Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2222(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0026/2007

Testi mressqa :

A6-0026/2007

Dibattiti :

PV 14/03/2007 - 17
CRE 14/03/2007 - 17

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2007 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0079

Testi adottati
PDF 247kWORD 83k
Il-Ħamis, 15 ta' Marzu 2007 - Strasburgu
Negozjar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali
P6_TA(2007)0079A6-0026/2007

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2007 bi proposta dwar il-mandat għal negozjar ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali fuq in-naħa l-oħra (2006/2222(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għall-rakkomandazzjoni lill-Kunsill ippreżentata minn Willy Meyer Pleite f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-linji gwida għan-negozjati ta" Ftehim ta" Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Europea u l-Amerika Ċentrali (B6-0417/2006),

–   wara li kkunsidra l-Paragrafu 31 tad-Dikjarazzjoni ta" Vjenna, li jinkludi d-deċiżjoni meħuda mill-Unjoni Europa u l-Amerika Ċentrali fir-raba" Laqgħa Għolja bejn l-Unjoni Europa u l-Amerika Latina u l-Karibew (LAC), li saret fi Vjenna fit-12 ta" Mejju 2006, li jinfetħu n-negozjati għal Ftehim ta" Assoċjazzjoni li tinkludi djalogu politiku, programmi ta' koperazzjoni u ftehima kummerċjali,

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Novembru 2001 dwar sħubija globali u strateġija komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta" April 2006 dwar sħubija msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 114(3) u 83(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0026/2007),

A.   billi r-rispett tad-demokrazija, ta" l-Istat tad-Dritt u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem minn kull individwu, kif ukoll ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ċivili u poltiċi taċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni, huma l-kundizzjonijiet bażiċi għall-iżvilupp ta" l-Assoċjazzjoni bejn il-partijiet, kif ġie deċiż fi Vjenna,

B.   billi l-garanzija tat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha, b'mod partikulari dawk li huma żvantaġġati, bħad-drittijiet tal-popli indiġeni, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni soċjali u politika tagħhom, huma elementi ewlenin tal-Ftehim;

C.   billi l-linji gwida għan-negozjati ta'ftehim fil-futur fuq assoċjazzjoni ekonomika, kunsens politiku u koperazzjoni għandhom jaqblu max-xewqa tal-partijiet, kif imsemmija fil-paragrafu 31 tad-Dikjarazzjoni ta" Vjenna, li jsir ftehim komprensiv ta" assoċjazzjoni, jiġifieri, ftehim li jtenni l-konvinzjoni li r-relazzjoni ma" l-Amerika Ċentrali, u timplika sħubija politika u ekonomika mar-reġjun u mal-pajjiżi differenti tiegħu, u li jikkonsidra l-assimetrija u l-inugwaljanzi li jeżistu bejn iż-żewġ reġjuni u bejn il-pajjiżi differenti ta" l-Amerika Ċentrali, u li għaldaqstant jinkludi dispożizzjonijiet kruċjali dwar koperazzjoni għall-iżvilupp u koeżjoni soċjali u li timmira li jkun hemm skambju ħieles kummerċjali;

D.   billi l-ħolqien ta" Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EurLat) kien pass deċiżiv fit-tisħiħ tal-leġittimità demokratika u tad-dimensjoni politika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina, u b'mod partikulari ta" l-UE u l-Amerika Ċentrali, u billi din l-Assemblea ser tkun forum permanenti ta" djalogu politiku bejn iż-żewġ reġjuni;

E.   billi l-linji gwida għan-negozjati tal-ftehim futur għandhom jikkonsidraw ċ-ċirkustanzi ekonomiċi, politiċi u soċjali li jeżistu fil-maġġoranza tal-pajjiżi ta" l-Amerika Ċentrali, u d-differenzi fl-iżvilupp bejn iż-żewġ reġjuni, kif ukoll n-natura tar-relazzjonijiet ekonomiċi fl-Amerika Ċentrali: konċentrazzjoni tal-kummerċ reġjonali fi ftit pajjiżi, dipendenza qawwija fuq l-esportazzjoni ta" prodotti tradizzjonali, u livelli baxxi ta" investiment barrani dirett ta" l-UE fir-reġjun, eċċ.;

1.  Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill:

   a) li fil-mandat għan-negozjati jinkludi b'mod ċar il-bażi legali li fuqha ser jiġi negozjat l-ftehim ta" assoċjazzjoniġdid; liema bażi għandha tkun l-Artikolu 310 tat-Trattat KE flimkien ma" l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza ta'l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu;
   b) li fil-mandat għan-negozjati jispeċifika li l-objettiv tal-Ftehim ta" Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali jinkludi l-liberalizzazzjoni gradwali tal-kummerċ b'kundizzjonijiet ekwi u ta" benefiċċju reċiproku msejjes fuq il-kumplimentarità u s-solidarjetà, id-djalogu politiku u l-koperazzjoni, kif ukoll il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta'l-Istat tad-Dritt u tar-rispett sħiħ tad-drittijiet ċivili u politiċi tal-bniedem, il-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp uman sostenibbli u d-drittijiet ekonomiċi u soċjali, mingħajr ma jintesew l-aspetti kulturali u ambjentali ta" dawn id-drittijiet;
   c) li l-linji gwida tan-negozjati jipprovdu għall-mekkaniżmi neċessarji sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim futur ikunu konformi mal-mandat tat-Trattat UE, lijipprovdi li, il-kontribut għall-iżvilupp uman sostenibbli, kif definit fil-Programm għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti ta" l-1996, il-promozzjoni tal-koperazzjoni internazzjonali, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huma objettivi bażiċi ta" l-Unjoni;
   d) li fil-linji gwida għan-negozjati, b'kunsiderazzjoni tal-vulnerabilità li tikkaratterizza l-iżvilupp fl-Amerika Ċentrali fil-livell soċjo-ekonomiku, ambjentali u demokratiku, jiġu identifikati it-temi ċentrali li fuqhom ser tiffoka l-aġenda u d-djalogu politiku, inkluż l-aġġornament tal-miri u ta" l-objettivi f'temi bħall-governanza demokratika, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà, l-immaniġġjar tal-kunflitti; li jiġu nklużi temi oħra ġodda bħat-tnaqqis tal-faqar, l-appoġġ għall-koeżjoni soċjali, il-migrazzjoni u l-iskambji umani, il-ġlieda kontra l-kriminalità u b'mod partikulari, kontra atti kriminali vjolenti b'rabtiet transnazzjonali (traffikar ta" drogi, armi ħfief, persuni, u l-attivtajiet ta" gruppi organizzati bħall-"Las Maras") eċċ.; u li jiġu proposti azzjonijiet konkreti għall-adozzjoni ta" pożizzjonijiet komuni f'fora internazzjonali u fin-Nazzjonijiet Uniti, b'mod li jkun jista" jintlaħaq kunsens politiku internazzjonali ġenwin bejn iż-żewġ reġjuni;
   e) li jipprovdi għal ħatra ta" membri għall-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Ċentrali, li ser jiġi mwaqqaf fil-ftehim ta" assoċjazzjoni l-ġdid, fost id-deputati tal-Parlament Ewropew, il-Parlament ta" l-Amerika Ċentrali, il-membri ta" parlamenti nazzjonali li għadhom ma jagħmlux parti minn ebda kamra reġjonali u mill-EurLat, bħala espressjoni konkreta ta' appoġġ għall-proċess ta' integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Ċentrali u għall-Assoċjazzjoni Strateġika Bi-reġjonali UE-LAC;
   f) li l-linji gwida tan-negozjati jinkludu referenzi speċifiċi għall-parteċipazzjoni xierqa u strutturata tas-soċjetà ċivili fid-djalogu politiku l-ġdid, billi tiġi proposta l-organizzazzjoni ta" konferenzi perjodiċi mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili kemm fl-UE kif ukoll fl-Amerika Ċentrali, li r-rappreżentanti msemmija jingħataw status ta' osservaturi fil-laqgħat interministerjali, u li tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-fora settorjali relevanti, kumitati u sottokumitati, fil-fażijiet kollha ta" diskussjoni, tan-negozjar u tas-segwitù tal-proċess;
   g) li jingħata wkoll irwol kruċjali għall-appoġġ fil-ġlieda kontra l-impunità u kontra l-korruzzjoni, u li jiġu pprovduti azzjonijiet u programmi għat-tisħiħ ta" l-istituzzjonijiet demokratiċi fl-Amerika Ċentrali;
   h) li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għal-appoġġ addizjonali mogħti mill-UE għal-integrazzjoni ta" l-Amerika Ċentrali u għar-riforma u t-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tagħha u ta" l-istituzzjonijiet tagħha – inklużi s-Segretarjat Ġenerali, il-Parlament ta" l-Amerika Ċentrali u l-Qorti tal-Ġustizzja ta" l-Amerika Ċentrali – bil-għan li dawn l-istituzzjonijiet ikunu aktar effettivi, rappreżentattivi u leġittimi, b'mod partikulari fir-rigward ta" l-għaqda doganali, il-moviment ħieles tal-persuni, il-politiki komuni, l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, u l-ħolqien ta" mekkaniżmu għall-iffinanzjar tagħhom infushom;
   i) li jiġu nklużi l-objettivi ta" appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali – b'mod partikulari l-integrazzjoni ta" l-infrastrutturi fiżiċi, tat-trasport, tal-komunikazzjonijiet u ta" l-enerġija – fost l-objettivi tal-mandat li ġej għall-operat tal-Bank Ewropew ta" Investiment fl-Amerika Latina, sabiex l-attività ta'din l-istituzzjoni tkun kumpliment effettiv għall-ftehima l-ġdid;
   j) li jikkollabora mal-pajjiżi ta" l-Amerika Ċentrali billi jappoġġa l-isforzi tagħhom kontra l-produzzjoni u l-kummerċ illegali tad-drogi; parti minn din l-attività għandha tinvolvi l-estensjoni ta" programmi ta" għajnuna lill-bdiewa sabiex jibdew ikabbru wċuh alternattivi, li l-UE tkun tista" tgħin b'mod effettiv sabiex tiżgura l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom;
   k) li tiġi żgurata l-inklużjoni u l-implimentazzjoni tal-klawżola ta" demokrazija fil-linji gwida tal-Ftehim ta" Assoċjazzjoni, u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jissalvgwardjaw il-kontinwità tas-sistema ta" inċentivi relatati ma" l-impjiegi u ma' l-ambjent skond is-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (GSP)(3), inkluża l-iskema GSP Plus, permezz ta" klawżoli ta" natura soċjali jew ambjentali; li ssir referenza diretta għall-mekkaniżmi konkreti li jagħmilha possibbli li jiġu implimentati, u li b'mod partikulari, jipprovdi għal rapport annwali lill-Parlament dwar is-segwitu mwettaq mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward;
   l) li jiġi kkonsidrat il-fatt li l-SPG, inkluża l-iskema SPG Plus, hija sistema komunitarja awtonoma li tgħin lill-pajjiżi ta" l-Amerika Ċentrali fuq il-bażi tal-livell ta" żvilupp tagħhom;
   m) li fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ftehima l-ġdid dwar koperazzjoni għall-iżvilupp, jitqiesu l-karatteristiċi partikulari tar-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali u l-ilħuq ta' l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) fir-reġjun, u li jibdew mill-premessa li t-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iskambji kulturali u edukattivi huma prijorità sabiex jingħeleb il-faqar fir-reġjun, sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni, lir-riċerka, lix-xjenza u t-teknoloġija, kif ukoll il-kultura, filwaqt li jiġu promossi aktar skambji f'dawn l-oqsma;
   n) jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ftehim ta" assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali għandha tkun imsejsa min-naħa waħda fuq it-twettiq tal-MDGs, u min-naħa l-oħra fuq il-ġlieda sabiex jinqered il-faqar u jonqsu l-inugwaljanzi, bħala prijoritajiet stipulati mill-UE fil-qasam tal-koperazzjoni;
   o) li jiżgura li l-koperazzjoni u l-istrumenti ekonomiċi li huma disponibbli għall-Unjoni jintużaw ukoll għall-promozzjoni u l-konservazzjoni ta'l-ambjent fir-reġjun ta" l-Amerika Ċentrali;
   p) li tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti turistiċi fl-Amerika Ċentrali, bil-għan li jiġi żgurat li dawn jiżviluppaw b'mod sostenibbli, minħabba li din l-attività hija inċentiva għat-tkabbir ekonomiku;
   q) li tiġi mħeġġa wkoll il-koperazzjoni trijangulari u bireġjonali - fuq kollox mal-pajjiżi tal-Karibew - u l-politika ta' koperazzjoni fost il-pajjiżi tan-Nofsinhar infushom, la darba l-ftehim ta" assoċjazzjoni jkun daħal fis-seħħ;
   r) li jiġi promoss qafas ta" appoġġ xieraq għall-intrapriżi ta" daqs żgħir jew daqs medju (SMEs) u l-ħolqien tagħhom bħala element essenzjali ta" l-iżvilupp ekonomiku, il-ħolqien ta'l-impjiegi u l-benesseri soċjali; li jitqies x'miżuri jistgħu jittieħdu għall-ġlieda kontra l-qgħad fl-SMEs (inklużi miżuri fiskali); u li jiġu żviluppati programmi ta' appoġġ għal dawn il-kumpaniji fil-qasam tar-riċerka;
   s) li jiġu appoġġati l-produtturi ż-żgħar u l-SMEs b'mod ġenerali, u jħeġġeġ li jsiru investimenti f'intrapriżi żgħar, minħabba li l-ftuħ tas-swieq Ewropej prinċipalment ser jibbenefika lill-produtturi l-kbar li huma kapaċi jikkonformaw ma' l-istandards sanitarji u fitosanitarji Ewropej;
   t) li jiġi konkluż Ftehima ta" Assoċjazzjoni komprensiv u bilanċjata imsejjes fuq tliet pilastri: kapitolu politiku u istituzzjonali li jsaħħaħ id-djalogu demokratiku u l-koperazzjoni politika; kapitolu dwar il-koperazzjoni għal promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, u kapitolu kummerċjali li eventwalmwent jistabbilixxi Zona ta' Kummerċ Ħieles (FTA) avvanzata b'aġenda wiesgħa li, apparti l-liberalizzazzjoni gradwali u reċiproka tal-kummerċ tal-merkanzija u s-servizzi, tkun tinkludi l-investiment, l-appalt pubbliku, il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, koperazzjoni relatata mal-kompetizzjoni u ma" l-istrumenti ta' difiża kummerċjali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u mekkaniżmu effikaċi għall soluzzjoni ta" tilwimiet;
   u) li l-linji gwida għan-negozjati jipprovdu għal-liberalizzazzjoni gradwali u reċiproka tal-kummerċ taħt kundizzjonijiet ġusti u reċiprokament vantaġġużi bbażati fuq il-kumplimentarjetà u s-solidarjetà, l-aċċess gradwali għas-swieq Ewropej għall-prodotti ta" l-Amerika Ċentrali, taħt kundizzjonijiet kompetittivi, filwaqt li jiġi evitat li l-ftehim futur ikompli jiggrava l-assimetriji eżistenti; li għaldaqstant, jiġi previst trattament speċjali, divrenzjat u flessibbli fl-iskeda li tiġi stabbilita, skond l-impenji u t-titjib fil-kompetittività milħuq mill-pajjiżi ta'l-Amerika Ċentrali, inklużi miżuri ta" appoġġ min-naħa ta'l-Unjoni għall-promozzjoni tat-trasformazzjoni produttiva u l-kompetittività ta'l-ekonomiji ta'l-Amerika Ċentrali, bħat-trasferiment tat-teknoloġija, l-inklużjoni ta" rekwiżiti ta" kontenut nazzjonali fir-regoli dwar l-oriġini u l-ħolqien ta" programmi ta" koperazzjoni u assistenza teknika, filwaqt li fl-istess ħin jiġi promoss ambjent legali stabbli u regoli bażiċi ċari li jiżguraw is-sigurtà ta'l-investimenti u r-relazzjonijiet ekonomiċi-kummerċjali tal-partijiet;
   v) jikkonsidra li l-ħolqien taż-Żona Ewro-Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjunali huwa objettiv strateġiku prijoritarju għar-relazzjonijiet barranin ta'l-UE f'kuntest internazzjonali kkaratterizzat minn interdipendenza akbar, tkabbir ekonomiku u poteri ekonomiċi ġodda li qed jitfaċċaw;
   w) li jingħaqad mal-Parlament u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi b'mod urġenti evalwazzjoni ta" l-impatt ta" ftehim kummerċjali fuq is-sostenibilità, bħala pass preliminarju fin-negozjar ta" trattat kummerċjali, u li jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-inizjattivi meħuda f'dan ir-rigward;
   x) li, b'mod partikulari, ma jinkludi ebda subordinazzjoni espressa jew taċita li trendi l-konklużjoni tal-ftehim futur bejn UE u l-Amerika Ċentrali kundizzjonali fuq il- finalizzazzjoni tan-negozjati tar-round ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) qabel, bla ħsara għall-inkorporazzjoni eventwali fil-ftehim tar-riżultati tal-programm ta" ħidma ta" Doha li jkunu kompatibbli ma" l-objettiv aħħari ta" l-assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali; dan kollu bħala turija ta" appoġġ tanġibbli u deċiżiv għall-proċess ta" integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Ċentrali;
   y) li jimpenja ruħu għall-istabbiliment Żona Ewro-Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjunali b'konformita sħiħa mal-Mekkaniżmu ta" Trasparenza l-ġdid tad-WTO, kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi derivati mid-WTO, b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) u l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), u b'hekk jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sistema multilaterali ta" kummerċ;
   z) li jiġi negozjat ftehim kummerċjali wieħed u indiviżibbli li jmur lil hinn mill-obbligi preżenti u futuri tal-partijiet lejn id-WTO, u li wara perjodu ta'tranżizzjoni kompatibbli mar-rekwiżiti tad-WTO, jistabbilixxi Żona Ewro-Latina Amerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjunali, u li mingħajr ma jeskludi lill-ebda settur, jikkonsidra, bl-inqas mod restrittiv possibbli, id-dimensjoni ta" l-iżvilupp u s-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti;
   aa) li jiġi kkunsidrat bħala pass importanti għas-suċċess tan-negozjati, li l-Amerika Ċentrali għamlet sforz sabiex twettaq l-impenn tagħha, ikkonfermat fil-Laqgħa Għolja ta" Vjenna hawn fuq imsemmija, li timplimenta kif kien previst, d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kapijiet ta" l-Istati tal-Ġvern tal-Panama, Beliże, Kosta Rika, El Salvador, Gwatemala, Honduras, Nikaragwa fid-9 ta" Marzu 2006 fil-Panama bil-għan li jwettqu għaqda doganali effettiva, u li jfittxu r-ratifika tal-pajjiżi ta" l-Amerika Ċentrali tat-Trattat dwar l-Investiment u l-Kummerċ fis-Servizz, u li jiżviluppaw mekkaniżmu ta' ġurisdizzjoni li jista" jiżgura l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ekonomika reġjonali fir-reġjun kollu;
   ab) li jiġi kkunsidrat b'attenzjoni li l-evalwazzjoni konġunta UE-Amerika Ċentrali dwar l-integrazzjoni ekonomika ta" l-Amerika Ċentrali turi sensiela ta" konklużjonijiet operattivi, speċifiċi u importanti (rigward tal-qafas istituzzjonali, l-integrazzjoni ekonomika, l-għaqda doganali, l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, ir-regoli relatati mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji, il-liberalizzazzjoni reġjonali tas-servizzi u ta' l-investimenti, l-appalt pubbliku, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u s-sistema ta' informazzjoni ġeografika, il-kompetizzjoni u s-sistema ta" difiża kummerċjali), bil-għan li tissaħħaħ, tiżviluppa u tikkompleta l-għaqda doganali fl-Amerika Ċentrali u s-suq intern komuni li huma essenzjali għan-negozjati u għal ħolqien ta" żona ta' kummerċ ħieles ġenwina bejn iż-żewġ reġjuni;
   ac) li jittieħed kont tal-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tas-suq komuni ta" l-Amerika Ċentrali, prinċipalment permezz tat-twettiq ta" l-unjoni tad-dwana u ta" l-iżvilupp tas-suq komuni, tinkludi l-ħolqien ta" politika kummerċjali barranija u l-moviment ħieles effettiv ta" merkanzija impurtata, li jippermettu li jonqsu l-ostakoli għall-operaturi ekonomiċi u li tingħata spinta lill-iskambji kummerċjali u l-investiment bejn iż-żewġ reġjuni;
   ad) li jiġu offruti opportunitajiet siewja ġodda ta" aċċess għas-suq fis-settur agrikolu, li huwa settur kruċjali għall-iżvilupp ta" l-Amerika Ċentrali, indipendentement mill-progress li sar f'oqsma oħra, bħall-aċċess għas-swieq ta" prodotti mhux agrikoli (NAMA) u ta" servizzi, u l-progress li sar fi kwistjonijiet oħra agrikoli;
   ae) li jiġi żgurat riżultat estensiv u bilanċjat għan-negozjati dwar l-NAMA, sabiex jippermetti opportunitajiet ġodda u ġenwini ta" aċċess għas-suq fl-ispettru kummerċjali kollu, suġġett għall-flessibilità xierqa fir-rigward ta'l-iskeda għat-tneħħija ta" tariffi mill-Amerika Ċentrali, u sabiex jitkomplew u jitkabbru l-attivitajiet relatati mas-sajd;
   af) li b'attenzjoni jiġi meħud kont tal-fatt li s-sajd huwa kwistjoni importanti u sensittiva għall-UE kif ukoll għall-Amerika Ċentrali, minħabba l-kontribut ta" dan is-settur għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien ta" l-impjiegi fir-reġjun, u li huwa neċessarju li fl-istess ħin, tiġi preservata s-sostenibilità tar-riżorsi tas-sajd permezz ta" sajd responsabbli;
   ag) li jittieħed kont ta' l-importantza li jiġi żgurat aċċess universali għas-servizzi essenzjali u għad-drittijiet nazzjonali għar-regolamentazzjoni u, għaldaqstant, li wieħed jimxi b'kawtela fin-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi, b'konformità ma" l-Artikolu V tal-GATS, sabiex jiġi żgurat titjib ġenwin fl-impenji ta" liberalizzazzjoni miftehma u applikati s'issa u l-ħtieġa ta" qafas regolatorju ċar upreviżibbli; li ma jagħmilx offerti u ma jaċċettax talbiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika u ta'l-edukazzjoni;
   ah) li jikkonsidra il-potenzjal dejjem akbar tas-settur tat-turiżmu għall-investiment u għall-iżvilupp ta" l-ekonomija tal-pajjiżi ta" l-Amerika Ċentrali, kif ukoll l-importanza tal-promozzjoni tat-turiżmu bejn iż-żewġ reġjuni;
   ai) li jinkludi bħala dispożizzjoni ġenerali, l-ħtieġa li kemm l-UE kif ukoll l-Amerika Ċentrali, bħala kwistjoni ta" prinċipju, għandhom ifittxu l-konverġenza eventwali tal-ftehim differenti bejn iż-żewġ reġjuni, kemm dawk li diga' qegħdin fis-seħħ kif ukoll dawk f'fażi ta" negozjati;
   aj) li jikkonsidra li l-mekkaniżmi ta" soluzzjoni ta" tilwimiet previsti fi ftehim kummerċjali simili li l-Komunità għamlet ma" pajjiżi terzi ma jintużawx b'mod effettiv; għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti ġodda għat-tfassil ta" strument aktar effiċjenti ta" soluzzjoni ta" tilwimiet, sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar tilwimiet li jistgħu jinqalgħu fi kwalunkwe settur kopert miz-żona ta' kummerċ ħieles;
   ak) li jiżgura li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni eżawrjenti (b'mod kunfidenzjali jekk huwa meħtieġ) dwar l-abbozzi ta' linji gwida għan-negozjati kif ukoll dwar il-linji gwida tan-negozjati li jiġu adottati finalment;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, u għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvernijiet u Parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali.

(1) ĠU C 140 E, 13.06.2002, p. 569.
(2) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.
(3) Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta" Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta'sistema ta'preferenzi ta'tariffi ġeneralizzati (ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1).

Avviż legali - Politika tal-privatezza