Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0041(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0472/2006

Testi mressqa :

A6-0472/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/02/2007 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0012

Testi adottati
PDF 202kWORD 33k
Il-Ħamis, 1 ta' Frar 2007 - Brussell
L-approvazzjoni ta' vetturi relatat mal-qasam tal-viżjoni tax-xufier tal-vettura ***
P6_TA(2007)0012A6-0472/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill relatata mal-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' vetturi relatat mal-qasam tal-viżjoni tax-xufier tal-vettura (11522/2006 – C6-0347/2006 – 2006/0041(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11522/2006)(1),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens mill-Kunsill bi qbil ma' l-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE(2) (C6-0347/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0472/2006),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għad mhix ippublikata fil-ĠU.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta" Novembru 1997 bil-għan ta" adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta" preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta" approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta" dawn il-preskrizzjonijiet ( Ftehima 1958 Riveduta) (ĠU L 346, 17.12.1997, p.78).

Avviż legali - Politika tal-privatezza