Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2007 dwar in-Niġerja
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li rratifikat in-Niġerja,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi minkejja l-isforzi li saru f'dawn l-aħħar snin mill-gvern Niġerjan biex jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u biex iwaqqaf il-korruzzjoni, u minkejja xi titjib fejn jidħol ir-rispett għad-drittijiet ċivili u politiċi, għad hemm għadd ta' kwistjonijiet urġenti u bażiċi li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tal-bniedem u li għad iridu jiġu indirizzati; u billi l-pajjiż għadu rvinat bil-korruzzjoni, bl-arresti arbitrarji u bit-tortura, bil-qtil extra-ġudizzjarju u bil-vjolenza politika,
B. billi l-qasmiet etniċi u reliġjużi, kif ukoll il-faqar mifrux, huma kawżi ewlenin tal-vjolenza kronika bejn id-diversi komunitajiet,
C. billi l-qrati tax-Xarija Musulmana għandhom il-ġuriżdizzjoni fuq il-każi kriminali fi 12 mis-36 Stat tan-Niġerja; billi dawn il-qrati jibqgħu jagħtu sentenzi tal-mewt kif ukoll sentenzi ta" swat bil-frosta u ta" amputazzjoni; billi, għalkemm il-ġustizzjar u l-amputazzjoni m'għadhomx isiru, il-proċessi quddiem il-qrati ma jikkonformawx ma" l-istandards internazzjonali, ngħidu aħna fir-rigward tad-dritt li wieħed ikollu avukat u li l-akkużat ikun mgħarraf dwar drittijietu, u għandhom it-tendenza li jiddiskriminaw kontra n-nisa,
D. billi l-impunità tibqa" r-regola aktar milli l-eċċezzjoni, minħabba li ftit li xejn minn dawk li jwettqu l-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jiġu investigati u mressqa quddiem il-qrati, u billi tali impunità hija fiha nnifisha wieħed mill-aktar ostakli importanti għall-indirizzar u l-qirda ta' l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem u tal-vjolenza,
E. billi l-kapaċità insuffiċenti u n-nuqqas ta' riżorsi tal-forza tal-pulizija Niġerjana jillimitaw il-possibilita' ta' investigazzjoni ta' reati u jwasslu wkoll biex għadd kbir ta" persuni jiġu detenuti għal żmien twil qabel ma jinbeda l-proċess kontrihom fil-qrati, bi ksur ta" drittijiet tagħhom,
F. billi l-qawwiet tal-pulizija u tas-sigurtà spiss ġew implikati fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi qtil ekstraġudizzjarju, arresti arbitrarji u tortura,
G. billi t-tħaddim tat-tfal u t-traffikar tat-tfal għadhom mifruxa,
H. billi l-libertà ta" l-espressjoni għadha limitata permezz tal-fastidju kontinwu ta" ġurnalisti u attivisti politiċi,
I. billi l-Parlament Niġerjan bħalissa qed jeżamina Abbozz ta" Liġi intitolat "Att dwar (il-Projbizzjoni ta') iż-Żwieġ bejn Persuni ta" l-Istess Sess", li jimponi sentenza ta" ħames snin ħabs mhux biss għal kulmin "jiċċelebra ċerimonja ta' żwieġ bejn persuni ta' l-istess sess, ikun xhud fiha, jew jgħin jew iħajjar biex issir tali ċerimonja", iżda wkoll għal kulmin ikun involut f'rappreżentazzjoni pożittiva jew promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn persuni ta" l-istess sess, pubblikament jew privatament,
J. billi l-elezzjonijiet statali u nazzjonali ta" l-1999 u l-2003 ma setgħux jitqiesu bħala ħielsa u ġusti minħabba frodi u vjolenza mifruxa,
1. Jistieden lill-Gvern Niġerjan biex jieħu miżuri immedjati u effettivi sabiex iħares liċ-ċittadini tiegħu, iġġib fi tmiemha l-vjolenza, l-korruzzjoni mifruxa u l-impunità għal dawk li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jippromwovi b'mod attiv ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem;
2. Jistieden lill-Gvern Niġerjan biex ineħħi l-piena tal-mewt u biex jintervjeni f'każi individwali ta" persuni proċessati skond il-liġi tax-Xarija u li ġew issentenzjati għall-mewt, għall-imputazzjoni, għas-swat bil-frosta jew għal trattament inuman u degradanti ieħor li jikser il-Kostituzzjoni Niġerjana kif ukoll il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
3. Jilqa" bi pjaċir il-ftehima multilaterali bejn 26 pajjiż ta" l-Afrika tal-punent u ċentrali kontra t-traffikar tan-nisa u t-tfal, kif ukoll sforzi oħra li saru f'dan il-qasam mill-awtoritajiet Niġerjani; madankollu, jistieden lill-Gvern Niġerjan biex jieħu azzjoni ulterjuri f'dan il-qasam kif ukoll fl-indirizzar ta" l-isfruttament tat-tfal permezz tat-tħaddim tat-tfal;
4. Jistieden lil dawk kollha li għandhom interessi fl-elezzjonijiet nazzjonali li se jsiru f'April biex jiddikjaraw pubblikament l-impenn tagħhom biex itemmu l-vjolenza politika, il-qtil, l-intimidazzjonijiet u abbużi oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-impunità għal tali reati;
5. Jistieden lill-Gvern Niġerjan biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jindirizza t-tħassib ta' qabel l-elezzjonijiet rigward ir-restrizzjonijiet fuq l-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (l-INEC), l-imġieba abbużiva u l-fastidju min-naħa tal-qawwiet tas-sigurtà, u kwalunkwe xkiel ieħor għal-libertà ta" l-espressjoni u ta" l-opinjoni u għal rekwiżiti bażiċi oħra għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti;
6. Jistieden lill-Parlament Niġerjan biex ma jadottax l-"Att dwar (il-Projbizzjoni ta') iż-Żwieġ bejn Persuni ta" l-Istess Sess", kiffil-forma preżenti tiegħu, minħabba li jikser id-drittijiet umani fundamentali tal-libertà ta" l-espressjoni u ta" l-opinjoni, b'mod partikulari peress li tipprevedi sentenza ta" ħames snin ħabs għal kulmin ikun involut f'rappreżentazzjoni pożittiva jew promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn persuni ta" l-istess sess, pubblikament jew privatament;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Gvern u l-Parlament tan-Niġerja.