Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 68/89/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta" l-injam mhux irfinut (COM(2006)0557 – C6-0325/2006 – 2006/0178(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0557)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0325/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0017/2007),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;