Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (COM(2004)0718 – C6-0154/2004 – 2004/0251(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0718),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 61(c) u 67(5) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0154/2004),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0074/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-medjazzjoni f'kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c), u t-tieni inċiż ta" l-Artikolu 67(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),
Billi:
(1) Il-Komunità stabbilit għaliha nfisha l-mira li żżomm u tiżviluppa żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-persuni. Għal dan il-għan, il-Komunità ser tadotta, inter alia, miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'kwistjonijiet ċivili li huma meħtieġa għat-tħaddim xieraq tas-suq intern.
(2) Il-prinċipju ta' l-aċċess għall-ġustizja huwa fundamentali u, bil-għan li jiġi żgurat aċċess aħjar għall-ġustizzja, il-Kunsill Ewropew li ltaqa" f'Tampere fil-15 u s-16 ta" Ottubru 1999 sejjaħ għal proċeduri alternattivi, extra-ġudizzjarji li jridu jinħolqu mill-Istati Membri.
(3) Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar metodi alternattivi ta" risoluzzjoni ta" tilwim skond il-liġi ċivili u kummerċjali fl-2000, fejn intqal illi l-istabbiliment ta" prinċipji bażiċi f'dan il-qasam huwa pass essenzjali li jippermetti l-iżvilupp u t-tħaddim xieraq tal-proċeduri extra-ġudizzjarji għar-risoluzzjoni ta" tilwim f'kwistjonijiet ċivili u kummerċjali sabiex jiġi simplifikat u mtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja.
(4) Il-Kummissjoni ppreżentat Green Paper fl-2002, li fiha evalwat is-sitwazzjoni eżistenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodi ta' risoluzzjoni tat-tilwim alternattivi fl-Ewropa u bdiet konsultazzjonijiet estensivi ma" l-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar miżuri possibbli għall-promozzjoni ta" l-użu tal-medjazzjoni.
(5) L-għan li jiġi żgurat aċċess aħjar għall-ġustizzja, bħala parti mill-politika ta" l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jinkludi l-aċċess kemm għal metodi ġudizzjarji kif ukoll għal dawk extra-ġudizzjarji ta" risoluzzjoni ta" tilwim. Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għat-tħaddim xieraq tas-suq intern, b'mod partikolari f'dak illi għandu x'jaqsam mal-provvista u l-użu tas-servizzi ta" medjazzjoni.
(6)Din id-Direttiva tapplika wkoll għal medjazzjoni tal-konsumatur. Għalhekk, għandha tqis il-partikolaritajiet tal-medjazzjoni tal-konsumatur. B'mod partikolari, hija għandha tinkorpora l-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-prinċipji għal korpi mhux ġudizzjarji involuti fir-risoluzzjoni konsenswali ta' tilwim tal-konsumatur(3).
(7) Il-medjazzjoni tista" tipprovdi risoluzzjoni effiċjenti fir-rigward ta' l-ispiża u extra-ġudizzjarja malajr ta' tilwim f'kwistjonijiet ċivili u kummerċjali permezz ta" proċessi mfassla fuq il-ħtiġijiet tal-partijiet. Ftehim li jirriżultaw minn medjazzjoni għandhom probabilta' akbar li jiġu infurzati volontarjament u għandhom probabilta' akbar illi jippreservaw relazzjoni ta" ħbiberija amikevoli u sostenibbli bejn il-partijiet. Dawn il-benefiċċji huma aktar evidenti f'sitwazzjonijiet li fihom elementi transkonfinali.
(8) Għalhekk hija meħtieġa leġislazzjoni kwadru, li tindirizza l-aspetti ewlenin tal-proċedura ċivili b'mod partikolari, sabiex tippromwovi l-użu ulterjuri tal-medjazzjoni u sabiex tiżgura illi l-partijiet li jużaw il-medjazzjoni jkunu jistgħu jserrħu fuq qafas legali prevedibbli.
(9)L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva anke għal każijiet interni, speċjalment bil-għan li jkun iffaċilitat it-tħaddim xieraq tas-suq intern. Madanakollu, l-fatt li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma espressi bħala li huma limitati għal każijiet li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, ma għandux jillimita r-regoli tal-liġi nazzjonali li bħalissa jipprovdu għall-infurzar ta' ftehim li jirriżultaw minn medjazzjoni, il-kunfidenzjalità tal-medjazzjoni, jew l-effet tal-medjazzjoni fuq perjodi ta' limitazzjoni u ta' preskrizzjoni anke f'każijiet mhux koperti minn din id-Direttiva.
(10) Din id-Direttiva għandha tkopri l-proċessi fejn żewġ partijiet jew aktar f'tilwima transkonfinali huma megħjuna minn medjatur sabiex jilħqu ftehim amikevoli bejniethom dwar ir-risoluzzjoni tat-tilwima, iżda għandha teskludi l-proċessi, bħal negozjati jew proċessi prekuntrattwali ta" natura aġġudikattiva bħall-arbitraġġ, skemi ta' konċiljazzjoni ġudizzjarji, skemi ta" l-ombudsman, skemi ta" l-ilmenti tal-konsumaturi, d-deċiżjoni ta" l-esperti jew il-proċessi amministrati minn korpi li joħorġu rakkomandazzjoni formali, kemm jekk tkun torbot legalment jew le, dwar ir-risoluzzjoni tat-tilwim. Il-każijiet fejn il-qorti tirreferi lill-partijiet għal medjazzjoni jew fejn il-liġi nazzjonali tippreskrivi li l-medjazzjoni għandhom ikunu koperti wkoll, għalkemm il-prinċipju jibqa' li l-medjazzjoni hija proċess volontarju u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel l-użu tal-medjazzjoni obbligatorju jew suġġett għal inċentivi jew sanzjonijiet, dan m'għandux iwaqqaf lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja. Barra minn hekk, medjazzjoni mmexxija minn imħallef li m'huwiex responsabbli għal kwalunkwe proċedura ġudizzjarja marbuta mal-kwistjoni jew kwistjonijiet ta' tilwima għandu jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta" din id-Direttiva. Madankollu, din id-Direttiva ma għandiex tkopri tentattivi li jsiru mill-qorti jew mill-imħallef li jkunu ġew maħtura biex tissolva tilwima fil-kuntest ta' proċeduri ġudizzjarji li jikkonċernaw dik it-tilwima jew każijiet fejn il-qorti jew l-imħallef maħtura jitolbu assistenza jew parir minn persuna kompetenti.
(11) Meta titqies l-importanza tal-kunfidenzjalità tal-proċess ta' medjazzjoni, huwa meħtieġ livell minimu ta" kompatibilità tar-regoli tal-proċedura ċivili rigward kif il-kunfidenzjalità tal-medjazzjoni tiġi mħarsafi kwalunkwe proċediment ċivili u kummerċjali, ġudizzjarjujew arbitrarju sussegwenti. Il-possibbiltà li l-qorti tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet għall-medjazzjoni għandha tiġi koperta wkoll filwaqt illi għandu jinżamm il-prinċipju li l-medjazzjoni hija proċess volontarju. Hemm meħtieġ ukoll li jingħata grad minimu ta' kompatibilità tar-regoli ta' proċedura ċivili rigward l-effett ta' medjazzjoni fuq perjodi ta' limitazzjoni u ta' preskrizzjoni.
(12) Il-medjazzjoni m'għandhiex tiġi meqjusa bħala l-alternattiva ifqar tal-proċedimenti ġudizzjarji fis-sens illi l-ftehim li jirriżultaw minn medjazzjonijiddependu mill-bona fede tal-partijiet biex jiġu infurzati. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi l-partijiet fi ftehim bil-miktub li tirriżulta minn medjazzjoni, jistgħu jitolbu li l-kontenut tagħha jsir infurzabbli sakemm l-infurzar ta' kontenut bħal dan ikun possibbli skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn tkun saret it-talba għall-infurzar. Il-kontenut ta' ftehim bħal dan jista' jsir infurzabbli f'sentenza jewf'deċiżjoni jew permezz ta' att awtentiku minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn tkun saret it-talba.
(13) Il-kontenut ta' ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni li jkun sar infurzabbli fi Stat Membru, se jiġi rrikonoxxut u ddikjarat infurzabbli fl- Istati Membri l-oħra skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi Komunitarja applikabbli, pereżempju fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta" Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f'kwistjonijiet ċivili u kummerċjali(4) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f'kwistjonijiet matrimonjali u f'kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-genituri(5).
(14)Għalkemm din id-Direttiva tkopri l-medjazzjoni f'kwistjonijiet tal-liġi tal-familja, hija tapplika biss għad-drittijiet disponibbli għall-partijiet skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn isseħħ il-medjazzjoni. Barra minn hekk, jekk il-kontenut ta' ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni f'kwistjonijiet tal-familja m'huwiex infurzabbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż, u fejn ikun intalab l-infurzar tiegħu, din id-Direttiva ma tippermettix lill-partijiet biex jevitaw il-liġi ta' dak l-Istat Membru billi tagħmel dak il-ftehim infurzabbli fi Stat Membru ieħor, ladarba ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 jitlob speċifikament li ftehim bħal dan għandu jkun infurzabbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż.
(15) Sabiex tiżgura l-fiduċja meħtieġa bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-kunfidenzjalità, is-sospensjoni tal-perijodi ta' limitazzjoni, u r-rikonoxximent u l-infurzartal-ftehim li jirriżultaw minn medjazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi ta" kontroll tal-kwalita' rigward l-għoti ta' servizzi ta' medjazzjoni u t-taħriġ tal-medjaturi.
(16) Dawn il-mekkaniżmi u l-miżuri, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri u li jistgħu jinkludu l-użu ta" soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq, għandhom ikollhom l-għan li jippreservaw il-flessibbiltà tal-proċess tal-medjazzjoni u l-awtonomija privata tal-partijiet. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi miżuri awtoregolatorji fil-livell tal-Komunità. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu u jippromwovu l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għal Medjaturi Ewropew, li l-Kummissjoni għandha tippubblika fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiżgura li l-kwalità tal-medjazzjoni hija ggarantita mill-kriterji elenkati u definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għal korpi responsabbli għar-risoluzzjoni mhux ġudizzjarja ta' tilwim tal-konsumatur(6) u r-Rakkomandazzjoni 2001/310/EC: imparzjalità, trasparenza, effiċjenza, ġustizzja, rappreżentazzjoni, indipendenza, proċedura kontenzjuża, legalità u libertà. Bl-istess mod, fil-medjazzjoni bejn in-negozjant u l-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2001/310/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' sistema ta' ċertifikazzjoni ta' korpi nazzjonali li joffru korsijiet ta' taħriġ fil-medjazzjoni.
(17) Ikun tajjeb jekk kull medjatur jew organizzazzjoni milquta mir-Rakkomandazzjoni 2001/310/KE jirrispetta l-prinċipji tagħha. Sabiex tiżgura t-tixrid ta" informazzjoni dwar dawn il-korpi, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi database ta" skemi ta" barra l-qorti li l-Istati Membri jqisu li jirrispettaw il-prinċipji tar-rakkomandazzjoni.
(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fudamentali ta" l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, hija tipprova tiżgura rispett sħiħ għad-dritt ta" smigħ xieraq kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta.
(19) Peress illi l-għanijiet ta" din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta" l-effetti ta" l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.
(20) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
(21) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta" din id-Direttiva, u għaldaqstant mhix marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan
1. L-għan ta" din id-Direttiva huwa li tiffaċilita l-aċċess għar-risoluzzjoni tat-tilwim u tippromwovi l-arranġament amikevoli ta' tilwim billi tinkoraġġixxi l-użu ta' medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni bbilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika f'kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Hija ma għandiex tapplika, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrativi jew għar-responsabbiltà ta' l-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju ta' l-awtorità ta' l-Istat (acta iure imperii).
3. F'din id-Direttiva, "Stati Membri" għandha tfisser l-Istati Membri kollha għajr id-Danimarka.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1.Din id-Direttiva għandha tapplika jekk, fid-data li fiha l-partijiet jaqblu li jkun hemm medjazzjoni, għall-inqas parti minnhom hija domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' kwalunkwe parti oħra.
2.Minkejja li l-paragrafu 1, l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw fir-rigward tal-proċeduri ġudizzjarji wara medjazzjoni jekk, fid-data li l-partijiet jaqblu li jkollhom medjazzjoni, il-qorti li tinħatar fil-każ ta' kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji għandha tkun fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru li fih għall-inqas waħda ill-partijiet hija ddomiċiljata jew abitwalment residenti.
3.Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru li fih parti hija ddomiċiljata jew abitwalment residenti għandu jkun iddeterminat skond ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jew ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li jmiss:
(a) "Medjazzjoni" tfisser proċess strutturat ta' natura voluntarja, kwalunkwe mod jiġi msemmi bih, fejn żewġ partijiet jew aktar f'tilwima jipprovaw huma nfushom jilħqu ftehim dwar ir-risoluzzjoni tat-tilwima tagħhom bl-għajnuna ta' medjatur. Dan il-proċess jista' jinbeda mill-partijiet, jew jista' jiġi ssuġġerit jew ordnat minn qorti jew preskritt mil-liġi ta" Stat Membru sakemm tkun rispettata n-natura volontarja tal-medjazzjoni.
Hijatinkludi medjazzjoni mmexxija minn imħallef li m'huwiex responsabbli għal kwalunkwe proċedura ġudizzjarja f'dik it-tilwima. Madankollu, ma tinkludix tentattivi magħmula mill-qorti jew minn imħallef maħtura sabiex iwasslu għar-risoluzzjoni ta' tilwima matul il-proċedimenti ġudizzjarji dwar dik it-tilwima.
(b) "Medjatur" tfisser kwalunkwe terza persuna li hija maħtura f'ċirkustanzi li joħolqu aspettattiva raġjonevoli li l-medjazzjoni ser titwettaq b'mod professjonali, imparzjali u kompetenti, tkun xi tkun id-denominazzjoni jew il-professjoni ta" dik it-terza persuna fl-Istat Membru kkonċernat u irrispettivament minn jekk dik il-persunaterza tkunx ġiet maħtura jew inkella mitluba tmexxi l-medjazzjoni.
Artikolu 4
Il-kwalità tal-medjazzjoni
1.L-Istati Membri għandhom, bi kwalunkwe mezz li jikkunsidraw xieraq, jinkoraġġixxu l-iżvilupp u l-aderenza ma' kodiċijiet ta' kondotta volontarji min-naħa tal-medjaturi u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta" medjazzjoni, u anke mekkaniżmi effettivi ta" kontroll tal-kwalità li jikkonċernaw il-provvista ta" servizzi ta" medjazzjoni.
2.L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu t-taħriġ tal-bidu u t-taħriġ ulterjuri tal-medjaturi sabiex jiżguraw li l-medjazzjoni titmexxa b'mod ġust, effettiv, imparzjali u kompetenti fir-rigward tal-partijiet u li l-proċeduri jkunu adattati għaċ-ċirkustanzi tat-tilwima.
3.L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' sistema ta' ċertifikazzjoni ta' korpi nazzjonali li joffru korsijiet ta' taħriġ fil-medjazzjoni.
Artikolu 5
Referenza għall-medjazzjoni
1. Qorti li jkollha quddiemha azzjoni tista", meta jkun xieraq u wara li tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, tistieden lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni biex isolvu t-tilwima. Il-qorti tista" wkoll tistieden lill-partijiet jattendu seduta ta' tagħrif dwar l-użu tal-medjazzjoni jekk tali seduti isiru u jkunu disponibbli b'mod faċli.
2. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għall-liġi nazzjonali li tirrendi l-użu ta' medjazzjoni obbligatorju jew suġġett għal inċentivi jew sanzjonijiet, kemm qabel jew wara li jkunu nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji, dejjem jekk tali liġi ma tkunx timpedixxi lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta" aċċess għas-sistema ġudizzjarja.
3.Il-medjazzjoni għandha tkun proċess volontarju.
Artikolu 6
Infurzar tal-ftehim li jirrizultaw mill-medjazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi huwa possibbli għall-partijiet, jew wieħed minnhom bil-kunsens espliċitu ta' l-oħrajn, li jitlobu li l-kontenut ta' ftehimbil-miktub bħala riżultat ta medjazzjoni, jkun jista' jsir infurzabbli sa fejn l-infurzar tal-kontenut tal-ftehim ikun possibbli skond u ma jkunx kontra l-liġi ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba.
2.Il-kontenut tal-ftehim jista' jsir infurzabbli f'sentenza jew f'deċiżjoni jew minn att awtentiku minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-qrati jew l-awtoritajiet oħrajn li huma kompetenti biex jirċievu talba skond il-paragrafi 1 u 2.
4.M'hemm xejn f'dan l-Artikolu li ser jaffetwa r-regoli applikabbli għar-rikonoxximent u l-infurzar fi Stat Membru ieħor ta' ftehim li jirriżultaw minn medjazzjoni li jkunu saru infurzabbli skond il-paragrafi 1 jew 2.
Artikolu 7
Il-Kunfidenzjalità tal-medjazzjoni
1.Ladarba l-medjazzjoni hija maħsuba biex isseħħ b'mod li tirrispeta l-kunfidenzjalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor, la l-medjaturi, la l-partijiet u lanqas dawk involuti fl-amministrazzjoni tal-proċess ta' medjazzjoni, ma huma intitolati jew ma jistgħu jiġu mġiegħla jiżvelaw lil partijiet terzi jew ifornu provi fi proċedimenti jew arbitraġġi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali rigward informazzjoni li tirriżulta minn jew li għandha x'taqsam ma' medjazzjoni ħlief:
a)
għal kunsiderazzjonijiet urġenti ta" politika pubblika jew għal raġunijiet sostanzjali oħrajn, b'mod partikolari fejn din tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' l-aħjar interessi tat-tfal jew biex tiġi evitata l-ħsara għall-integrità fiżika jew mentali ta' persuna; jew
b)
meta l-iżvelar huwa neċessarju biex jiġi implimentat jew infurzat il-ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni.
2.M'hemm xejn fil-paragrafu 1 li jwaqqaf lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri aktar stretti biex iħarsu l-kunfidenzjalità tal-medjazzjoni.
Artikolu 8
Sospensjoni tal-preskrizzjoni
1. Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet li jagħżlu l-medjazzjoni bil-ħsieb li jsolvu tilwima ma jiġux miżmuma milli sussegwentament jibdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta' dik it-tilwima meta jiskadi l-perjodu ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe perjodu bħal dan ma jiskadix bejn:
a)
id-data meta l-partijiet ikunu qablu bil-miktub, wara li tkun qamet it-tilwima, li jużaw medjazzjoni jew, fin-nuqqas ta' ftehim bil-miktub ta' dan it-tip, id-data meta jattendu l-ewwel laqgħa ta' medjazzjoni, jew id-data meta jseħħ l-obbligu li tintuża l-medjazzjoni skond il-liġi nazzjonali; u
b)
id-data ta' ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni, id-data meta ta' l-anqas waħda mill-partijiet tinforma lill-oħrajn bil-miktub li dik il-medjazzjoni ntemmet jew, fin-nuqqas ta' notifika bil-miktub bħal din, id-data meta l-medjatur jiddikjara fuq l-inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta' għall-inqas waħda mill-partijiet li l-medjazzjoni ntemmet.
2. Il-paragrafu 1 ser ikun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-perjodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni fi ftehim internazzjonali li l-Istati Membri huma parti minnhom u li m'humiex kumpatibbli ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Informazzjoni għaċ-ċittadini
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni hija disponibbli għaċ-ċittadini, b'mod partikolari fuq il-websites, dwar kif jiġu kkuntatjati fornituri ta' medjazzjoni u medjaturi.
2.L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-persuni li jipprattikaw il-liġi biex jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar il-possibiltà ta' medjazzjoni.
Artikolu 10
Il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi Ewropew
Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi Ewropew fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bħala avviż mingħajr effetti legali.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet ta" implimentazzjoni
Sa l-1 ta' Settembru 2009 l-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar il-qrati kompetenti u l-awtoritajiet ikkomunikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6(3).
Artikolu 12
Rapport
Sa mhux aktar tard minn ...(7), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-adattament ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jqis l-impatt ta' din id-Direttiva rigward l-iżvilupp tal-medjazzjoni kemm f'każijiet transkonfinali kif ukoll f'każijiet interni. Barra minn hekk, għandu jqis jekk proposta għal strument għal aktar armonizzazzjoni tal-perjodi ta' limitazzjoni u ta' preskrizzjoni hijiex meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern.
Artikolu 13
Traspożizzjoni
1. Sa l-1 ta' Settembru 2008 l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, jew, jadottaw il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva jinkisbu, jiżguraw li l-partijiet għall-medjazzjoni jdaħħlu l-miżuri meħtieġa permezz ta' ftehim volontarji. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dawn il-miżuri.
2. Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.