Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2633(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0048/2007

Testi mressqa :

B6-0048/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2007 - 5.9
CRE 14/02/2007 - 5.9

Testi adottati :

P6_TA(2007)0040

Testi adottati
PDF 536kWORD 191k
L-Erbgħa, 14 ta' Frar 2007 - Strasburgu
Preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 dwar l-Istrateġija ta" Liżbona
P6_TA(2007)0040B6-0048/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-kontribut għall- Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2007 li għandu x'jaqsam ma" l-Istrateġija ta" Liżbona

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew tar- rebbiegħa ntitolat:'Wasal iż-żmien li ningranaw: Is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi' (COM(2006)0030),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni 'Il-Programm Komunitarju ta" Liżbona: Rapport Tekniku u ta' Implimentazzjoni tiegħu ta" l-2006 (SEC(2006)1379),

–   wara li kkunsidra l-25 Programm Nazzjonali dwar ir-Riforma għat-Tkabbir u għall-Impjiegi' kif ippreżentati mill-Istati Membri (NRPs),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni ntitlolata: 'Reviżjoni Strateġika dwar Regolazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea' (COM(2006)0689),

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-Koeżjoni ekonimika, soċjali u territorjali, 2007-2013, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali skond l-Istrateġija ta" Liżbona,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni ntitlolata: 'L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija: Kontribut lill-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir, Ekonomiku u l-Impjiegi' (COM(2006)0567),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-President tal-Kummissjoni bi qbil mal-Viċi-president Verheugen u l-Kummisjunari Almunia u Spidla dwar il-Linji ta'Gwida Integrati għat-Tkabbir u għax-Xogħol (2005-2008) (COM(2005)0141),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal- Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u tal-24 ta" Marzu 2000, tal-Kunsill Ewropew ta'Stokhkolma tat-23 u ta'l-24 ta' Marzu 2001, u tal-Kunsill Ewropew ta'Brussel tat-22 u tat-23 ta' Marzu 2005 u u tal-Kunsill Ewropew ta' Brussel tat-23 u ta'l 24 ta'- Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu ta'l-14 ta' Diċembru 2006 dwar strategija Ewropea għall-enerġija sostenibbli, kompetitiva u fiż-żgur - Green Paper(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar l-impatt makro-ekonomiku taż-żieda fil-prezz ta" l-enerġija (A6-0001/2007),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew dwar il-politika ta' l-enerġija għall-Ewropa (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Inter-Istituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2003(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(3) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri sabiex l-Istrateġija ta' Liżbona tkun suċċess, u jinnota li l-Istrateġija ta' Liżbona hija r-risposta ta" l-Ewropa għall-isfidi tal-globalizzazzjoni; barra minn hekk, jerġa" jenfasizza li t-tkabbir u l-impjiegi huma pre-rekwiżiti għas-suċċess ta" l-Istrateġija ta" Liżbona, flimkien ma" l-interdipendenza ta" riformi ekonomiċi, soċjali u ambjentali, bil-għan li jinħolqu ekonomija u soċjetà dinamiċi u innovattivi; iwissi li l-istrateġija ma għandhiex titnaqqasx għal ftit prijoritajiet biss marbuta mat-tkomplija tas-suq intern u regolazzjoni aħjar; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħafna fatturi komplimentari ta' l-Istrateġija l-ġdida għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Istrateġija ta' Liżbona, bħall-għanijiet komuni tagħhom għal iżjed kompetittività, il-ħolqien ta' aktar impiegi u ta' impjiegi ta" kwalità aħjar, aktar inklużjoni soċjali, ħarsien ta' l-ambjent u prevenzjoni tar-riskju;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-passi meħuda fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2005 sabiex l-Istrateġija ta" Liżbona titqajjem mill-ġdid, inkluża l-kjarifika tad-diviżjoni ta" responsabilità għall-implimentazzjoni ta" miżuri individwali bejn l-Istati Membri u l-Komunità;

3.  Jemmen li, f'dinja b'riżorsi limitati u sistema ekoloġika fraġli, l-Unjoni Ewropea għandha tistinka sabiex issir iż-żona ekonomika l-aktar effiċjenti f'sens ta' riżorsi u ta' enerġija fid-dinja; jiġbed l-attenzjoni għall-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni jew ta' azzjoni mdewma f'dan ir-rispett, u jenfasizza l-potenzjal ekonomiku enormi ta" teknoloġiji għall-użu effiċenti ta" enerġiji minn sors li jiġġeddu fis-suq dinji, li l-Unjoni Ewropa tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tisfrutta;

4.  Jemmen li l-innovazzjoni għandha rwol importanti u kritiku fil-kapaċità tal-Unjoni Ewropa li tirreaġixxi effettivament għall-isfidi u l-opportunitajiet ta' l-ekonomija globali, kif ukoll sfidi kbar oħra, bħal bdil fil-klima;

5.  Jiġbed l-attenzjoni li l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona jeħtieġ li tingħata riżorsi finanzjarji suffiċjenti u mmirati tajjeb permezz tal-baġit Komunitarju; f'dan il-kuntest jiddispaċih li hemm nuqqas ta' riżorsi finanzjarji maħsuba għall-kisba ta" l-għanijiet stipulati mill-Istrateġija ta' Liżbona;

6.  Jirrikonoxxi l-valur miżjud uniku ta' politika reġjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona, li huwa rifless ukoll fil-'Linji gwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013: Politika ta' Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi'; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti l-15-il pajjiż ta' l-UE qegħdin jintalbu jwarrbu 60% tan-nefqa għall-objettiv ta' Konverġenza tal-Fondi Strutturali u 755 tan-nefqa għall-objettiv ta' Kompetittività u Impjiegi Reġjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-aġenda ta' Liżbona; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja r-rendiment ta' l-Istati Membri biex jilħqu l-objettivi ta' Liżbona permezz ta' proġetti bil-fondi strutturali tagħhom;

It-titjib tal-governanza ta" Liżbona għal regolazzjoni aħjar
Regolazzjoni aħjar

7.  Jappoġġja l-isforzi kollha magħmula mill-istituzzjonijiet kollha fir-rigward tal-promozzjoni ta' l-aġenda għal leġiżlar aħjar. Jemmen li l-Parlament għandu jibqa' fuq quddiem biex jippromwovi Leġiżlar aħjar billi jiżgura l-bażi għal proċeduri komuni ma' istituzzjonijiet oħra għal Evalwazzjoni ta' l-Impatt indipendenti dwar leġiżlazzjoni proposta, trasparenza ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll kontroll demokratiku mtejjeb ta' l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni delegata mill-Kummissjoni. ifakkar li regolazzjoni aħjar ma tfissirx deregolazzjoni jew regolazzjoni minima,

8.  Jinsisti fuq ir-rikonoxximent komplut ta' l-irwol tal-PE fil-qasam tal-komitoloġija, li jistgħa jgħin fis-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni billi jitneħħew il-miżuri ta' implimentazzjoni filwaqt li jkun garantit ir-rispett sħiħ tas-setgħat leġiżlattivi tal-PE; Jinnota li ostakoli għad-demokrazija u obbligi fir-rigward ta' spejjeż intensivi ma joħorġux biss mil-leġiżlazzjoni, imma ukoll primarjament mid-deċiżjonijiet tal-komitoloġija; għalhekk, jitlob għad-deċiżjonijiet tal-komitoloġija biex huma wkoll ikunu s-suġġett ta' evalwazzjonijiet ta' impatt komprensivi u indipendenti;

9.  Jilqa" bi pjaċir l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u ta" l-ispejjez għan-negozji; Jitlob biex ikun involut iżjed mill-qrib biex jirċievi analiżi solida rigward il-benefiċċju mil-lat ta" l-ispejjeż bħala bażi għal teħid tad-deċiżjonijiet infurmat u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodoloġija għal evalwazzjoni ex ante indipendenti ta' l-ispejjeż amministrattivi; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkommettu rwieħhom għal mira konġunta rigward it-tnaqqis ta' l-ispejjeż waqt il-Kunsill tar-Rebbiegħa ta' l-UE ta'l-2007; Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra b'mod regolari f'kull strument ta' politika, leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv, biex tilħaq l-objettivi mixtieqa; Jinsisti li kull inizjattiva għal simplifikazzjoni trid tkun konformi għal kollox mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet imsemmija fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju(4);

10.  Jissuġġerixxi li tnaqqis ta" 25% fil-piż amministrattiv fl-Istati Membri jwassal għal żieda ta" 1 fil-GDP reali, għal 1.4%; Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jiffissaw miri kwantitattivi u kwalitattivi f'dan il-qasam u biex jikkontribwixxu fil-qafas ta" traspożizzjoni aħjar, b'mod partikulari biex tiġi simplifikata r-regolazzjoni eżistenti u biex jiddaħħlu proċeduri ta" evalwazzjoni dwar l-impatti filwaqt li jiġu stabbiliti proċeduri għall-konsultazzjoni u għall-ilmenti ma" dawk li għandhom interessi u li huma rilevanti; jagħmel enfasi fuq l-irwol importanti tal-parlamenti nazzjonali u ta" l-istrutturi mixtieqa ta" koperazzjoni f'dan il-kuntest;

Traspożizzjoni bikrija u aħjar

11.  Fl-interess tat-tkabbir tat-trasparenza u ta" fehim aħjar dwar l-Istrateġija ta" Liżbona u l-implimentazzjoni tagħha, jagħmel sejħa għall-iżvilupp ta" struttura komuni u koerenti ta' l-NRP, li tippermetti analiżi komparattiva aħjar ta' l-impatt ta' l-azzjonijiet proposti fil-livell ta' l-Istati Membri, kif ukoll djalogu miftuħ u kostruttiv fil-livell Ewropew dwar il-progress miksub; F'dan ir-rigward jappoġġja l-idea li jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet u sistema ta" klassifikar ta" l-aħjar prattika li jkunu speċifiċi skond il-pajjiż li jkun dwar l-aġendi tar-riforma fl-oqsma differenti tal-politika; jistieden lill-gvernijiet nazzjonali kollha jippubblikaw it-test tad-dispożizzjonijiet meta jkunu qed jiġu trasposti d-direttivi ta" l-UE, l-hekk imsejħa tabelli ta" korrelazzjoni, u biex jikkomunikawh lill-Kummissjoni;

12.  Jistieden sabiex ikun hemm involviment wiesa' tas-soċjetà ċivili dwar il-bidliet sabiex ikun hemm żieda fit-tkabbir u fl-impiegi; ifakkar li s-suċċess tar-riformi jiddependi fuq l-involviment u l-propjetà tas-soċjetà kollha kemm hi; għaldaqstant, jipproponi li jiġi stabbilit tpartit ta" fehmiet dwar l-aħjar prattika rigward il-parteċipazzjoni ta" rappreżentazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'dan il-proċess ta" riforma;

It-titjib tal-governanza ta" Liżbona u l-pussess nazzjonali

13.  Jisħaq li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Istati Membri għandhom jiġu diskussi u adottati fil-Kunsill sabiex jiġi żviluppat Qafas Ewropew reali, tissaħħaħ il-ħidma ekonomika u ta' koordinazzjoni tax-xogħol u jitħeġġeġ pussess nazzjonali akbar;

14.  Itenni li il-problemi ekonomiċi u tax-xogħol tal-UE Mhumiex ser jingħelbu mingħajr is-sehem attiv tal-Parlamenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; Jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jippromwovu diskussjoni usa' ta' l-NRP u r-Rapporti ta' Implimentazzjoni tagħhom, inklużi rakkomandazzjonijiet nazzjonali mal-parlamenti nazzjonali tagħhom u jistabbilixxu rabtiet eqreb bejn l-NRPs u d-dibattiti tal-baġit nazzjonali;

15.  Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tinawgura forma ta" sorveljanza tal-punti ta" riferiment, billi tuża indikaturi tal-politika strutturali b'rabta identifikata sew mat-twettiq ekonomiku u ta' l-impjieg u indikaturi li jservu bħala bażi għall-eżerċizzju strutturali ta" sorveljanza, filwaqt li tagħti kas politiki li jistimulaw l-innovazzjoni u l-ħolqien tax-xogħol;

16.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' rwol aktar effettiv ta' rappreżentati tal-gvern li huma speċifikament responsabbli għall-implimentazzjoni ta'l-Istrateġija ta' Liżbona fl-Istati Membri kollha, fl-ogħla livell politiku, biex idaħħlu magħhom lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali li jtejbu l-metodu tat-taħlita ta" politiki ta" din l-aġenda ta" riforma, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew;

17.  Ifakkar li huwa l-irwol ta' gwida li għandu l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta'l-2007 li jistabbilixxi l-aġenda tar-riforma ta" l-Unjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jiżgura l-involviment ugwali tal-formazzjonijiet kollha tal-Kunsill li huma kkonċernati; jenfasizza l-irwol tiegħu stess fil-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona kollha kemm hi;

Tkabbir, xogħol u kompetittività
Il-ħolqien ta" aktar xogħol u opportunitajiet ta' xogħol

18.  Jikkunsidra li r-riforma tas-suq tax-xogħol għandu jkollu l-għan li jirrikonċilja t-talbiet ta' l-industrija għal aktar flessibilità mat-talbiet tal-ħaddiema għal aktar sigurtà, per eżempju billi jinħolqu prospetti ta' impjiegi ġodda u forom ġodda ta' sigurtà; jinsab konvint li din it-taħlita ta' flessibilità u sigurtà soċjali tagħmilha aktar faċli għall-impjegati, l-intraprizi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju (SMEs) li jaddattaw ruħhom għall-isfidi ta' ekonomija dinamika u soċjetà li qed tinbidel; jistieden għalhekk lill-Kunsill Ewropew u lill-Istati Membri sabiex jiddefinixxu prinċipji ċari u oġġettivi u jintroduċu eżerċizzju intensifikat ta' benchmarking u skambji ta' l-aħjar prattiki għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-flessigurtà;

19.  Jistieden li jikun hemm aktar investiment u ħaddiema mħarrġa aħjar u aktar kwalifikati, sabiex jiżdiedu r-rati tal-produttività u ta' l-impjiegi u jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, li għandha tippermetti lill-UE li tilqa" l-isfida tal-kompetizzjoni globali; jirrimarka li l-immodernizzar tas-sistemi ta" l-impjiegi u tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri kollha, inkuż il-promozzjoni ta' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol (bħal fil-mudell Daniż), huwa importanti ħafna politikament, u li l-prosperità u s-solidarjetà huma tabilħaqq għanijiet li jmorru id f'id skond l-Istrateġija ta" Liżbona;

20.  Ifakkar li l-qgħad huwa kkonċentrat l-aktar fil-gruppi vulnerabbli speċjalment fost dawk ta' ħaddiema anqas kwalifikati u li għalhekk hemm bżonn ta' sforz speċjali sabiex jiġu promossi politiki attivi ta' taħriġ vokazzjonali għal ħaddiema bla xogħol li jistgħu jkunu anqas kwalifikati, u għat-titjib tas-sistema edukattiva sabiex jitnaqqas il-livell għoli ta' falliment ta' tfal ta'l-iskola;

21.  Jemmen li għandhom jitneħħew l-ostakoli għall-ħolqien ta' l-impjiegi, inkużi d-diżinċentivi biex wieħed jieħu xogħol imħallas b'mod moderat; jirrikonoxxi r-responsabilità tan-nies bla xogħol li jaċċettaw offerti ta" xogħol; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-arranġamenti dwar il-ħinijiet tax-xogħol ikunu flessibbli biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema u biex jippermettu li n-nies ikollhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

22.  Jiddeplora l-fatt li l-proprozjon tan-nisa fis-suq tax-xogħol għadu 'l bogħod ferm mill-objettivi tas-Strategija ta' Liżbona; jemmen li għandu jkun possibbli għall-ħaddiema aktar anzjani li jibqgħu jaħdmu fuq bażi volontarja, appoġġjata minn taħriġ xieraq u kura tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol; jemmen ukoll li l-irtirar kmieni għandu jkun skoraġġut u l-ħaddiema għandhom ikunu permessi li jaħdmu volontarjament wara l-età legali ta' l-irtirar jekk ikun hemm ftehim bejnhom u bejn min iħaddimhom; jinsisti li dawn il-miżuri huma meħtieġa biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u biex isaħħu s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi;

23.  Jisħaq li ħaddiema aktar anzjani jiffurmaw parti dejjem akbar tal-popolazzjoni ta' l-UE li taħdem u tal-kapaċità ekonomika tal-produzzjoni; jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi biex jiġu emendati s-sistemi tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali sabiex wieħed jinkoraġġixxi ħajja tax-xogħol aktar twila u attiva u jitlob implimentazzjoni effettiva ta' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' età;

24.  Jinnota li hemm nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati fl-UE, u li t-tagħlim matul il-ħajja kollha huwa ċentrali għall-kisba ta' l-għanijiet ta'l-Istrateġija ta' Liżbona; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'koperazzjoni ma' l-imsieħba soċjali, sabiex jagħmlu aktar għall-ħolqien ta' l-impjiegi u ż-żieda tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema żgħażagħ, nisa u ħaddiema aktar anzjani, partikularment billi:

   - jiżguraw li kull persuna li tispiċċa l-iskola jkollha offerta ta' impjieg, taħriġ jew opportunitajiet relatati fi żmien sitt xhur u jipprovdu aċċess usa' għat-taħriġ għall-ħaddiema bla xogħol; minkejja l-ġeneru, reliġjon jew twemmin, b'diżabilità, età, u orjentazzjoni sesswali;
   - jiżguraw rata ogħla ta' impjieg qalb persuni b'diżabilità li jutilizzaw għal kollox il-kapaċità kreattiva tagħhom;
   - inaqqsu ż-żmien għall-istabbiliment ta' negozji ġodda għal mhux aktar minn gimgħa, flimkien ma' tariffi tat-twaqqif u spejjeż amministrattivi baxxi;
   - iżidu l-investiment fil-kura tat-tfal, u ta' networks oħra ta' kura, li tkun komprensiva u li jista' jlaħħaq magħha kulhadd;
   - inaqqsu aktar il-piż tat-taxxi fuq l-impjieg;
   - jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u jiżviluppaw politiki għall-immigrazzjoni u l-integrazzjoni li jaqdu l-ħtiġijiet ta' l-ekonomija Ewropea u tas-soċjetà;
   - jagħtu spinta ġdida lill-għarfien u lill-innovazzjoni billi jżidu l-investiment; jistabbilixxu drittijiet u doveri aktar ċari fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali u tat-tagħlim matul il-ħajja kollha; jużaw it-teknoloġija ta'l-informazzjoni u kommunikazzjoni (ICT); ikun hemm aktar korrelazzjoni effiċjenti bejn is-sistema edukattiva u l-ħtiġijiet ta" swieq tax-xogħol ġodda; u billi tiġi inkluża l-imprenditorijalita' fil-kurrikula ta' l-edukazzjoni;

25.  Jappoġġja l-politika li tippermetti li l-universitajiet ikun iffinanzjati privatament u jinkoraġġixxi s-settur privat sabiex jagħti l-fehma tiegħu dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ li jeħtieġ is-suq;

26.  Jikkunsidra li l-aspetti ta' kura tas-saħħa marbuta mal-bidla demografika huma ta' importanza kbira u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li aktar ma n-nies igawdu minn saħħa tajba fit-tul, aktar jistgħu jibqgħu ekonomikament attivi u jevitaw li l-ispejjeż għall-kura tas-saħħa jiżdiedu; jinsab konvint li investiment f'miżuri li jipproteġu n-nies minn fatturi li jikkawżaw mard kroniku u fit-tul huwa ta' importanza partikulari; fl-istess ħin, għandhom isiru sforzi biex ikun żgurat li l-individwi li qed isofru minn dawn it-tipi ta' mard ma ssirx diskriminazzjoni kontrihom fuq il-post tax-xogħol;

27.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirrevedu mudelli soċjali ineffiċjenti fid-dawl tas-sostenibilità finanzjarja tagħhom, il-bdil fid-dinamika globali u fid-disinn demografiku sabiex dawn isiru aktar sostenibbli;

It-tneħħija ta' nuqqasijiet persistenti tas-suq intern

28.  Jisħaq li jekk l-ekonomija Ewropea trid tkun kompetittiva globalment, jeħtieġ ukoll li jkollha suq intern dinamiku; jirrakkomanda li l-aċċess għas-suq ikun iffaċilitat, ikunu promossi politiki li jirrispettaw l-innovazzjoni u li jkunu konsistenti mal-prinċipji ta' l-interess pubbliku u livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur sabiex ikun possibbli għaċ-ċittadini li jibbenefikaw mis-suq intern; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-ħidma tas-suq intern u japprova bis-sħiħ l-ambizzjoni tagħha li fl-aħħar tlesti l-proġett; jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu pussess tas-Suq Intern u jistabbilixxu kultura ta' koperazzjoni bejniethom, sabiex jissorveljaw u jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi f'attività pan-UE; jenfasizza partikularment l-importanza ta' implimentazzjoni u nfurzar xieraq tal-liġi tal-Kommunita' Ewropea u jisħaq fuq irwol ta' mħallfin imħarrġa b'mod xieraq f'dan ir-rigward;

29.  Jinnota li t-tisħiħ fil-ġejjieni mbiegħed tas-suq intern huwa fundamentali għall-isforzi għall-kisba ta" l-objettivi ta'l-Istrategija ta' Liżbona kif ukoll, b'mod partikulari, biex tagħmel lill-Ewropa kompetittiva b'mod sostenibbli f'ekonomija globalizzata; jinnota ukoll li l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom għat-tisħiħ ta" dan aspett ewlieni tal-proċess ta" l-integrazzjoni;

30.  Jisħaq li ċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti huwa wieħed mill-pedamenti tas-suq intern; jirrimarka li fil-każ ta" prodotti li ma kinux suġġetti għall-armonizzazzjoni Komunitarja, l-Artikoli minn 28 sa 30 tat-Trattat KE jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jżommu jew jimponu xkiel għall-kummerċ intrakomunitarju fil-prodotti; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ineħħu definittivament l-ostakli kollha għaċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti fl-Unjoni Ewropea;

31.  Jinnota li rigward il-moviment ħieles tal-merkanzija, għad hemm nuqqasijiet serji fil-qasam tar-rikonoxximent mutwali ta' prodotti mhux armonizzati; jappoġġja għalhekk il-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex jiżgura l-adozzjoni ta' strument legali li jagħmel il-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea torbot fl-Istati Membri kollha;

32.  Jenfasizza, wara l-adozzjoni finali tad-Direttiva dwar is-Servizzi, l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida għall-Istati Membri u li timmoniterja l-progress tagħhom; jirrakkomanda sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jikoperaw sabiex jiżguraw implimentazzjoni konsistenti fl-Unjoni Ewropea kollha; jisħaq li dan hu essenzjali biex l-ekonomija Ewropea tissodisfa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u biex tkompli tikkompli s-suq intern;

33.  Jenfasizza li ċ-ċaqliq ħieles tas-servizzi huwa wieħed mill-pedamenti tas-suq intern; jinnota li l-industrija tas-servizzi tammonta għal xejn inqas minn 70% tal-GDP u tas-suq tax-xogħol; jitlob li jkun hemm koperazzjoni mtejba bejn is-servizzi tas-saħħa, b'mod partikolari rigward il-mobilità tal-pazjenti;

34.  Jenfasizza li l-infurzar u l-ħarsien tad-drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali (IPR) fl-Ewropa jibqgħu relattivament għoljin u jieħdu ħafna ħin u għalhekk jostakolaw il-kompetittività relatata ma' l-innovazzjoni; il-kwistjoni ta" l-istandardizzazzjoni ma ngħatatx l-attenzjoni neċessarja la fil-livell Ewropew u lanqas f'dak nazzjonali; itenni mill-ġdid is-sejħa tiegħu għal titjieb fil-kundizzjonijiet qafas għal politika aħjar għall-proprjetà intellettwali u għal politika għall-privattivi li għandu jiġu miksub permezz ta" standards madwar l-UE kollha kemm hi, koperazzjoni mtejba bejn il-korpi nazzjonali responsabbli mill-istandardizzazzjoni u proċeduri simplifikati; itenni mill-ġdid il-bżonn li l-kwistjoni ta' l-iffalsifikar, (l-iffalsifikar tad-drogi) tiġi indirizzata b'mod effettivfl-interessi tas-sikurezza tal-pazjent;

35.  Jikkunsidra b'dispjaċir kbir il-falliment li ma sar l-ebda progress fil-politika Ewropea għal privattivi u li huwa inaċċettabbli l-falliment li ma ġietx żviluppata strateġija Ewropea uniformi għal privattivi; jiġbed l-attenzjoni għar-riżultat tal-kunsiderazzjoni tagħha għar-regolamentazzjoni tal-privattivi Ewropea fl-ewwel qari, li tipproponi soluzzjoni għall-problemi li għadhom ma ssolvewx fil-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni sabiex immedjatament tressaq proposti għal strateġija ġdida għall-privattivi sabiex tkun tista' tiġi stabbilita mingħajr dewmien bażi friska għal negozjati fil-Kunsill; jistieden lill-Istati Membri jadottaw sistema tal-privattivi effettiva bbażata fuq il-konsultazzjonijiet tal-passat, inkluż kunsiderazzjoni għal parteċipazzjoni fil-Ftehima dwar il-Litigazzjoni fuq il-Privatti sabiex jiżguraw progress u sigurtà legali malajr kemm jista' jkun;

36.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm sistema ta' fondi pubbliċi effettiva, innovattiva u li taħdem tajjeb għall-ħolqien ta' suq intern kompetittiv; jistieden lill-Kummissjoni tkompli r-riforma tagħha tal-qafas ta' fondi pubbliċi sabiex timmassimizza l-parteċipazzjoni, timminimizza l-burokrazija u teżamina l-aħjar metodi li jiżguraw aċċess ġust għal fondi pubbliċi għall-SMEs;

37.  Jilqa" bi pjaċir il-progress li sar permezz ta" l-implimentazzjoni ta" l-ewwel Pjan ta" Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji u jirrimarka li suq finanzjarju li jaħdem sew huwa fundamentali għall-prospetti tat-tkabbir ta' l-ekonomija Ewropea; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji tiġi implimentata korrettement fl-Istati Membri kollha u tiġi osservata b'mod sħiħ mill-imsieħba internazzjonali tagħna;

38.  Jinnota li swieq finanzjarji effettivi huma fundamentali biex is-suq wieħed jaħdem kif xieraq; jemmen li l-assigurazzjoni ta" l-iżvilupp ta" prodotti finanzjarji ta' kwalità għolja fuq bażi transkonfinali se tikkontribwixxi għal ambjent ta' negozju innovattiv fl-Ewropa; jemmen li innovazzjoni mgħaġġla u tkabbir tat-tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali qed joħolqu sfidi ġodda għas-settur tan-negozju u għas-sistema finanzjarja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza u tiddefinixxi b'mod aktar effettiv, il-politiki regolatorji li jippromwovu stabilità finanzjarja, ħarsien tal-konsumatur xieraq u integrità tas-suq; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jeżaminaw il-bżonn li jkun hemm regoli ta' superviżjoni aktar effettivi għall-ekwitajiet privati u għall-hedge funds.

39.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu l-moviment ħieles tal-kapital realtà; jiddeplora inċidenti riċenti ta" gvernijiet nazzjonali li pprovaw ixekklu mergers transkonfinali fl-Unjoni Ewropea; ifaħħar lill-Kummissjoni għad-difiża mingħajr ambigwità li għamlet tat-Trattat KE f'dan ir-rigward; jistieden, għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tressaq mingħajr dewmien, inkluż fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, proposti leġiżlattivi ġodda li jiffaċilitaw il-mobilità ta' intrapriżi u kapital fl-Unjoni Ewropea; dan japplika b'mod partikolari għall-14-id Direttiva dwar it-trasferiment ta' l-uffiċċju rreġistrat u għall-Kumpanija Privata Ewropea;

40.  Jitlob li tingħata aktar attenzjoni lil politiki oħra relatati li jistgħu jgħinu lis-Suq Intern sabiex jaħdem aħjar; iqis li għandha tingħata prijorità lit-trasport u li jintwera l-potenzjal ta" loġistika aħjar u tat-twettiq b'aktar ħeffa tat-TENs; jappoġġa l-inizjattiva tal-Presidenza Ġermaniża ta" l-UE f'dan il-qasam;

It-tisħiħ tal-kompetittività esterna ta" l-UE

41.  Ifakkar li l-kummerċ ħieles u ġust isaħħaħ il-prosperità fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja; jinnota li l-kumpaniji fis-suq intern joperaw f'ambjent globali, bi swieq u b'parteċipanti globali li jiddependu fuq xulxin; jitlob lill-Istati Membri biex jevitaw il-protezzjoniżmu; jikkunsidra li aktar integrazzjoni ekonomika tista' tagħti spinta lill-kompetittività, lit-tkabbir u lill-impjiegi fl-Unjoni Ewropea; jagħmel osservazzjoni dwar l-importanza ta" koperazzjoni regolatorja internazzjonali, speċjalment fl-oqsma tas-superviżjoni, u tar-riforma u s-simplifikazzjoni tar-regoli; madankollu jfakkar li l-kummerċ internazzjonali jista' jolqot ħażin lill-iżjed ħaddiema vulnerabbli u lill-inqas ħaddiema kwalifikati li jaħdmu f'ċerti oqsma;

42.  Jikkunsidra li l-aċċess għas-suq, approċċ reġjonali iżjed bilanċjat u l-promozzjoni ta' l-Istandards Bażillarii tax-Xogħol ta' l-Organizzazzjoni tax-Xogħol Internazzjonali u tax-xogħol diċenti huma vitali sabiex tissaħħaħ il-kompetittività esterna ta' l-Unjoni Ewropea; u li l-evitar tad-'dumping' ambjentali huwa element kruċjali għall-kompetizzjoni ġusta; jesprimi li huwa lest li jikkunsidra miżuri kummerċjali xierqa kontra pajjiżi opportunisti (free rider) li ma jġorrux il-piż li għandhom iġorru fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima dinjija, fil-waqt li jieħu kont ta' l-istadji differenti u varji ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tas-sħab kummerċjali tagħna;

43.  Ifakkar li r-responsabilità soċjali tal-kumpaniji (CSR) m'għandhiex tiġi interpretata bħala impożizzjoni unilaterali mill-istat, fil-forma ta' piżijiet legali ġodda fuq in-negozju, li twassal għal tnaqqis fil-kompetittività u fil-kapaċità li jiġi ġġenerat ix-xogħol; jemmen li S-CSR minflok għandha titħaddem permezz ta' inizjattivi tal-kumpaniji, kemm fiskali u kemm ta' natura oħra, sabiex il-kumpaniji jibdew jassumu b'mod volontarju funzjonijiet ta' interess soċjali;

44.  Jenfasizza l-bżonn li l-SMEs, li huma s-sors tal-kompetittività ekonomika Ewropea, ikollhom kundizzjonijiet finanzjarji, fiskali u tax-xogħol aħjar, sabiex issir possibbli l-innovazzjoni kontinwa fil-produzzjoni; iqis li l-implimentazzjoni ta' politiki effettivi hija importanti ħafna sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-globalizzazzjoni;

45.  Jagħmel osservazzjoni dwar l-importanza ta" koperazzjoni regolatorja internazzjonali, speċjalment fir-rigward tar-riforma u s-simplifikazzjoni tar-regoli; iqis li l-koperazzjoni fuq il-bażi tal-multilateraliżmu u l-kontabilità demokratika għandha tkun rinfurzata sabiex jinfetħu swieq barranin għall-prodotti u servizzi ta' kumpaniji Ewropej fuq bażi bilanċjata; f'dan il-kuntest, jisħaq fuq il-bżonn li l-Ftehim dwar il-Ksib ta' Kuntratti mill-Gvern ta'l-Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikun ekwilibrat mill-ġdid billi jiġi żgurat li l-esklużjonijiet favur l-SMEs magħmulin fid-diversi impenji tal-firmatarji jkunu bilanċjati fl-impenji Ewropej permezz ta' esklużjoni jew dispożizzjoni simili li jintitolaw lill-firmatarji jittrattaw lill-SMEs b'mod preferenzjali, bil-kundizzjoni li l-benefiċċju ta' dan it-trattament ikun estiż mingħajr l-ebda diskriminazzjoni għal kwalunkwe SME oħra li tinstab fi kwalunkwe firmatarju ieħor;

46.  Jemmen li l-għajnuna ta' l-UE lill-gvernijiet ta' pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni ta' regolamenti soċjali u ambjentali li tkun konsistenti ma' konvenzjonijiet internazzjonali, flimkien ma' reġimi ta' spezzjonijiet effettivi, huma kumpliment meħtieġ biex ir-responsabilità soċjali korporattiva (CSR) tal-kummerċ Ewropew madwar id-dinja issir iżjed avvanzata; jisħaq li r-responsabilità soċjali korporattiva għandha tkun parti mid-djalogu ma" swieq oħra dwar in-negozju;

Spinta lill-kapaċità innovattiva ta' l-UE

47.  Jisħaq l-importanza vitali li jingħata spinta l-investiment ta' l-UE fir-riċerka u l-iżvilupp, kemm għal prodotti u kemm għas-servizzi;

48.  Jilqa' l-adozzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas (7FP) li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jsaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-industrija komunitarja, u b'hekk jiżgura livell għoli ta' kompetittività fix-xena internazzjonali; jerġa' jtenni mill-ġdid l-importanza tal-miri tat-3% tal-PGD għar-Riċerka u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iwettqu b'mod serju l-impenji tagħhom li kienu qablu dwarhom fil-Kunsill Ewropew ta'l-2002 tar-Rebbiegħa ta' Barċellona; jenfasizza l-għan ewlieni tal-FP7 u l-kontribut tiegħu sabiex l-Unjoni Ewropea ssir l-aqwa zona ta' riċerka fid-dinja; jiġbed l-attenzjoni li saħaq bosta drabi fuq l-importanza tar-Riċerka u l-Iżvilupp u fuq l-irwol imsaħħaħ ta' l-għarfien fit-tkabbir ekonomiku u l-benessri soċjali u ambjentali.

49.  Jappoġġja b'mod qawwi x-xogħol tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Konġunti fil-promozzjoni ta' aġendi strateġiċi ta' riċerka koerenti f'oqsma ewlenin tal-kompetittività Ewropea; jitlob lill-Istati Membri sabiex jipprowovu l-parteċipazzjoni f'dawn il-pjattaformi minn intrapriżi żgħar u organizzazzjonijiet ta' riċerka;

50.  Ifaħħar lill-Kummissjoni talli, permezz ta' inizjattivi teknoloġiċi konġunti, mexxiet 'l quddiem fondi maħsubin sabiex il-kunċetti tar-riċerka jissarfu f'programmi konkreti; jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu dawn il-programmi permezz ta' l-inizjattivi nazzjonali tagħhom favur l-innovazzjoni;

51.  Jinnota d-disparita' bejn l-Istati Uniti u l'Unjoni Ewropea fl-investiment fl-ICT għal kull impjegat, u l-korrelazzjoni bejn l-investiment fl-ICT u t-tkabbir fil-produttività; jaqbel li hemm bżonn li fl-UE jiġi sostnut u żviluppat settur ta' l-ICT tabilħaqq kompetittiv, b'mod partikulari, bl-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju tal-qasam tal-Komunikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri kollha;

52.  Jenfasizza l-potenzjal qawwi li l-fondi pubbliċi għall-akkwisti jintużaw għall-promozzjoni ta' l-innovazzjoni; jinnota li l-akkwist pre-kompetittiv ta' oġġetti u servizzi innovattivi jista' jitħaddem fil-qafas eżistenti ta' l-akkisti pubbliċi; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu din l-attività ma' l-awtoritajiet pubbliċi tagħhom; jinnota li l-appikazzjoni effettiva ta' l-ICT għall-qadi tas-servizzi pubbliċi jtejjeb l-esperjenzi tal-klijenti u jgħin lill-kumpaniji ta' l-UE biex jipproduċu globalment prodotti kompetittivi;

L-iżgurar ta' politiki ta' enerġija sostenibbli

53.  Huwa konvint li l-Istrateġija ta' Liżbona tista' biss tkun suċċess jekk isiru aktar sforzi biex tiġi stabbilita politika komuni dwar l-enerġija; huwa pero' ta' l-opinjoni li, dik il-politika m'għandhiex twassal għal komunitariżazzjoni u standardizzazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar l-enerġija, iżda minflok għall-ħolqien ta' aktar kompetizzjoni u benefiċċji għall-konsumaturi; ifakkar li fid-diversità tinsab mhux biss is-saħħa ta' l-Ewropa iżda wkoll is-sigurtà tagħha fil-qasam tal-provvista ta' l-enerġija;

54.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tat-tliet objettivi ewlenin tal-politika dwar l-enerġija, b'mod partikolari sigurtà tal-provvista, sostenibilità u kompetittività, għall-istabbiltà u t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea; jisħaq fuq il-bżonn li dawn it-tliet objettivi jiġu riveduti b'mod kostanti fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jinbidlu u l-bżonn li jinsab bilanċ ġdid bejnhom;

55.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza fondamentali, għall-kompetittività u t-tkabbir ta' l-industrija Ewropea, li jkun hemm provvista ta' enerġija suffiċjenti u irħisa;

56.  Jilqa" bi pjaċir il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u fiż-Żgur (COM(2006)0105), iżda jisħaq fuq il-ħtieġa li wieħed jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet li l-ħin kollu qed jinbidlu fis-suq globali usa" ta" l-enerġija u jagħmel enfasi fuq l-importanza li l-perspettiva tal-produttur tiġi estiża għal metodu sistematiku li jqis il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum sabiex tiġi żviluppata politika Ewropea dwar l-enerġija li tiżgura enerġija bi prezz li jista' jintlaħaq għan-negozji u d-djar privati Ewropej;

57.  Jaqbel mal-Kummissjoni li element essenzjali ta' politika komuni dwar l-enerġija għandu jkun aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri sabiex jiġu affrontati d-diffikultajiet marbuta mas-sigurtà fiżika ta' infrastrutturi u mas-sigurtà tal-provvista; iqis, barra minn hekk, li solidarjetà mtejba ta' dan it-tip issaħħaħ b'mod konsiderevoli l-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea biex tiddefendi l-interessi komuni tagħha dwar il-kwistjonijiet ta' l-enerġija fuq livell internazzjonali;

58.  Jinnota li l-politika dwar l-enerġija, u b'mod partikulari s-sigurtà tal-provvista ta" l-enerġija, trid issir parti integrali mill-politiki komuni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-affarijiet barranin, l-iżvilupp tal-kummerċ u s-sigurtà u jagħmel stedina għal strateġija komuni sabiex jiġu żgurati u diversifikati l-provvisti u r-rotot tat-tranżitu, u b'hekk tiġi ppruvata s-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu b'serjetà kbira l-periklu reali ta" defiċit fil-provvisti tal-gass mir-Russja wara l-2010 minħabba, inter alia, in-nuqqas ta" investiment; jinsisti li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea, fid-diskussjonijiet tagħha relatati ma" l-enerġija li qed ikollha mar-Russja, jitolbu r-ratifika tal-Protokoll dwar it-Tranżitu u r-ratifika tat-Trattat dwar il-Karta ta" l-Enerġija; huwa tal-fehma li għandhom jintużaw il-ftehimiet ta' sħubija u koperazzjoni sabiex jinħoloq qafas regolatorju stabbli imma miftuħ fil-pajjiżi tal-forniment u li jkun xieraq li l-Kummissarju responsabbli mill-enerġija jsegwi mandat definit sew li jistabbilixxi viżjoni Ewropea rigward l-ippjanar dwar l-enerġija li sservi għal perjodu twil ta' żmien;

59.  Jenfasizza li l-esperjenzi tax-xitwa ta'l-2005 sa l- 2006 u d-domanda għall-enerġija li qiegħda tikber b'mod drastiku fl-ekonomiji li qegħdin jiffjorixxu bħaċ-Ċina u l-Indja) għamluha ċara li ebda sors sostenibbli u sigur ta' enerġija ma jista' jitħalla mhux utilizzat biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-fornimenti ta' l-enerġija;

60.  Jilqa' bi pjaċir l-isforzi biex jitwettqu l-miri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tad-CO2 miftiehma fi Kyoto; jirrikonoxxi li l-enerġija nukleari hija parti importanti tat-taħlita ta' l-enerġija f'numru ta' Stati Membri; jirrikonoxxi l-irwol li attwalment għandha f'xi Stati Membri biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista ta" l-elettriku, bħala parti mit-taħlita ta" l-enerġija u biex jiġu evitati l-emissjonijiet tas-CO2; jenfasizza iżda li jeżistu perikli relatati mal-produzzjoni tagħha u li bħalissa ma jeżistux soluzzjonijiet finali għar-reċiklaġġ ta' l-iskart nukleari; jagħti appoġġ għar-riċerka fl-oqsma tas-sikurezza u tat-teknoloġiji ġodda tar-reatturi, huwa tal-fehma li d-deċiżjoni dwar jekk ikunx xieraq li l-produzzjoni ta" l-enerġija nukleari jkompli jkollha rwol f'xi Stati Membri tista" tittieħed biss fil-livell ta" l-Istati Membri fil-qafas tas-sussidjarjetà;

61.  Ifakkar dwar id-dipendenza li qiegħda tikber ta' l-Ewropa fuq l-importazzjoni taż-zejt u gass naturali li tista' tilħaq sa 94% u 85% rispettivament sa l-2030, filwaqt li d-dipendenza fuq l-importazzjoni ta' fjuwils solidi sejra tiżdied mhux aktar minn 59%; jiġbed l-attenzjoni li l-importazzjoni ta' żjut u gass naturali sejra tiġi dejjem aktar minn reġjuni politikament mhux stabbli, u li, b'riżultat ta' dan, sejrin jgħaddu lejn dawn ir-reġjuni volumi kbar ta' flus li fuq l-użu tagħhom l-Unjoni Ewropea m'għandha ebda influwenza;

62.  Jisħaq li l-pressjoni inflazzjonarja minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt tkabbar l-inċertezza dwar sa fejn għandu jasal l-issikkar monetarju marbut magħha, li jwassal għal perċezzjoni ogħla tar-riskju, likwidità globali aktar skarsa, u volatilità mkabbra b'mod partikulari fis-swieq tal-prodotti u ta" l-ishma; iwissi dwar l-irwol negattiv ta" l-ispekulazzjoni fuq il-prezzijiet taż-żejt fis-swieq finanzjarji, li jamplifika l-kriżi tal-prezzijiet taż-żejt; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jelaboraw pjan dettaljat sabiex titnaqqas id-dipendenza ta" l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni taż-żejt u sabiex ikun hemm ċaqliq lejn l-enerġija nadifa; jappella għal mekkaniżmu ta' emerġenza integrat ta' l-UE għas-sigurtà tal-provvista

63.  Jisħaq dwar il-fatt li sar indispensabbli li jkun hemm forma ġdida ta" djalogu politiku u ta" koperazzjoni politika fost il-pajjiżi konsumaturi, speċjalment ma" l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja u l-Ġappun; jinnota li djalogu simili bejn pajjiżi konsumaturi u produtturi ewlenin sar neċessarju wkoll sabiex jiġi żviluppat metodu globali ta" kif isiru l-affarijiet fejn tidħol l-enerġija; jemmen li jkun xieraq li dawn il-forom ġodda ta" djalogu globali dwar l-enerġija jimmiraw biex is-swieq globali ta" l-enerġija jsiru stabbli, fiż-żgur u trasparenti, u fl-istess ħin jipprovdu spinta kontinwa favur għejun nodfa ta" enerġija u favur l-effiċjenza fl-użu ta" l-enerġija;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jippromwovu sistema ta" medjazzjoni li tkun rikonoxxuta internazzjonalment għal każi ta" kunflitti u tilwim rigward it-tqassim u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija; jemmen li l-Unjoni Ewropea tista" tagħti bidu għal tali proċess billi tiżviluppa sistema ta" medjazzjoni bħala parti mill-politika tagħha dwar il-viċinanzi kif ukoll flimkien ma" pajjiżi fornituri ewlenin oħra u billi tippromwovi b'mod attiv din is-sistema ta" medjazzjoni globalment; huwa tal-fehma li jkun xieraq li l-UE, għaldaqstant, tiżviluppa mudell ta" metodu ta" kif għandhom isiru l-affarijiet fir-rigward tal-ġestjoni internazzjonali tad-distribuzzjoni ta" l-enerġija;

65.  Jilqa' bi pjaċir il-proġett dwar it-Trattat tal-Komunità għall-Enerġija bħala kontribuzzjoni għall-istabbilizzazzjoni ta' l-Ewropa tax-Xlokk, għall-ftuħ tas-swieq ta' l-enerġija u għas-sigurtà tar-rotot ta' tranżitu fl-Ewropa; jappella biex it-Trattat tal-Komunità għall-Enerġija jiġi estiż bil-mod il-mod għan-Norveġja u għat-Turkija u għall-pajjiżi kollha involuti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat;

Biex il-politika dwar l-enerġija tirrispetta "l-ambjent

66.  Jisħaq li l-ħtieġa li tinbidel it-taħlita attwali tal-produzzjoni ta" l-enerġija mhix piż iżda opportunità u li; l-użu ta" l-enerġija tax-xemx, tar-riħ, tal-bijomassa, ta" l-ilma jew ġeotermali u ta" teknoloġiji li huma aktar effiċjenti fl-użu ta" l-enerġija se jgħin biex jiġu sodisfatti l-impenji li saru fi Kyoto u taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima filwaqt li jsaħħaħ l-innovazzjoni, il-ħolqien ta" l-impjiegi u l-kompetittività fl-Ewropa;

67.  Jappoġġja, għalhekk, l-isforzi biex jiġu żviluppati għejun ta' enerġija li tiġġedded bl-iskop li tiġi żgurata provvista ta' enerġija sostenibbli; jilqa' bi pjaċir it-tkabbir kostanti ta' dan is-settur u l-impatt pożittiv tiegħu fuq l-imjiegi; iqis bħala potenzjal prinċipali l-esportazzjoni tal-produzzjoni ta' enerġija li tiġġedded lejn terzi pajjiżi;

68.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta" l-2007 biex japprova il-Pjan ta" Azzjoni dwar l-Effiċenza fl-Użu ta'l-Enerġija, li ssuġġeriet il-Kummissjoni, li għandu għall-inqas jinkludi l-elementi li ġejjin: kif jitqiesu l-konsumaturi, kemm jekk huma djar privati jew utenti kummerċjali u industrijali, fiċ-ċentru tal-politika dwar l-enerġija; mappa tat-triq fil-livell tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li twassal għal mira ta' 50% għall-enerġiji li jiġġeddu sa l-2040, mira ta' tnaqqis ta' 30% tas-CO2 għall-2020 ta' l-UE, u mira ta' l-UE għal titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija ta' mill-inqas 20% sa l-2020 u ta' tnaqqis ta' 60-80% għall-2050; riforma ta" l-Iskema ta" l-UE dwar il-Kummerċ ta" l-Emissjonijiet (l-ETS) sabiex tiggwida lis-suq lejn investiment f'ekonomija li tipproduċi livelli baxxi ta" karbonju li għandha tkun xprunata minn mira ffissata mill-UE għall-emissjonijiet tal-karbonju sa l-2020 inkluża mira ta' 25% ta' l-enerġija li tkun ġejja minn għejun li jiġġeddu sa l-2020 u mira li torbot għall-emissjonijiet tal-karrozzi bidla ta' livell 'l fuq fl-effiċjenza ta" l-enerġija, l-aċċelerazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regolamenti attwali tal-KE fl-Istati Membri, jew fin-nuqqas ta' dan, titjib konkret tal-qafas regolatorju, separazzjoni aktar ċara bejn il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija permezz ta' kontroll regolatorju indipendenti aktar sod li jieħu kont ta' l-interess ġenerali ta' l-Ewropa, sforz biex jiġu indirizzati l-interkonnessjonijiet neqsin, jiġu xprunati l-investiment u l-innovazzjoni, linji gwida minimi li jorbtu stabbiliti għar-regolaturi, inkluża proċedura għall-ħatra ta' regolaturi, indipendenza, trasparenza u responsabbiltà, strategija ambizzjuża għar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) dwar teknoloġiji nodfa għall-enerġija, inkluża żieda ta' mill-anqas 50% tan-nefqa annwali għar-riċerka dwar l-enerġija sas-seba' snin li ġejjin, l-iżvilupp ta' mekkaniżmu effettiv ta' solidarjetà biex jittratta kull kriżi dwar provvista ta' enerġija, strateġija komuni ta' politika barranija dwar l-enerġija biex dejjem aktar isir diskors b'vuċi waħda ma' terzi pajjiżi, jiġu rduppjati l-isforzi għall-kisba ta' azzjoni globali kontra il-bidla fil-klima peress li l-Unjoni Ewropea ma tistax tagħmel din il-ġlieda waħidha, u implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni attwali kollha ta' l-UE dwar l-enerġija; fl-aħħar, jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas għal għażliet ta' skemi ta' appoġġ armonizzat għal enerġiji li jiġġeddu bħala parti mill-pjan għal enerġija li tiġġedded;

69.  Jirrikonoxxi li l-bidla fil-klima qed tikkawża problemi ambjentali serji li jeħtieġu azzjoni immedjata min-naħa ta" l-Unjoni Ewropea kif ukoll internazzjonalment; jemmen li sa l-2050 il-proporzjon il-kbir tal-ħtiġijiet ta" l-enerġija li għandha l-UE jrid jiġi minn sorsi mingħajr karbonju jew jiġi prodott bl-użu ta' teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'enfasi fuq l-iffrankar ta" l-enerġija, l-effiċjenza u l-enerġiji li jiġġeddu u li għaldaqstant hemm bżonn li jiġi stabbilit pjan direzzjonali ċar sabiex jintlaħaq dak l-objettiv; iħeġġeġ lill-gvernijiet ta'l-Istati Membri biex sa tmiem l-2008 jaqblu rigward mira li torbot dwar id-CO2 biex tintlaħaq sa l-2020 u dwar mira indikattiva dwar id-CO2 biex tintlaħaq sa l-2050; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfassal objettivi ambizzjuzi imma realistiċi sabiex it-teknoloġiji ta' l-enerġija li jipproduċu emissjonijiet baxxi ħafna ta' CO2 jew li ma jipproduċux dawn l-emissjonijiet kif ukoll dawk newtri f'termini ta' CO2, jipprovdu 60% tad-domanda Ewropea għall-elettriku sa l-2020, b'appoġġ għall-objettivi klimatiċi u tas-sigurtà tal-provvista Ewropej;

70.  Jirrikonoxxi l-irwol sinifikant li għandhom is-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fl-għajnuna għall-SMEs biex jilħqu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri prattiċi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika ta' l-SMEs; jinnota li dawn għandhom jinkludu, b'mod partikulari, miżuri biex titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet involuti u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjar, pereżempju mill-Fondi Strutturali, mill-Bank tar-Rikostruzzjonjoni u Żvilupp Ewropew u il-Bank ta'Investiment Ewropew sabiex l-intrapriżi jkunu jistgħu jinvestu bl-għan li jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija;

71.  Jisieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-Unjoni Ewropea, sa l-2020, issir l-iktar ekonomija fid-dinja li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u biex jistabbilixxu miżuri dwar l-effiċjenza fl-użu ta" l-enerġija bħala prijorità orizzontali għall-oqsma kollha fl-ekonomija ta'l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha tad-direttivi ta" l-Kommunita' Ewropea fil-qasam u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta l-proposti fil-Pjan ta" Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Effiċjenza fl-Użu ta" l-Enerġija fil- Komunita Ewropea (COM(2000)0247) u lill-Istati Membri biex jużaw l-aħjar prattika bħala bażi għall-ewwel Pjanijiet Nazzjonali ta" Azzjoni tagħhom dwar l-Effiċjenza fl-Użu ta" l-Enerġija, li skond d-Direttiva 2006/32/KE għandhom jitressqu sat- 30 ta' Ġunju 2007; jindika li jekk l-Istati Membri kellhom jimplimentaw għal kollox il-leġiżlazzjoni eżistenti ta" l-KE, ikun diġà ntlaħaq nofs il-mira ta" l-UE li tiffranka 20% ta" l-enerġija sa l-2020; jistieden lill-President tal-Kummissjoni biex jippromwovi ftehima globali dwar l-effiċjenza fl-użu ta" l-enerġija;

72.  Jitlob li l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta'l-2007 jiżgura li l-politika futura ta" l-Ewropa dwar l-enerġija tkun appoġġjata minn strateġija ambizzjuża dwar riċerka u żvilupp fil-qasam ta" l-enerġija li jkun jinkludi finanzjament pubbliku aktar xieraq u inċentivi qawwija għal aktar finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp mis-settur privat; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu strateġija biex jiżdied il-baġit għar-riċerka fl-enerġija, speċjalment meta jkun hemm reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-baġit tal-KE fl-FP7 u fil-Programm Speċifiku għall-Enerġija Intelliġenti, u għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li l-Unjoni Ewropea żżid l-infiq annwali tagħha fuq ir-riċerka fl-enerġija mill-inqas b'50% fuq is-seba' snin ta' wara; jitlob pjan strateġiku Ewropew dwar it-teknoloġija ta' l-enerġija u jittama li jkun ikopri oqsma ta' riċerka li jiffukaw fuq teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda bħas-sorsi kollha ta' enerġija li jiġġeddu, inklużi l-qawwa tal-mewġ u tal-marea, il-bdil tal-faħam f'gass u b'mod partikulari l-ħażna ta" l-enerġija, sakemm dan jikkonċerna l-prospetti fuq perjodu ta" żmien medju u fit-tul;

Il-ħolqien tas-suq intern għall-enerġija

73.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri biex jitwassal suq intern għall-enerġija li jaħdem permezz ta' separazzjoni aktar ċara tal-produzzjoni ta' l-enerġija mid-distribuzzjoni ta' l-enerġija; għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal azzjoni ulterjuri immirata biex tiġi żgurata din is-separazzjoni, akkumpanjata minn kontroll regolatorju indipendenti aktar b'saħħtu li jqis l-interessi ta' l-Ewropa kollha kemm hi; jinsisti li din l-azzjoni, flimkien mal-miżuri nazzjonali, biex jinikisbu riżultati dwar l-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea ta' 10% ta' livelli minimi ta' interkonnessjoni, billi jiġu identifikati mgħalaq prinċipali u billi jinħatru koordinaturi; jemmen li hemm bżonn ta' qafas politiku ċar u stabbli u suq ta" l-enerġija kompetittiv sabiex jiġi stabbilit livell għoli ta" kompetittività, indipendenza fl-enerġija, stabilità għal żmien twil, effiċjenza, sensitività ambjentali u sigurtà tal-provvista u jistieden lill-Kunsill tar-Rebbiegħa ta'l-2007 biex jipprovdi viżjoni usa" ta" l-interess komuni Ewropew fil-qasam ta" l-enerġija, sabiex ipoġġi t-tkomplija tas-suq intern f'qafas politiku ċar, li bħalissa ma teżistix;

74.  Jemmen li l-kummerċ bejn il-fruntieri se jwassal għat-tneħħija tal-mgħalaq eżistenti bejn is-swieq nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-koperazzjoni mtejba fost l-operaturi tas-sistemi tat-trasport (TSO), speċjalment f'oqsma bħall-allokazzjoni tal-kapaċità bejn il-fruntieri, it-trasparenza, is-swieq intraday, l-ippjanar tal-grilji u l-investimenti rilevanti għall-iżvilupp tas-swieq reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal flimkien mat-TSOs kodiċi Ewropew dwar il-grilji li jiżgura l-interoperabilità tal-grilji nazzjonali ta" l-enerġija;

75.  Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inkjesta fuq il-qasam ta" l-enerġija, jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi azzjoni ta" infurzar li tkun tinkludi t-twaħħil ta" multi lill-kumpaniji li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu passi kontra Stati Membri li jipproteġu b'mod esaġerat lill-kampjuni nazzjonali ta" l-enerġija;

76.  Jemmen li l-konsumatur jrid jitpoġġa fiċ-ċentru tal-politiki enerġetiċi kollha tal-futur u li l-faqar enerġetiku għandhu jidher b'mod aktar ċar fil-proposti tal-Kummissjoni; ifakkar li l-konsumaturi, b'mod partikulari l-awtoritajiet pubbliċi, li jridu jkunu ta' eżempju f'dan il-qasam, ukoll għandhom obbligi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iffrankar ta' l-enerġija; jirrikonoxxi l-irwol ċentrali li l-kejl u l-kontijiet intelliġenti jista' jkollhom fiż-żieda tal-kuxjenza tal-konsumatur dwar kif u għala qed tintuża l-enerġija u għalhekk fil-bidla ta' l-imġieba tal-konsumatur; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproponu miżuri li jgħinu lil dawk bi dħul baxx biex jiffrankaw l-enerġija fi djarhom, u b'hekk inaqqsu l-kontijiet ta' l-enerġija tagħhom u l-esponiment tagħhom għall-żidiet fil-prezz fil-ġejjieni;

77.  Jirrimarka li l-politika enerġetika titlob deċiżjonijiet dwar investiment fit-tul li jirrikjedu ħafna spejjeż u li jridu jkunu bażati fuq grad għoli ta' trasparenza u prevedibilità; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jipprovdu ċertezz legali lill-intrapriżi u biex jevitaw, proposti regolatorji ġodda f'intervalli regolari u qosra li joħolqu inċertezza u jdewmu l-investimenti fl-infrastruttura enerġetika li hemm bżonnhom b'mod essenzjali;

78.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu; sabiex tingħata spinta lid-diversifikazzjoni tas-sorsi ta" enerġija, jipproponi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas politiku stabbli li jkopri perjodu twil ta" żmien sabiex tinħoloq il-klima meħtieġa għall-investiment. dan il-qafas għandu jinkludi objettiv għall-UE għal titjib fl-effiċjenza enerġetika ta' 20% mill-inqas sa l-2020; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas għal firxa ta' skemi għal appoġġ armonizzat għall-enerġija li tiġġedded bħala parti mill-pjan direzzjonali dwar l-enerġija li tiġġedded;

79.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri biex jitwassal suq intern għall-enerġija li jaħdem permezz ta' separazzjoni aktar ċara tal-produzzjoni ta' l-enerġija mid-distribuzzjoni ta' l-enerġija; għalhekk, jitlob kontroll regolatorju indipendenti aktar b'saħħta, waqt li jitqies is-suq Ewropew, u kif ukoll il-miżuri nazzjonali biex jinikisbu riżultati dwar l-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea ta' 10% ta' livelli minimi ta' interkonnessjoni, billi jiġu identifikati mgħalaq prinċipali u billi jinħatru koordinaturi;

o
o   o

80.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2006)0603
(2) ĠU C 321, 31.12.2003, p.1.
(3) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(4) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 136.

Avviż legali - Politika tal-privatezza