Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tax-xogħlijiet pubbliċi u dwar l-allokazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi permezz ta' aġenziji jew fergħat (COM(2006)0748 – C6-0440/2006 – 2006/0249(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0748)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0440/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0018/2007),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.