Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0141(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0470/2006

Testi mressqa :

A6-0470/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/02/2007 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0013

Testi adottati
PDF 200kWORD 33k
Il-Ħamis, 1 ta' Frar 2007 - Brussell
Il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea *
P6_TA(2007)0013A6-0470/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehima dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (COM(2006)0422 – C6-0438/2006 – 2006/0141(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0422)(1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehima dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 170 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0438/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0470/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern tar-Repubblika tal-Korea.

(1) Għadu mhux ippublikat fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza