Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (COM(2006)0448 – C6-0277/2006 – 2006/0151(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0448)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 279 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0277/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0056/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.