaddu minn eżami li jitmexxa minn, jew taħt is-superviżjoni ta' - kif deċiż mill-Istat Membru - psikologu jew tabib rikonoxxut jew akkreditat skond l-Artikolu 21. L-eżami għandu jkopri ta' l-inqas il-kriterji indikati fit-taqsima 2.2 ta' l-Anness II.

4.  L-applikanti għndhom ikunu wrew il-kompetenza professjonali ġenerali tagħhom billi jgħaddu minn eżami li jkopri għall-inqas is-suġġetti ġenerali elenkati fl-Anness IV.

TAQSIMA II

ĊERTIFIKAT

Artikolu 13

Konoxxenza lingwistika

Il-kriterju tal-konoxxenza lingwistika msemmi fl-Anness VI għandu jiġi sodisfatt għall-infrastruttura li għaliha ssir l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat.

Artikolu 14

Kwalifiki professjonali

1.  L-applikanti għandhom ikunu għaddew minn eżami tal-konoxxenza u tal-kompetenza professjonali tagħhom fir-rigward tat-tagħmir mobbli li għalih ikunu jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikat. Dan l-eżami għandu jinkludi għall-inqas is-suġġetti ġenerali elenkati fl-Anness V.

2.  L-applikanti għandhom ikunu għaddew minn eżami tal-konoxxenza u tal-kompetenza professjonali tagħhom fir-rigward ta' l-infrastrutturi li għalihom ikunu jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikat. Dan l-eżami għandu jkopri ta' l-inqas is-suġġetti ġenerali elenkati fl-Anness VI. Fejn xieraq, l-eżami għandu jkopri wkoll il-konoxxenza lingwistika skond it-Taqsima 8 ta' l-Anness VI.

3.  L-applikanti għandhom jiġu mħarrġa mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura rigward is-sistema ta' l-immaniġġar tas-sigurtà prevista mid-Direttiva 2004/49/KE.

Kapitolu IV

Proċedura sabiex jinkisbu l-liċenzja u ċ-ċertifikat

Artikolu 15

Ksib ta' liċenzja

1.  L-awtorità kompetenti għandha tippubblika l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tinkiseb liċenzja.

2.  L-applikazzjonijiet kollha għal liċenzji għandhom jiġu preżentati lill-awtorità kompetenti mis-sewwieq kandidat jew minn kwalunkwe entità f'ismu.

3.  L-applikazzjonijiet preżentati lill-awtorità kompetenti jistgħu ikunu għall-għoti ta' liċenzja ġdida, għall-aġġornament tad-dettalji tal-liċenzja, għat-tiġdid ta' liċenzja jew għad-duplikat ta' liċenzja.

4.  L-awtorità kompetenti għandha toħroġ il-liċenzja kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn xahar minn meta tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa.

5.  Il-liċenzja għandha tkun valida għal 10 snin, suġġett għall-Artikolu 17(1).

6.  Il-liċenzja għandha tinħareġ f'oriġinali unika. Kwalunkwe duplikazzjoni ta' liċenzja, barra minn dik li ssir mill-awtorità kompetenti fejn jiġi mitlub duplikat, għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 16

Ksib ta' ċertifikat

Kull impriża ferrovjarja u kull amministratur ta' infrastruttura għandhom jistabbilixxu l-proċeduri tagħhom stess għall-ħruġ jew l-aġġornament ta' ċertifikati skond din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema ta' l-immaniġġar tas-sigurtà tagħhom, kif ukoll proċeduri ta' appell li jippermettu lis-sewwieqa jitolbu reviżjoni ta' deċiżjoni relatata mal-ħruġ, ma' l-aġġornament, mas-sospensjoni jew ma' l-irtirar ta' ċertifikat.

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jaġġornaw, mingħajr dewmien, ċertifikat kull meta d-detentur taċ-ċertifikat ikun kiseb awtorizzazzjonijiet addizzjonali rigward it-tagħmir mobbli jew għall-infrastruttura.

Artikolu 17

Kontrolli perjodiċi

1.  Sabiex liċenzja tibqa' valida, id-detentur tagħha għandu jgħaddi minn eżamijiet u/jew testijiet perjodiċi relatati mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12(2) u (3). Fir-rigward ta' rekwiżiti mediċi, il-frekwenza minima għandha tiġi osservata skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3.1 ta' l-Anness II. Dawn il-kontrolli mediċi għandhom isiru minn, jew taħt is-superviżjoni ta', tobba rikonoxxuti jew akkreditati skond l-Artikolu 21. Għal dak li jirrigwarda l-konoxxenza professjonali ġenerali, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24(8).

Meta ġġedded liċenzja, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika fir-reġistru previst fl-Artikolu 23 (1)(a) li s-sewwieq issodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  Sabiex ċertifikat jibqa' validu, id-detentur tiegħu għandu jgħaddi minn eżamijiet u/jew testijiet perjodiċi relatati mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 13 u 14. Il-frekwenza ta' dawn l-eżamijiet u/jew testijiet għandha tiġi determinata mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura li jimpjegaw jew iqabbdu b'kuntratt lis-sewwieq skond is-sistema ta' immaniġġar tas-sigurtà tagħhom, u għandha tirrispetta l-frekwenzi minimi stabbiliti fl-Anness VII.

Għal kull wieħed minn dawn il-kontrolli l-korp emittenti għandha tikkonferma bi stqarrija fuq iċ-ċertifikat u fir-reġistru stabbilit fl-Artikolu 23 (2)(a) li s-sewwieq issodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.  Fejn jonqos li jsir xi kontroll perjodiku jew fejn xi kontroll perjodiku jagħti riżultat negattiv, għandha tiġi applikata l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19.

Artikolu 18

Waqfien ta' impjieg

Meta sewwieq jieqaf mix-xogħol għal impriża ferrovjarja jew amministratur ta' infrastruttura, dawn għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Il-liċenzja għandha tibqa' valida, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet fl-Artikolu 17(1).

Iċ-ċertifikat għandu jsir invalidu meta d-detentur tiegħu jieqaf jaħdem bħala sewwieq. Madankollu, id-detentur tiegħu għandu jirċievi kopja awtentikata tiegħu u tad-dokumenti kollha li jagħtu prova tat-taħriġ, tal-kwalifiki, ta' l-esperjenza u tal-kompetenzi professjonali tiegħu. Meta jinħareġ ċertifikat lil sewwieq, l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur ta' l-infrastruttura għandhom iqisu dawk id-dokumenti kollha.

Artikolu 19

Monitoraġġ tas-sewwieqa minn impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' l-infrastruttura

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastrutturi għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw, u jivverifikaw, li l-liċenzji u ċ-ċertifikati tas-sewwieqa li jimpjegaw jew li jqabbdu b'kuntratt ikunu validi.

Għandhom iwaqqfu sistema għall-monitoraġġ tas-sewwieqa tagħhom. Jekk ir-riżultati ta' tali monitoraġġ iqajmu xi dubbju dwar il-kompetenza ta' sewwieq fix-xogħol u dwar il-kontinwazzjoni tal-validità tal-liċenzja jew ċertifikat tiegħu, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa minnufih.

2.  Jekk ikun hemm kwalunkew bidla fl-istat ta' saħħa ta' sewwieq tal-ferroviji li jista' jqajjem xi dubbju dwar l-idoneità tiegħu għax-xogħol jew għat-tkomplija tiegħu għall-liċenzja jew għaċ-ċertifikat, min iħaddem jew is-sewwieq, skond il-każ, għandu jinforma l-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

3.  Jekk l-awtorità kompetenti ssib jew tkun infurmata li sewwieq tal-ferrovija ma għadux jissodisfa rekwiżit jew aktar, għandha tirtira l-liċenzja minnufih u tinforma lill-parti kkonċernata u lil min ikun qed iħaddem mid-deċiżjoni raġjonata tagħha, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' reviżjoni previst fl-Artikolu 22. Is-sospensjoni għandha tkun temporanja jew permanenti skond l-iskala tal-problemi li toħloq għas-sigurtà ferrovjarja. L-awtorità kompetenti għandha taġġorna r-reġistru previst fl-Artikolu 23(1). Hekk kif ikun informat, min iħaddem għandu jirtira ċ-ċertifikat, temporanjament jew permanentament, skond ir-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti. Min iħaddem għandu jaġġorna r-reġistru previst fl-Artikolu 23(2).

Jekk min iħaddem isib li sewwieq tal-ferrovija ma għadux jissodisfa rekwiżit jew aktar, għandu jirtira ċ-ċertifikat u jinforma minnufih lil-parti kkonċernata u lill-awtorità kompetenti tad-deċiżjoni raġjonata tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha taġġorna r-reġistru previst fl-Artikolu 23(2).

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet fejn tkun irtirata liċenzja jew ċertifikat issir dispożizzjoni għal evalwazzjoni indipendenti u, fejn xieraq, proċedura ta' stabbiliment mill-ġdid. L-impjegat ikkonċernat jista' jitlob din il-proċedura.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jevitaw ir-riskji ta' falsifikazzjoni tal-liċenzji u taċ-ċertifikati u ta' tbagħbis mar-reġistri previsti fl-Artikolu 23. Dawk li jħaddmu jkunu meħtieġa li jiżguraw u jikkontrollaw li l-liċenzji u ċ-ċertifikati tas-sewwieqa tal-ferroviji tagħhom li jkunu fis-servizz ikunu għadhom validi.

Kapitolu V

Kompiti u deċiżjonijiet ta' l-awtorità kompetenti

Artikolu 20

Kompiti ta' l-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq il-kompiti li ġejjin b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju:

   a) il-ħruġ u l-aġġornament ta' liċenzji, l-għoti ta' duplikati, kif previst fl-Artikoli 6 u 15;
   b) l-assigurazzjoni ta' eżamijiet u/jew testijiet perjodiċi kif previst fl-Artikolu 17(1);
   c) ċ) is-sospensjoni u l-irtirar ta' liċenzji, u n-notifika lill-korp emittenti dwar talbiet raġunati għas-sospensjoni ta' ċertifikati, kif previst fl-Artikolu 30;
   d) jekk tinħatar hekk mill-Istat Membru, ir-rikonoxximent ta' persuni jew korpi kif previst fl-Artikoli 24 u 26;
   e) l-assigurazzjoni tal-pubblikazzjoni u l-aġġornament ta' reġistru ta' persuni u korpi akkreditati jew rikonoxxuti kif previst fl-Artikolu 21;
   f) iż-żamma u l-aġġornament ta' reġistru ta' liċenzji kif previst fl-Artikoli 17(1) u 23;
   g) il-monitoraġġ tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tas-sewwieqa kif previst fl-Artikolu 27;
   h) it-twettiq ta' spezzjonijiet kif previst fl-Artikolu 30;
   i) l-istabbiliment ta' kriterji nazzjonali għal eżaminaturi kif previst fl-Artikolu 26(5).

L-awtorità kompetenti għandha twieġeb malajr għal talbiet għal informazzjoni u għandha tippreżenta kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali mingħajr dewmien meta tipprepara liċenzji.

2.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tiddelega l-kompiti msemmija fil-punti (c), (f), (g) u (i) tal-paragrafu 1 lil persuni terzi.

3.  Kwalunkwe delegazzjoni ta' kompiti għandha tkun trasparenti u mhux diskriminatorja u ma għandha toħloq ebda kunflitt ta' interessi.

4.  Fejn awtorità kompetenti tiddelega jew tagħti b'kuntratt il-kompiti msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 lil impriża ferrovjarja, għandu jkun hemm konformità għall-inqas ma' waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

   a) l-impriża ferrovjarja għandha toħroġ linċenzji lis-sewwieqa tagħha biss;
   b) l-impriża ferrovjarja ma għandhiex tgawdi minn esklussività fit-territorju kkonċernat għall-ebda wieħed mill-kompiti delegati jew mogħtija b'kuntratt.

5.  Fejn awtorità kompetenti tiddelega jew tagħti b'kuntratt xi kompiti, ir-rappreżentant awtorizzat jew il-kuntrattur għandu jkun meħtieġ, fit-twettiq ta' tali kompiti, li jikkonforma ma' l-obbligi imposti fuq awtoritajiet kompetenti minn din id-Direttiva, b'mod partikolari:

   a) l-ittestjar tas-saħħa fiżika u mentali għandu jitwettaq minn tobba tax-xogħol jew minn istituzzjonijiet tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jkunu akkreditati mill-awtorità kompetenti;
   b) l-ittestjar tas-saħħa psikoloġika għandha titwettaq minn psikologi, psikologi tat-trasport jew istituzzjonijiet tal-psikoloġija fix-xogħol li jkunu akkreditati mill-awtorità kompetenti;
   c) l-ittestjar ta' l-għarfien professjonali ġenerali għandha titwettaq minn istituti u minn eżaminaturi li jkunu t-tnejn akkreditati mill-awtorità kompetenti.

6.  Fejn awtorità kompetenti tiddelega jew tagħti b'kuntratt xi kompiti, hija għandha twaqqaf sistema ta' verifika dwar kif dawk il-kompiti ikunu ġew imwettqa u għandha tiżgura li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 4 u 5.

Artikolu 21

Akkreditament u rikonoxximent

1.  Persuni jew korpi akkreditati taħt din id-Direttiva għandhom jiġu akkreditati minn korp ta' akkreditament maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. Il-proċess ta' akkreditament għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta' indipendenza, kompetenza u imparzjalità, bħall-istandards Ewropej relevanti tas-serje EN 45000 u fuq il-valutazzjoni ta' dossier preżentat mill-kandidati li jagħti prova adegwata tal-ħiliet tagħhom fil-qasam in kwistjoni.

2.  Bħala alternattiva għall-akkreditament previst fil-paragrafu 1, Stat Membru jista' jipprovdi li persuni jew korpi rikonoxxuti taħt din id-Direttiva għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jew minn korp maħtur mill-Istat Membru kkonċernat. Ir-rikonoxximent għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta' indipendenza, kompetenza u imparzjalità. Madankollu, f'każijiet fejn il-kompetenza partikolari tkun estremament rara, għandha tiġi permessa eċċezzjoni għal din ir-regola wara li tingħata opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Il-kriterju ta' indipendenza ma' japplikax fil-każ tat-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 24(5)u (6).

3.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-pubblikazzjoni u l-aġġornament ta' reġistru ta' persuni u korpi li ġew akkreditati jew rikonoxxuti taħt din id-Direttiva.

Artikolu 22

Deċiżjonijiet ta' l-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tiġi mwaqqfa proċedura amministrattiva ta' appell li tippermetti lil min jimpjega u lis-sewwieqa sabiex jitolbu reviżjoni ta' deċiżjoni relatata ma' kwalukwe applikazzjoni taħt din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw ir-reviżjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti.

Artikolu 23

Reġistri u skambju ta' informazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li:

   a) jżommu reġistru tal-liċenzji kollha maħruġa, aġġornati, mġedda, skaduti, emendati, sospiżi, irtirati jew rappurtati mitlufa, misruqa jew meqruda. Dan ir-reġistru għandu jkollu fih id-data preskritta fit-taqsima 4 ta' l-Anness I għal kull liċenzja, li għandha tkun aċċessibli bl-użu tan-numru nazzjonali mogħti lil kull sewwieq. Għandu jiġi aġġornat regolarment;
   b) tipprovdi, fuq talba motivata, lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija jew lil min jimpjega lis-sewwieqa, l-informazzjoni dwar l-istatus ta' tali liċenzji.

2.  Kull impriża ferrovjarja u amministratur ta' l-infrastruttura għandhom ikunu meħtieġa li:

   a) jżommu reġistru, jew jiżguraw li jinżamm reġistru, taċ-ċertifikati kollha maħruġa, aġġornati, imġedda, emendati, skaduti, sospiżi, irtirati jew rappurtati mitlufa, misruqa jew meqruda. Dan ir-reġistru għandu jkollu fih id-data preskritta fit-taqsima 4 ta' l-Anness I għal kull ċertifikat, kif ukoll data relatata mal-kontrolli perjodiċi previsti fl-Artikolu 17. Għandu jiġi aġġornat regolarment;
   b) jikkoperaw ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati sabiex ipartu informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti u jagħtuha aċċess għad-data meħtieġa;
   c) ċ) jipprovdu informazzjoni dwar il-kontenut ta' tali ċertifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra fuq talba tagħhom, meta din tkun meħtieġa bħala konsegwenza ta' l-attivitajiet transnazzjonali tagħhom.

3.  Is-sewwieqa tal-ferroviji għandhom il-ħin kollu jkollhom aċċess għad-data li tikkonċernahom li tkun maħżuna fir-reġistri ta' l-awtoritajiet kompetenti u ta' intrapriżi ferrovjarji u għandhom ikunu provduti b'kopja ta' dik id-data fuq talba.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma' l-Aġenzija sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri previsti fil-paragrafi (1) u (2). Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tadotta sa mhux aktar tard mill- ...(18), skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3) u abbażi ta' abbozz preparat mill-Aġenzija, il-miżuri mfassla sabiex jigu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jsaħħuha, li jikkonċernaw il-parametri bażiċi tar-reġistri li għandhom jiġu stabbiliti, bħad-data li għandha tiġi reġistrata, il-format tagħhom u l-protokoll dwar l-iskambju tad-data, id-drittijiet ta' aċċess, it-tul ta' żmien taż-żamma tad-data u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każijiet ta' falliment.

5.  L-awtoritajiet kompetenti, l-amministraturi ta' l-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li r-reġistri previsti fil-paragrafi 1 u 2 u l-modi ta' operazzjoni ta' tali reġistri jkunu konformi mad-Direttiva 95/46/KE.

6.  L-Aġenzija għandha tiżgura li s-sistema stabbilita taħt il-paragrafu 2, punti (a) u (b), tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Kapitolu VI

Taħriġ u eżami ta' sewwieqa

Artikolu 24

Taħriġ

1.  It-taħriġ tas-sewwieqa għandu jinkludi parti relatata mal-liċenzja u li tirrifletti l-konoxxenza professjonali ġenerali kif deskritt fl-Anness IV, u parti relatata maċ-ċertifikat u li tirrifletti l-konoxxenza professjonali speċifika, kif deskritt fl-Annessi V u VI.

2.  Il-metodu ta' taħriġ għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness III.

3.  L-objettivi dettaljati tat-taħriġ huma ddefiniti fl-Anness IV għal-liċenzja, u fl-Annessi V u VI għaċ-ċertifikat. Bħala elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu supplimentati:

   a) bit-TSIs relevanti - il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3), tiżgura koerenza bejn it-TSIs u l-Annessi ma' din id-Direttiva - jew,
   b) bil-kriterji proposti mill-Aġenzija skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 u adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3) ta' din id-Direttiva.

4.  Skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/49/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex jiżguraw li s-sewwieqa kandidati jkollhom aċċess ekwu u mhux diskriminatorju għat-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex jiksbu l-liċenzja u ċ-ċertifikat.

5.  Il-kompiti ta' taħriġ relatati mal-konoxxenza professjonali ġenerali kif previst fl-Artikolu 12(4), mal-konoxxenza lingwistika kif prevista fl-Artikolu 13 u mal-konoxxenza professjonali dwar it-tagħmir mobbli kif previst fl-Artikolu 14(1) għandhom jitwettqu minn persuni jew korpi akkreditati jew rikonoxxuti skond l-Artikolu 21.

6.  Il-kompiti ta' taħriġ relatati mal-konoxxenza ta' l-infrastruttura kif previst fl-Artikolu 14(2), inkluża l-konoxxenza tar-rotot u tar-regoli u proċeduri operattivi, għandhom jitwettqu minn persuni jew korpi akkreditati jew rikonoxxuti mill-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura.

7.  Fir-rigward ta' liċenzja, is-sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali stabbilita bid-Direttiva 2005/36/KE għandha tibqa' tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ta' sewwieqa li jkunu ċittadini ta' Stat Membru u jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta' taħriġ tagħhom f'pajjiż terz.

8.  Għandu jiġi stabbilit proċess ta' taħriġ kontinwu sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-persunal jinżammu, skond il-punt 2(e) ta' l-Anness III tad-Direttiva 2004/49/KE.

Artikolu 25

Iffinanzjar tat-taħriġ

L-intrapriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastruttura se jkunu responsabbli kuntrattwalment għat-taħriġ professjonali, kemm bażiku u kif ukoll matul is-servizz.

Intrapriża ferrovjarja jew amministratur ta' l-infrastruttura li jimpjegaw sewwieq ta' ferrovija li t-taħriġ tiegħu ġie ffinanzjat kollu jew parti minnu minn impriża ferrovjarja jew minn amministratur ta' l-infrastruttura oħrajn li s-sewwieq tal-ferrovija ikun telaq volontarjament wara anqas minn ħames snin impjieg għandhom iħallsu lura lil impriża jew amministratur ta' l-infrastruttura l-ispejjes għat-taħriġ; l-ammont imħallas lura għandu jkun proporzjonali b'mod invers għat-tul taż-żmien ta' l-impjieg tas-sewwieq tal-ferrovija ma' l-impriża ferrovjarja jew amministratur ta' l-infrastruttura li ffinanzjaw it-taħriġ tiegħu.

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u għall-kalkolu ta' l-ammont ta' kwalunkwe somma li trid tiġi mħallsa lura għandhom jiġu stabbiliti skond rakkomandazzjoni mill-Aġenzija fil-qafas ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004.

Artikolu 26

Eżamijiet

1.  L-eżamijiet u l-eżaminaturi intiżi għall-fini ta' kontroll tal-kwalifiki meħtieġa għandhom jiġu determinati:

   a) għall-parti relatata mal-liċenzja: mill-awtorità kompetenti meta tistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tinkiseb liċenzja skond l-Artikolu 15(1);
   b) għall-parti relatata maċ-ċertifikat: mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura meta jistabbilixxu l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jinkiseb ċertifikat skond l-Artikolu 16.

2.  L-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sorveljati minn eżaminaturi kompetenti, akkreditati jew rikonoxxuti skond l-Artikolu 21, u għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi.

3.  Il-valutazzjoni tal-konoxxenza ta' l-infrastruttura, inkluża l-konoxxenza tar-rotot u tar-regoli ta' operazzjoni, għandha ssir minn persuni jew korpi akkreditati jew rikonoxxuti mill-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura.

4.  L-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi, mingħajr ma tkun eskuża l-possibbiltà għall-possibbiltà li l-eżaminatur jista' jappartjeni għall-impriża ferrovjarja jew għall-amministratur ta' l-infrastruttura li joħorġu ċ-ċertifikat.

5.  L-għażla ta' l-eżaminaturi u ta' l-eżamijiet tista' tkun suġġetta għal kriterji Komunitarji proposti mill-Aġenzija u adottati mill-Kummissjoni, fil-forma ta' miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Fin-nuqqas ta' dawn il-kriterji Komunitarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kriterji nazzjonali.

6.  Għandhom isiru eżamijiet teoriċi u prattiċi fl-aħħar tal-kors ta' taħriġ. Il-kapaċità ta' sewqan għandha tiġi valutata matul testijiet ta' sewqan fuq ir-retikolat. Jistgħu jintużaw ukoll simulaturi sabiex tiġi eżaminata l-applikazzjoni tar-regoli operattivi u l-prestazzjoni tas-sewwieq f'sitwazzjonijiet partikolarment diffiċli.

Kapitolu VII

Valutazzjoni

Artikolu 27

Standards ta' kwalità

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-attivitajiet kollha assoċjati mat-taħriġ, mal-valutazzjoni ta' ħiliet u ma' l-aġġornament ta' liċenzji u ċertifikati jkunu suġġetti għal monitoraġġ kontinwu taħt sistema ta' standards ta' kwalità. Din mhiex ser tapplikax għal attivitajiet diġà koperti mis-sistemi ta' mmaniġġar ta' sigurtà stabbiliti mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi ta' l-infrastruttura skond id-Direttiva 2004/49/KE.

Artikolu 28

Valutazzjoni indipendenti

1.  Għandha ssir valutazzjoni indipendenti tal-proċeduri għall-akkwist u għall-valutazzjoni tal-konoxxenza u kompetenzi professjonali, u tas-sistema għall-ħruġ ta' liċenzji u ċertifikati f'kull Stat Membru f'intervalli ta' mhux aktar minn ħames snin. Dan ma għandux japplika għal attivitajiet diġà koperti mis-sistemi ta' mmaniġġar ta' sigurtà stabbiliti mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi ta' l-infrastrutturi skond id-Direttiva 2004/49/KE. Il-valutazzjoni għandha ssir minn persuni kwalifikati li m'humiex involuti huma stess fl-attivitajiet konċernati.

2.  Ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijet indipendenti għandhom jiġu dokumentati kif dovut u nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrimedjaw għal kwalunkwe nuqqas li jiġi skopert mill-valutazzjoni indipendenti.

Il-Kapitolu VIII

Membri ta' l-ekwipaġġ oħra

Artikolu 29

Ċertifikazzjoni

1.  Membri ta' l-ekwipaġġ oħra li jwettqu ħidmiet relatati mas-sigurtà għandu jkollhom ċertifikat li juri li jilħqu r-rekwiżiti minimi relatati ma' saħħa medika, edukazzjoni bażika u ħiliet professjonali ġenerali.

2.  Iċ-ċertifikat għal membri ta' l-ekwippaġġ oħra għandu jinħareġ mill-intrapriża ferrovjarja jew minn maniġer ta' l-infrastruttura li qed jimpjegaw lill-membru ta' l-ekwipaġġ konċernat. Iċ-ċertifikat għandu jkun propjetà ta' l-intrapriża li tkun ħarġitu; madankollu, skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, id-detentur jista' jikseb kopja awtentikata tiegħu.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti fuq talba ta' kwalunkwe membru ta' l-ekwipaġġ li jkun qed iwettaq ħidmiet relatati mas-sigurtà u li għandu ċertifikat għal membri ta' l-ekwipaġġ oħra skond dan l-Artikolu, validazzjoni formali li turi l-isem ta' l-impriża li tagħat iċ-ċertifikat għal membri ta' l-ekwipaġġ oħra, il-kundizzjonijiet li twettqu biex jinkiseb dak iċ-ċertifikat u t-tul ta' żmien ta' servizz li għalih il-membru ta' l-ekwipaġġ ġie kkreditat. Din il-validazzjoni formali hija propjetà tal-membru ta' l-ekwipaġġ.

4.  L-Artikoli 20 u 30 għandhom japplikaw mutatis mutandis, filwaqt li jitqies il-fatt li membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu ħidmiet relatati mas-sigurtà huma ċertifikati mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur ta' l-infrastruttura permezz ta' ċertifikat uniku.

5.  L-Artikoli 21, 22, 24, 26, 27 u 28 għandhom japplikaw mutatis mutandis għaċ-ċertifikazzjoni ta' membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu xogħol marbut mas-sigurtà.

6.  Sa ...(19), l-Aġenzija għandha, skond l-Artikoli 3, 4, 6, 12 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, tispeċifika l-profil u l-kompiti ta' membri oħra ta' l-ekwipaġġ li jwettqu kompiti marbuta mas-sigurtà u r-rekwiżiti minimi msemmija fil-paragrafu 1.

7.  Sa ...(20)*, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni rigward l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3) u abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija.

Kapitolu IX

Kontrolli u pieni

Artikolu 30

Kontrolli mill-awtorità kompetenti

1.  L-awtorità kompetenti tista' fi kwalunkwe waqt tieħu passi sabiex tivverifika, fuq ferroviji li joperaw fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha, li s-sewwieq tal-ferrovija jkollu fil-pussess tiegħu id-dokumenti maħruġa skond din id-Direttiva.

2.  Minkejja l-verifika kif previst fil-paragrafu 1, f'każ ta' negliġenza fuq il-post tax-xogħol l-awtorità kompetenti tista' tivverifika jekk is-sewwieq in kwistjoni jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

3.  L-awtorità kompetenti tista' tagħmel stħarriġ dwar il-konformità ma' din id-Direttiva minn sewwieqa, impriżi ferrovjarji, amministraturi ta' infrastrutturi, eżaminaturi u ċentri ta' taħriġ li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha.

4.  Jekk l-awtorità kompetenti ssib li sewwieq ma jibqax jissodisfa kondizzjoni waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet meħtieġa, hija għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

   a) jekk tikkonċerna liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti: l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-liċenzja. Is-sospensjoni għandha tkun temporanja jew permanenti skond l-iskala tal-problemi maħluqa għas-sigurtà tal-ferrovija. Għandha tinforma minnufih lis-sewwieq konċernat u lil min iħaddmu dwar id-deċiżjoni motivata tagħha, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' reviżjoni previst fl-Artikolu 22. Għandha tindika l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tiġi rkuprata l-liċenzja;
   b) jekk tikkonċerna liċenzja maħruġa minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tavviċina lil dik l-awtorità u tipprovdi talba motivata li ssir spezzjoni ulterjuri jew li l-liċenzja tiġi sospiża. L-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bit-talba tagħha. L-awtorità li ħarġet il-liċenzja in kwistjoni għandha teżamina t-talba fi żmien erba' ġimgħat u tinnotifika lill-awtorità l-oħra bid-deċiżjoni tagħha. L-awtorità li ħarġet il-liċenzja għandha tinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bid-deċiżjoni. Kwalunkwe awtorità kompetenti tista' tipprojbixxi sewwieqa tal-ferroviji milli joperaw fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha sakemm tasal in-notifika tad-deċiżjoni ta' l-awtorità emittenti;
   c) ċ) jekk tikkonċerna ċertifikat: l-awtorità kompetenti għandha tavviċina lill-korp emittenti u titlob li ssir spezzjoni ulterjuri jew li jiġi sospiż iċ-ċertifikat. Il-korp emittenti għandha tieħu l-miżuri xierqa u tirrapporta lura lill-awtorità kompetenti fi żmien erba' ġimgħat. L-awtorità kompetenti tista' tipprojbixxi lis-sewwieqa tal-ferroviji milli joperaw fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha sa meta jasal ir-rapport tal-korp emittenti, u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra b'dan.

Fi kwalunkwe każ, jekk l-awtorità kompetenti tikkunsidra li sewwieq partikolari joħloq theddida serja għas-sigurtà tal-ferroviji, għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa minnufih, bħal titlob lill-amministratur ta' l-infrastruttura sabiex iwaqqaf il-ferrovija u tipprojbixxi lis-sewwieq milli jaħdem fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħha sakemm ikun meħtieġ. Għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

Fil-każijiet kollha l-awtorità kompetenti, jew il-korp maħtur għal dan, għandu jaġġorna r-reġistru previst fl-Artikolu 23.

5.  Jekk awtorità kompetenti tikkunsidra li deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor skond il-paragrafu 4 tonqos milli tikkonforma mal-kriterji relevanti, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kummissjoni li għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien tliet xhur. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu proposti miżuri korrettivi lill-Istat Membru konċernat. F'każ ta' nuqqas ta' ftehim jew ta' vertenza, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1), u l-Kummissjoni għandha tieħu kwalukwe miżura meħtieġa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Stat Membru jista' jżomm fis-seħħ projbizzjoni kontra sewwieq milli jsuq fit-territorju tiegħu skond il-paragrafu 4 sakemm il-kwistjoni tiġi konkluża skond dan il-paragrafu.

Artikolu 31

Pieni

Mingħajr preġudizzju għal pieni jew proċeduri oħrajn stabbiliti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implementati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, mhux diskriminatorji u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 37(1) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li jolqothom.

Kapitlu X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 32

Adattament ta' l-Annessi

Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fost l-oħrajn billi jissupplimentawha, li huma meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għal progress tekniku u xjentifiku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3), filwaqt li jirrispettaw bi sħiħ il-proċeduri u s-setgħat mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 881/2004, u b'mod partikulari l-Artikoli 3, 4, 6, 12 u 17 tiegħu.

Artikolu 33

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

4.  Fejn ikun applikabbli, minħabba raġunijiet ta' urġenza u fejn il-miżuri maħsuba mill-Kummissjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4), u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 34

Rapport

L-Aġenzija għandha tevalwa l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji skond din id-Direttiva. Hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn erba' snin minn wara l-adozzjoni tal-parametri bażiċi tar-reġistri, kif previst fl-Artikolu 23(4), rapport li jkun fih, fejn xieraq, it-titjib li għandu jsir fis-sistema fir-rigward:

   a) tal-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji u taċ-ċertifikati;
   b) ta' l-akkreditament taċ-ċentri ta' taħriġ u ta' eżaminaturi;
   c) ċ) tas-sistema ta' kwalità stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti;
   d) tar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati;
   e) ta' l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' taħriġ speċifikati fl-Annessi IV, V u VI fir-rigward ta' l-istruttura tas-suq u l-kategoriji msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 4(2);
   f) ta' l-interkonnessjoni bejn ir-reġistri u tal-mobbiltà fis-suq tax-xogħol.

Barra minn hekk, f'dan ir-rapport l-Aġenzija tista', jekk xieraq, tirrakkomanda miżuri fir-rigward ta' l-eżami teoriku u prattiku tal-konoxxenza professjonali ta' l-applikanti għaċ-ċertifikat armonizzat għal tagħmir mobbli u għall-infrastruttura relevanti.

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa abbażi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u għandha tipproponi, jekk meħtieġ, bidliet għal din id-Direttiva.

Artikolu 35

L-użu ta' smartcards

L-Aġenzija għandha teżamina sa ...(21) il-possibbiltà li tintuża smartcard li tikkombina l-liċenzja u ċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 4 u għandha tipprepara analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3) u abbażi ta' abbozz preparat mill-Aġenzija, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi għal tali smartcard li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha. L-introduzzjoni ta' l-ismartcard tista' teħtieġ adattament ta' l-Annessi skond l-Artikolu 32.

Artikolu 36

Koperazzjoni

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw tul din il-fażi ta' implementazzjoni.

L-Aġenzija għandha tassisti din il-koperazzjoni u torganizza laqgħat xierqa mar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 37

Implementazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

3.  L-obbligi tat-traspożizzjoni u ta' l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għal Ċipru u għal Malta sakemm ma hemm l-ebda sistema ferrovjarja stabbilita fit-territorji tagħhom.

Artikolu 38

Dħul gradwali u perijodi ta' transizzjoni

Din id-Direttiva għandha tiddaħħal b'mod gradwali kif indikat hawn taħt.

   1. Ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiġu stabbiliti fi żmien sentejn mill-adozzjoni tal-parametri bażiċi tar-reġistri previsti fl-Artikolu 23(4).

2. a)  Fi żmien sentejn mill-adozzjoni tal-parametri bażiċi tar-reġistri previsti fl-Artikolu 23(4), iċ-ċertifikati jew il-liċenzji għandhom jinħarġu skond din id-Direttiva lis- sewwieqa li jwettqu servizzi transkonfinali, servizzi ta' kabotaġġ jew ta' ġarr ta' merkanzija fi Stat Membru ieħor, jew jaħdmu f'almenu żewġ Stati Membri, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.

Minn dik l-istess data, is-sewwieqa kollha tal-ferroviji li jwettqu s-servizzi elenkati hawn fuq, inklużi dawk li għadhom mingħajr liċenzja jew ċertifikat skond din id-Direttiva, għandhom jikkonformaw mal-kontrolli perjodiċi kif previst fl-Artikolu 17.

b)  Fi żmien sentejn mill-istabbiliment tar-reġistri previsti fil-punt 1, il-liċenzji u ċ-ċertifikati ġodda kollha għandhom jinħarġu skond din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.

c)  ċ) Fi żmien seba' snin mill-istabbiliment tar-reġistri previsti fil-punt 1, is-sewwieqa kollha għandhom ikollhom fil-pussess tagħhom liċenzji u ċertifikati skond din id-Direttiva. Il-korpi emittenti għandhom iqisu l-kompetenzi professjonali kollha diġà miksuba minn kull sewwieq b'tali mod li dan ir-rekwiżit ma joħloqx piżijiet amministrattivi u finanzjarji bla ħtieġa. L-awtorizzazzjonijiet ta' sewqan mogħtija qabel lil sewwieqa għandhom jiġu kemm jista' jkun salvagwardati. Il-korpi emittenti jistgħu madankollu jiddeċiedu, għal sewwieqa individwali jew gruppi ta' sewwieqa, skond il-każ, li jkunu meħtieġa eżamijiet u/jew taħriġ addizzjonali sabiex jinkisbu liċenzji u/jew ċertifikati skond din id-Direttiva.

   3. Is-sewwieqa, awtorizzati skond id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-applikazzjoni tal-punt 2(a) jew (b), jistgħu jkomplu bl-attivitajiet professjonali tagħhom abbażi ta' l-awtorizzazzjonijiet tagħhom, u mingħajr ma japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sa seba' snin mill-istabbiliment tar-reġistri previsti fil-punt 1.

Fil-każ ta' apprendisti li bdew programm approvat ta' edukazzjoni u taħriġ jew kors ta' taħriġ approvat qabel l-applikazzjoni tal-punt 2(a) jew (b), l-Istati Membri jistgħu jiċċertifikaw lil dawn l-apprendisti skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti.

Għas-sewwieqa u l-apprendisti msemmija f'dan il-punt, l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet involuti jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti mediċi stabbiliti fl-Anness II. Il-validità ta' kwalunkwe liċenzja maħruġa b'tali eżenzjoni għandha tkun limitata għat-territorju ta' l-Istati Membri konċernati.

   4. L-awtoritajiet kompetenti, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi ta' l-infrastrutturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni gradwali ta' kontrolli perjodiċi li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikolu 17 għal sewwieqa li m'għandhomx liċenzji u ċertifikati skond din id-Direttiva.
   5. Fejn hekk ikun mitlub minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija, b'konsultazzjoni ma' dak l-Istat Membru, sabiex tagħmel analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal sewwieqa ta' ferroviji li joperaw esklussivament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għandha tkopri perijodu ta' għaxar snin. Din l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mill-istabbiliment tar-reġistri previsti fil-punt 1.

Jekk din l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal tali sewwieqa huma aktar mill-benefiċċji, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tadotta deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tar-riżultati ta' din l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. Id-deċiżjoni tista' tkun li d-dispożizzjonijiet tal-punt 2(b) u (ċ) ta' dan l-Artikolu, ma jkollhomx jiġu applikati għal tali sewwieqa ta' ferroviji għal perijodu sa għaxar snin fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu temporanju ta' eżenzjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-iżviluppi relevanti fis-settur tal-ferroviji fl-Istat Membru konċernat, tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33 (2), titlob lill-Aġenzija sabiex twettaq analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji oħra, li għandha tiġi preżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu temporanju ta' eżenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura deskritta fit-tieni subparagrafu ta' dan il-punt.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA U Ċ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI ARMONIZZAT

1.  Karatteristiċi tal-liċenzja

Il-karatteristiċi fiżiċi tal-liċenzja tas-sewwieq tal-ferroviji għandhom ikunu konformi ma' l-istandards 7810 u 7816-1 ta' l-ISO.

Il-kartonċina għandha tkun tal-polikarbonat.

Il-metodi ta' verifika tal-karatteristiċi tal-liċenzji tas-sewqan sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti ma standards internazzjonali għandhom ikunu konformi ma' l-istandard 10373 ta' l-ISO.

2.  Kontenut tal-liċenzja

Il-faċċata tal-liċenzja għandu jkollha:

   a) il-kliem "Liċenzja ta' sewwieq tal-ferroviji" stampati b'kitba kbira fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja;
   b) l-isem ta' l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja;
   c) ċ) il-marka li tiddistingwi l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja skond il-kodiċi 3166 ta' l-ISO tal-pajjiż, stampata fin-negattiv f'rettangolu ikħal u mdawra minn 12-il kewkba safra;
  d) l-informazzjoni speċifika għall-liċenzja maħruġa, innumerata kif ġej:
   i) il-kunjom tad-detentur;
   ii) isem/ismijiet oħra tad-detentur;
   iii) id-data u l-post tat-twelid tad-detentur;
   iv) − id-data tal-ħruġ tal-liċenzja,
   id-data ta' l-iskadenza tal-liċenzja,
   l-isem ta' l-awtorità emittenti,
   in-numru ta' referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu (fakoltattiv);
   v) in-numru tal-liċenzja li jagħti aċċess għad-data fir-reġistru nazzjonali;
   vi) ritratt tad-detentur;
   vii) il-firma tad-detentur;
   viii) viii) il-post permanenti tar-residenza jew l-indirizz postali tad-detentur (fakoltattiv);
   e) il-kliem "Mudell tal-Komunitajiet Ewropej" fil-lingwa jew lingwi ta' l-Istat Membru li qed joħroġ il-liċenza u l-kliem "Liċenza għas-sewqan tal-ferroviji" fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, stampati bl-isfar sabiex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja;
  f) il-kuluri ta' referenza:
   ikħal: ikħal Pantone Reflex,
   isfar: isfar Pantone;
   g) informazzjoni addizzjonali, jew restrizzjonijiet mediċi għall-użu imposti minn awtorità kompetenti skond l-Anness II, f'forma ta' kodiċi.

Il-kodiċi għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2) u abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija.

3.   ċertifikat

Iċ-ċertifikat għandu jkollu:

   a) il-kunjom tad-detentur;
   b) isem/ismijiet oħra tad-detentur;
   c) ċ) id-data u l-post tat-twelid tad-detentur;
   d) id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat,
   id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat,
   l-isem ta' l-awtorità emittenti,
   in-numru ta' referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu (fakoltattiv);
   e) in-numru tal-liċenzja li jagħti aċċess għad-data fir-reġistru nazzjonali;
   f) ritratt tad-detentur;
   g) il-firma tad-detentur;
   h) il-post permanenti tar-residenza jew l-indirizz postali tad-detentur (fakoltattiv);
   i) l-isem u l-indirizz ta' l-impriża ferrovjarja jew ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura li għalihom is-sewwieq ikun awtorizzat li jsuq il-ferroviji;
   j) il-kategorija li fiha d-detentur ikun awtorizzat li jsuq;
   k) it-tip jew tipi ta' tagħmir mobbli li d-detentur ikun awtorizzat li jsuq;
   l) l-infrastrutturi li fuqhom id-detentur ikun awtorizzat li jsuq;
   m) kwalunkwe informazzjoni jew restrizzjonijiet addizzjonali;
   n) kompetenzi lingwistiċi;
   o) id-data ta' l-aħħar eżami mediku tad-detentur.

4.  Data minima fir-reġistri nazzjonali

a)  Data relatata mal-liċenzja:

Id-data kollha li tidher fuq il-liċenzja u d-data marbuta mar-rekwiżiti ta' kontroll stabbiliti fl-Artikoli 12 u 17.

b)  Data relatata maċ-ċertifikat:

Id-data kollha li tidher fuq iċ-ċertifikat u d-data marbuta mar-rekwiżiti ta' kontroll stabbiliti fl-Artikoli 13, 14 u 17.

ANNESS II

REKWIŻITI MEDIĊI

1.  Rekwiżiti ġenerali

1.1  Is-sewwieqa ma għandhom ikunu jbatu minn ebda kondizzjoni medika jew jieħdu ebda medikazzjoni, droga jew sustanza li aktarx jikkawżaw dawn li ġejjin:

   li jintilfu f'daqqa minn sensihom,
   tnaqqis fl-attenzjoni jew fil-konċentrazzjoni,
   inkapaċità f'daqqa,
   telf tal-bilanċ jew koordinazzjoni,
   limitazzjoni sinifikattiva tal-mobbiltà.

1.2  Vista

Irid ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-vista:

   akutezza viżiva megħjuna jew mhix: 1,0; minimu ta' 0,5 għall-agħar għajn,
   lentijiet korrettivi massimi: ipermetropija +5 / mijopija -8. Huma awtorizzati derogi f'każijiet eċċezzjonali u wara li tkun inkisbet opinjoni ta' speċjalista ta' l-għajnejn. Imbagħad it-tabib jieħu d-deċiżjoni,
   vista viċina jew intermedja: suffiċjenti, kemm jekk megħjuna kif ukoll jekk mhix,
   contact lenses u nuċċalijiet huma awtorizzati meta jkunu kontrollati perjodikament minn speċjalista,
   vista normali ta' kuluri: l-użu ta' test rikonoxxut, bħall-Ishihara, kif ukoll ta' test ieħor rikonoxxut jekk meħtieġ,
   kamp viżiv: sħiħ,
   vista għaż-żewġ għajnejn; effikaċi; mhux meħtieġa meta persuna jkollha adattamenti adegwati u esperjenza ta' kumpens suffiċjenti. Biss jekk ikun tilef il-vista binokulari wara li jkun beda l-impjieg,
   vista binokulari: effikaċi,
   jingħarfu s-sinjali bil-kulur: it-test għandu jkun ibbażat fuq il-konoxxenza ta' kuluri individwali u mhux fuq differenzi relattivi,
   sensittività għall-kuntrasti: tajba,
   m'hemmx mard progressiv ta' l-għajnejn,
   implants ta' lentijiet, keratotomiji u keratektomiji ikunu permessi biss bil-kondizzjoni li jiġu kontrollati fuq bażi annwali jew f'intervalli deċiżi mit-tabib,
   kapaċità li l-għajnejn jifilħu għat-tgħammix,
   contact lenses tal-kulur u lentijiet fotokromatiċi ma jkunux permessi. Il-lentijiet-filtru għall-UV ikunu permessi.

1.3  Rekwiżiti għas-smigħ u għat-taħdit

Smigħ suffiċjenti konfermat minn awdjogramma, jiġifieri:

   smigħ tajjeb suffiċjenti sabiex ikun hemm konverżazzjoni fuq it-telefon u sabiex ikunu jistgħu jinstemgħu ħsejjes ta' twissija u messaġġi bir-radju.

Il-valuri li ġejjin għandhom jittieħdu bħala linji gwida:

   in-nuqqas ta' smigħ ma jridx ikun ogħla minn 40 dB f'500 u 1 000 Hz,
   in-nuqqas ta' smigħ ma jridx ikun ogħla minn 45 dB f'2 000 Hz għall-widna bl-agħar konduzzjoni ta' ħoss bl-arja,
   l-ebda anomalija fis-sistema vestibolari,
   l-ebda difett kroniku fit-taħdit (minħabba li jrid isir skambju ta' messaġġi b'mod qawwi u ċar),
   l-użu ta' għajnuniet għas-smigħ ikun permess f'każijiet speċjali.

1.4  Tqala

Fl-eventwalità ta' tolleranza baxxa jew kondizzjoni patoloġika, it-tqala għandha titqies bħala raġuni għall-esklużjoni temporanja ta' sewwieqa. Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu sewwieqa fit-tqala.

2.  KONTENUT MINIMU TA' L-EŻAMI QABEL IL-ĦATRA

2.1  Eżamijiet mediċi:

   eżami mediku ġenerali,
   eżamijiet tal-funzjonijiet sensorjali (vista, smigħ, perċezzjoni tal-kuluri),
   testijiet tad-demm jew ta' l-urina, li fost oħrajn jinkludu eżami għad-dijabete millitis, sa fejn ikunu meħtieġa sabiex wieħed jiġġudika l-kondizzjoni fiżika tal-kandidat,
   Elettro-Kardjogramma (ECG) fuq il-persuna f'qagħda ta' mistrieħ,
   testijiet għal sustanzi psikotropiċi bħal drogi illeċiti jew medikazzjonijiet psikotropiċi u l-abbuż ta' l-alkoħol li jpoġġi fid-dubbju l-idoneità fiżika għall-impjieg,
   konoxxitivi: attenzjoni u konċentrazzjoni; memorja; perċezzjoni; raġunament,
   komunikazzjoni,
   psikomotorju: ħeffa ta' reazzjoni, koordinazzjoni ta' l-idejn.

2.2  Eżamijiet psikoloġiċi marbuta ma' l-impjieg

L-iskop ta' l-eżamijiet psikoloġiċi marbuta ma' l-impjieg huwa li jgħin fil-ħatra u fil-ġestjoni tal-persunal. Fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-valutazzjoni psikoloġika, l-eżami jrid jivvaluta kemm is-sewwieq applikant ma jkollux nuqqasijiet psikoloġiċi stabbiliti marbuta ma' l-impjieg, partikolarment fil-kompetenzi operattivi jew fi kwalunkwe fattur relevanti ta' personalità, li aktarx ifixkluh fil-qadi mingħajr periklu tad-dmirijiet.

3.  Eżamijiet perjodiċi wara l-ħatra

3.1  Frekwenza

L-eżamijiet mediċi (idoneità fiżika) għandhom isiru mill-inqas kull tliet snin sa l-età ta' 55, u wara dan kull sena.

Minbarra din il-frekwenza, it-tabib tal-post tax-xogħol għandu jżied il-frekwenza ta' l-eżamijiet jekk is-saħħa tal-membri tal-persunal teħtieġ hekk.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(1) għandu jsir eżami mediku adegwat meta jkun hemm raġuni għal xhiex wieħed jiddubita li d-detentur tal-liċenzja jew -ċertifikat ikun għadu jista' jissodisfa r-rekwiżiti mediċi stabbiliti fit-Taqsima 1 ta' l-Anness II.

Il-kondizzjoni fiżika għandha tiġi kontrollata regolarment u wara kwalunkwe inċident fuq ix-xogħol jew kwalunkwe perijodu ta' assenza wara inċident li jkun jinvolvi persuni. It-tabib tal-post tax-xogħol jew is-servizz mediku ta' l-impriża jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu eżami mediku adegwat addizzjonali, partikolarment wara perijodu ta' 30 ġurnata ta' assenza minħabba mard. Min jimpjega għandu jitlob lit-tabib akkreditat jikkontrolla l-kondizzjoni fiżika tas-sewwieq jekk min jimpjega kellu jirtira lis-sewwieq mis-servizz minħabba raġunijiet ta' sigurtà.

3.2  Kontenut minimu ta' l-eżami mediku perjodiku

Jekk is-sewwieq jikkonforma mal-kriterji meħtieġa għall-eżami li jsir qabel il-ħatra, l-eżamijiet perjodiċi għandhom jinkludu bħala minimu:

   eżami mediku ġenerali,
   eżami tal-funzjonijiet sensorjali (vista, smigħ, perċezzjoni tal-kuluri),
   testijiet tad-demm jew ta' l-urina għall-iskoperta ta' dijabete mellitus u ta' kondizzjonijiet oħrajn kif indikat mill-eżami kliniku,
   testijiet għal sustanzi mediċinali fejn ikun klinikament indikat.

Barra minn hekk, huwa meħtieġ ECG fuq il-persuna f'qagħda ta' mistrieħ għal sewwieqa ta' aktar minn 40 sena.

ANNESS III

METODU TA' TAĦRIĠ

Għandu jkun hemm bilanċ tajjeb bejn it-taħriġ teoriku (fil-klassi u fid-dimostrazzjonijiet) u t-taħriġ prattiku (esperjenza fuq ix-xogħol, sewqan taħt superviżjoni u sewqan mingħajr superviżjoni fuq linji li jkunu magħluqin għall-finijiet ta' taħriġ).

It-taħriġ bl-għajnuna tal-kompjuter huwa aċċettat għal tagħlim individwali tar-regoli operattivi, tas-sitwazzjonijiet senjaletiċi, eċċ.

L-użu ta' simulaturi, għalkemm mhux obbligatorju, jista' jkun utli għat-taħriġ effikaċi tas-sewwieqa; dawn huma partikolarment utli għal taħriġ f'kondizzjonijiet ta' xogħol mhux normali jew għal regoli li huma applikati rarament. Għandhom vantaġġ partikolari fil-kapaċità tagħhom li jipprovdu l-kapaċità sabiex persuna titgħallimhom bil-prattika għal avvenimenti li għalihom ma jkunx jista' jingħata taħriġ fid-dinja reali. Fil-prinċipju, għandhom jiġu użati simulaturi ta' l-aħħar ġenerazzjoni.

Rigward il-kisba tal-konoxxenza tar-rotot, l-approċċ preferut huwa li sewwieq tal-ferroviji jakkumpanja sewwieq ieħor għal numru adegwat ta' vjaġġi fuq ir-rotta, matul il-jum kif ukoll bil-lejl. Fost metodi oħrajn, bħala alternattiva ta' metodu ta' taħriġ, jistgħu jintużaw videos tar-rotot kif jidhru mill-kabina tas-sewwieq.

ANNESS IV

KONOXXENZA PROFESSJONALI ĠENERALI U REKWIŻITI DWAR IL-LIĊENZJA

It-taħriġ ġenerali għandu l-objettivi li ġejjin:

   il-kisba tal-konoxxenza, inkluża dik tal-proċeduri, fir-rigward tat-teknoloġiji tal-ferroviji, inklużi l-prinċipji ta' sigurtà u l-filosofija wara r-regoli operattivi,
   il-kisba tal-konoxxenza, inkluża dik tal-proċeduri, fir-rigward tar-riskji marbuta ma' l-operazzjoni tal-ferroviji u l-modi varji li għandhom jintużaw kontrihom,
   il-kisba tal-konoxxenza, inkluża dik tal-proċeduri, fir-rigward tal-prinċipji li jiggwidaw modalità operattiva jew aktar tal-ferroviji,
   il-kisba tal-konoxxenza, inkluża dik tal-proċeduri, fir-rigward tal-ferroviji, kif inhuma magħmulin u r-rekwiżiti tekniċi fuq unitajiet ta' lokomozzjoni, vaguni, coaches u tagħmir mobbli ieħor.

Partikolarment, is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jifhmu r-rekwiżiti speċifiċi sabiex jaħdmu fil-professjoni ta' sewwieqa, l-importanza tagħha, u l-esiġenzi professjonali u personali tagħha (perjodi twal ta' xogħol, nuqqas mid-dar, eċċ),
   japplikaw ir-regoli ta' sigurtà tal-persunal,
   jidentifikaw it-tagħmir mobbli,
   jafu u japplikaw metodu ta' ħidma b'mod preċiż,
   jidentifikaw id-dokumenti ta' referenza u ta' applikazzjoni (il-manwal tal-proċeduri u l-manwal tal-linji kif definiti fl-'Operazzjonijiet' tat-TSI, il-manwal tas-sewwieq, il-manwal f'każ ta' ħsara, eċċ),
   jitgħallmu jġibu irwieħhom b'mod kompatibbli ma' responsabbiltajiet essenzjali għas-sigurtà,
   jidentifikaw il-proċeduri applikabbli f'każ ta' inċidenti li jinvolvu persuni,
   jiddistingwu l-perikli involuti fl-operazzjonijiet tal-ferroviji in ġenerali,
   jafu l-prinċipji li jirregolaw is-sigurtà tat-traffiku,
   japplikaw il-prinċipji bażiċi ta' l-elettroteknoloġija.

ANNESS V

KONOXXENZA PROFESSJONALI TA' TAGĦMIR MOBBLI U REKWIŻITI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAT

Wara li jlestu minn taħriġ speċifiku relattivament għal tagħmir mobbli, is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti li ġejjin:

1.  Testijiet u kontrolli qabel it-tluq

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jiġbru d-dokumentazzjoni u t-tagħmir meħtieġ,
   jikkontrollaw il-kapaċitajiet ta' l-unità lokomotiva,
   jikkontrollaw l-informazzjoni mdaħħla fid-dokumenti abbord l-unità lokomotiva,
   jiżguraw, billi jwettqu l-kontrolli u t-testijiet speċifikati, li l-unità lokomotiva tkun kapaċi tipprovdi l-qawwa lokomotiva meħtieġa, u li t-tagħmir tas-sigurtà jaħdem,
   jikkontrollaw id-disponibbiltà u l-funzjonalità tat-tagħmir ta' protezzjoni u ta' sigurtà preskritti fil-ħin tal-konsenja ta' lokomotiva jew fil-bidu ta' vjaġġ,
   iwettqu kwalunkwe operazzjoni ta' rutina ta' manutenzjoni preventiva.

2.   konoxxenza tat-tagħmir mobbli

Sabiex joperaw lokomotiva, is-sewwieqa għandhom ikunu familjari mal-kontrolli u l-indikaturi kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw:

   il-lokomozzjoni,
   l-ibbrejkjar,
   l-elementi marbuta mas-sigurtà tat-traffiku.

Sabiex jinstabu u jiġu identifikati anomaliji fit-tagħmir mobbli, sabiex dawn jiġu rappurtati u jiġi determinat x'inhu meħtieġ sabiex jissewwew, u f'ċerti każijiet, sabiex tittieħed azzjoni, is-sewwieqa għandhom ikunu familjari ma':

   l-istrutturi mekkaniċi,
   it-tagħmir ta' sospensjoni u ta' rbit,
   it-tagħmir tar-roti,
   it-tagħmir ta' sigurtà,
   it-tankijiet tal-karburant, is-sistema ta' l-alimentazzjoni tal-karburant, it-tagħmir ta' l-egżost,
   it-tifsira tal-marki fuq ġewwa u fuq barra tat-tagħmir mobbli, b'mod partikolari s-simboli użati għat-trasport ta' oġġetti perikolużi,
   is-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-vjaġġ,
   is-sistemi elettriċi u pnewmatiċi,
   is-sistemi tal-kurrent u ta' tensjoni għolja,
   it-tagħmir ta' komunikazzjoni (bejn stazzjonijiet fissi u l-ferrovija, eċċ.),
   arranġamenti ta' vjaġġi,
   il-partijiet kostitwenti tat-tagħmir mobbli, l-iskop tagħhom, u l-apparat speċifiku tal-materjal miġbud, b'mod partikolari s-sistema sabiex twaqqaf il-ferrovija permezz tal-ftuħ tal-pajp tal-brejkijiet,
   is-sistema ta' l-ibbrejkjar,
   il-partijiet speċifiċi għall-unitajiet lokomotivi,
   il-katina lokomotiva, il-muturi u t-trasmissjoni.

3.   l-ittestjar tal-brejkijiet

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jikkontrollaw u jikkalkolaw, qabel it-tluq, li l-qawwa tal-brejk tal-ferrovija, kif speċifikat fid-dokumenti tal-vettura tikkorrispondi għall-qawwa tal-brejk meħtieġa għal-linja,
   jikkontrollaw il-funzjonament tal-komponenti varji tas-sistema tal-brejkijiet ta' l-unità lokomotiva u tal-ferrovija, skond il-każ, qabel it-tluq, meta tiġi startjata l-ferrovija u waqt is-sewqan.

4.  Mod operattiv u veloċità massima tal-ferrovija fir-rigward tal-karatteristiċi tal-linja

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jieħdu nota ta' l-informazzjoni li tingħatalhom qabel it-tluq,
   jiddeterminaw il-mod ta' l-operazzjoni u l-limitu ta' veloċità tal-ferrovija abbażi tal-varjabili bħal-limiti ta' veloċità, kondizzjonijiet tat-temp jew bidliet fis-senjaletika.

5.  Is-sewqan tal-ferrovija b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-installazzjonijiet u lill-vetturi

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jużaw is-sistemi ta' kontroll kollha disponibbli skond ir-regoli applikabbli,
   jistartjaw il-ferrovija b'kont meħud tar-rabtiet ta' aderenza u qawwa,
   jużaw il-brejkijiet sabiex inaqqsu l-veloċità u jieqfu, b'kont meħud tat-tagħmir mobbli u l-installazzjonijiet.

6.  Anomaliji

Is-sewwieqa għandhom:

   ikunu kapaċi li jkunu attenti għal okkorrenzi mhux normali fl-atteġġjament tal-ferrovija,
   ikunu kapaċi li jispezzjonaw il-ferrovija u jidentifikaw sinjali ta' anomaliji, jiddistingwu bejniethom, jirreaġixxu skond l-importanza relattiva tagħhom u jippruvaw jirrimedjawhom, filwaqt li jagħtu dejjem prijorità lis-sigurtà tat-traffiku tal-ferroviji u tal-persuni,
   jkunu jafu l-mezzi disponibbli ta' protezzjoni u komunikazzjoni.

7.  Imprevisti u inċidenti operattivi, nirien u inċidenti li jinvolvu persuni

Is-sewwieqa għandhom:

   ikunu kapaċi li jieħdu passi sabiex jipproteġu l-ferrovija u jsejħu għall-għajnuna f'każ ta' inċident li jinvolvi persuni fuq il-ferrovija,
   ikunu kapaċi li jiddeterminaw jekk il-ferrovija tkunx qiegħda ġġorr merkanzija perikoluża u jidentifikawha abbażi tad-dokumenti tal-ferrovija u l-listi tal-vaguni,
   jkunu jafu il-proċeduri marbuta ma' l-evakwazzjoni ta' ferrovija f'każ ta' emerġenza.

8.  Kondizzjonijiet sabiex jitkompla l-vjaġġ wara inċident li jinvolvi t-tagħmir mobbli

Wara inċident, is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jivvalutaw jekk il-vettura tistax tkompli ssuq u taħt liema kondizzjonijiet, sabiex jinfurmaw lill-amministratur ta' l-infrastruttura b'dawk il-kondizzjonijiet kemm jista' jkun malajr.

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw jekk hix meħtieġa valutazzjoni ta' espert qabel ma l-ferrovija tkompli l-vjaġġ.

9.  Immobbilizzazzjoni tal-ferrovija

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-ferrovija, jew partijiet minnha, ma tistartjax jew ma tiċċaqlaqx għall-għarrieda, anki fl-aktar kondizzjonijiet diffiċli.

Barra minn hekk, is-sewwieqa għandhom ikollhom konoxxenza tal-miżuri li jistgħu jwaqqfu l-ferrovija jew partijiet minnha f'każ li din tistartja jew tiċċaqlaq għall-għarrieda.

ANNESS VI

KONOXXENZA PROFESSJONALI TA' L-INFRASTRUTTURA U REKWIŻITI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAT

Kwistjonijiet relatati ma' l-infrastruttura

1.  L-ittestjar tal-brejkijiet

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jikkontrollaw u jikkalkolaw, qabel it-tluq, li l-qawwa tal-brejk tal-ferrovija, kif speċifikat fid-dokumenti tal-vettura tikkorrispondi għall-qawwa tal-brejk meħtieġa għal-linja.

2.  Tip ta' operazzjoni u veloċità massima tal-ferrovija skond il-karatteristiċi tal-linja

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jieħdu nota ta' l-informazzjoni li tingħatalhom, bħal-limiti ta' veloċità u kwalunkwe bidla fis-senjaletika,
   jiddeterminaw il-mod ta' l-operazzjoni u l-limitu ta' veloċità tal-ferrovija abbażi tal-karatteristiċi tal-linja.

3.   konoxxenza tal-linja

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jantiċipaw problemi u jirreaġixxu b'mod adegwat f'termini ta' sigurtà u prestazzjonijiet oħrajn, bħall-puntwalità u l-aspetti ekonomiċi. Għalhekk għandhom ikollhom konoxxenza tajba tal-linji tal-ferrovija u ta' l-installazzjonijiet fuq ir-rotta tagħhom u ta' kwalunkwe rotta alternattiva miftiehma.

L-aspetti li ġejjin huma importanti:

   il-kondizzjonijiet operattivi (bdil tal-linji, sewqan f'direzzjoni waħda, eċċ.),
   isir kontroll tar-rotta u jiġu kkonsultati d-dokumenti relevanti,
   l-identifikazzjoni tal-linji li jistgħu jintużaw għal ċertu tip ta' ċirkolazzjoni,
   ir-regoli tat-traffiku applikabbli u t-tifsira tas-sistema tas-senjaletika,
   ir-reġim ta' l-operazzjonijiet,
   is-sistema ta' blokk u r-regolamenti marbuta magħha,
   l-ismijiet ta' l-istazzjonijiet u l-pożizzjoni u l-avvistament mill-bogħod ta' stazzjonijiet u kaxxi tas-senjaletika sabiex jirregolaw is-sewqan skond il-ħtieġa,
   is-senjaletika ta' transizzjoni bejn sistemi operattivi jew ta' provvista ta' enerġija differenti,
   il-limiti ta' veloċità għall-kategoriji differenti ta' ferroviji misjuqa,
   il-profili topografiċi,
   il-kondizzjonijiet partikolari għall-ibbrejkjar, per eżempju fuq linji b'niżla qawwija,
   il-karatteristiċi operattivi partikolari: senjaletika speċjali, sinjali, kondizzjonijiet tat-tluq, eċċ.

4.  Regolamenti tas-sigurtà

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jistartjaw il-ferrovija biss meta l-kondizzjonijiet preskritti kollha jkunu sodisfatti (l-iskeda ta' ħin, l-ordni jew is-sinjal tat-tluq, l-operazzjoni tas-senjaletika jekk ikun meħtieġ, eċċ.),
   jimxu mas-senjaletika mal-ġenb tal-linja u fil-kabina, jinterpretawha minnufih u mingħajr żball, u jaġixxu magħha,
   imexxu l-ferrovija b'mod mingħajr periklu skond il-modi speċifiċi ta' operazzjoni: japplikaw modi speċjali jekk jingħadilhom, restrizzjonijiet temporanji ta' veloċità, jimxu fid-direzzjoni opposta, permess sabiex ma jiġux segwiti sinjali f'każ ta' periklu, jaqilbu operazzjonijiet, tidwir, jimxu ġewwa siti ta' bini, eċċ.,
   jirrispettaw waqfiet skedati jew supplimenatri, u jekk jeħtieġ jagħmlu operazzjonijiet supplimentari għall-passiġġieri waqt dawn il-waqfiet, l-aktar jiftħu u jagħlqu l-bibien.

5.  Is-sewqan tal-ferrovija

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi li:

   jkunu jafu l-ħin kollu l-pożizzjoni tal-ferrovija fuq il-linja,
   jużaw il-brejkijiet sabiex inaqqsu l-veloċità u jieqfu, b'kont meħud tat-tagħmir mobbli u l-installazzjonijiet,
   jirregolaw il-mixi tal-ferrovija skond il-programm tal-ħin u kwalunkwe ordni mogħti sabiex tiġi ffrankata l-enerġija, b'kont meħud tal-karatteristiċi ta' l-unità tal-ġbid, il-ferrovija, il-linja u l-ambjent.

6.  Anomaliji

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jkunu attenti, sakemm tippermetti l-ħidma tal-ferrovija, għal okkorrenzi mhux normali fir-rigward ta' l-infrastruttura u l-ambjent: senjaletika, linji, provvista ta' l-enerġija, qsim min-naħa għall-oħra, l-inħawi tal-linja, traffiku ieħor,
   jkunu jafu d-distanzi partikolari sabiex jevitaw ostakli,
   jinfurmaw malajr kemm jista' jkun lill-amministratur ta' l-infrastruttura bil-post u n-natura ta' l-anomaliji osservati, filwaqt li jiżguraw li l-informazzjoni nftiehmet,
   b'kont meħud ta' l-infrastruttura, jiżguraw jew jieħdu miżuri sabiex jiżguraw, meta meħtieġ, is-sigurtà tat-traffiku u l-persuni.

7.  Inċidenti u aċċidenti operattivi, nirien u aċċidenti li jinvolvu persuni

Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi:

   jieħdu passi sabiex jipproteġu u jsejħu għall-għajnuna f'każ ta' inċident li jinvolvi persuni,
   jiddeċiedu dwar fejn iwaqqfu l-ferrovija f'każ ta' nar u jiffaċilitaw, jekk tkun meħtieġa, l-evakwazzjoni tal-passiġġieri,
   jipprovdu malajr kemm jista' jkun informazzjoni utli dwar in-nar jekk dan ma jistax jiġi kkontrollat mis-sewwieq waħdu,
   jinfurmaw lill-amministratur ta' l-infrastruttura malajr kemm jista' jkun b'dawn il-kondizzjonijiet,
   jivvalutaw jekk l-infrastruttura tippermettix lill-vettura tkompli timxi u taħt liema kondizzjonijiet.

8.  Testijiet tal-lingwa

Is-sewwieqa li jridu jikkomunikaw ma' l-amministratur ta' l-infrastruttura dwar kwistjonijiet essenzjali ta' sigurtà għandhom ikollhom kompetenzi lingwistiċi fil-lingwa indikata mill-amministratur ta' l-infrastruttura kkonċernat. Il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom għandhom ikunu tali li jistgħu jikkomunikaw attivament u effettivament f'sitwazzjonijiet ta' rutina, avversi u ta' emerġenza.

Għandhom jkunu kapaċi jużaw il-messaġġi u l-metodu ta' komunikazzjoni speċifikat fl-"Operazzjonijiet" tat-TSI. Is-sewwieqa għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw fil-livell 3 tat-tabella li ġejja:

Livell tal-Lingwa u tal-Komunikazzjoni

Il-kwalifika orali f'lingwa tista' tiġi suddiviża f'ħames livelli:

Livell

Deskrizzjoni

5

– kapaċi tadatta meta titkellem ma' kwalunkwe interlokutur

– kapaċi tagħti opinjoni

– kapaċi tinnegozja

– kapaċi tipperswadi

– kapaċi tagħti parir

4

– kapaċi taffronta sitwazzjonijiet totalment imprevisti

– kapaċi tassumi

– kapaċi tesprimi opinjoni argumentata

3

– kapaċi taffronta sitwazzjonijiet prattiċi li jinvolvu element imprevist

– kapaċi tiddeskrivi

– kapaċi tkompli konversazzjoni sempliċi

2

– kapaċi taffronta sitwazzjonijiet sempliċi prattiċi

– kapaċi ssaqsi

– kapaċi twieġeb għall-mistoqsijiet

1

– kapaċi titkellem bl-użu ta' sentenzi memorizzati

ANNESS VII

FREKWENZA TA' L-EŻAMIJIET

Il-frekwenza minima tal-kontrolli perjodiċi għandha tkun kif ġejja:

   a) konoxxenza lingwistika (għal min ma jkunx imwieled fil-pajjiż konċernat): kull tliet snin jew wara kwalunkwe assenza ta' sena jew iktar;
   b) konoxxenza ta' l-infrastruttura (inkluża l-konoxxenza tar-rotot u r-regoli operattivi): kull tliet snin jew wara kwalunkwe assenza mir-rotta relevanti ta' aktar minn sena;
   c) ċ) konoxxenza tat-tagħmir mobbli: kull tliet snin.

(1) ĠU C 221, 8.9.2005, p. 64.
(2) ĠU C 71, 22.3.2005, p. 26.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 (ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 464), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Settembru 2006 (ĠU C 289 E, 28.11.2006, p. 42) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2007.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44. Verżjoni korretta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.
(5) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 164). Verżjoni korretta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 58.
(6) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 18.
(7) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114). Verżjoni korretta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 40.
(8) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/50/KE.
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(10) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(11) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Direttiva 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(13) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(14) ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/49/KE.
(15) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(16)* Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(17) ĠU L 199, 31.7.1985, p. 56.
(18)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(19)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(20)** Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(21)* Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza