Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2154(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0098/2007

Testi mressqa :

A6-0098/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.12

Testi adottati :

P6_TA(2007)0114

Testi adottati
PDF 634kWORD 107k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005: Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol
P6_TA(2007)0114A6-0098/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta'April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0387/2006 – 2006/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol(4), b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0098/2007),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u li jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 37.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 80.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 139, 30.05.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta'April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0387/2006 – 2006/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol(4), b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0098/2007),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 huma dawn li ġejjin:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 (f'EUR 1000)

2005

2004

Dħul

 

 

Sussidji tal-Kummissjoni

18 800

18 000

Dħul mixxellanju

5

5

Dħul mis-servizzi mogħtija

158

81

Dħul totali (a)

18 963

18 086

Nefqa

 

 

Staff - Titolu I tal-baġit

 

 

Ħlasijiet

8 814

8 606

Approprjazzjonijiet trasportati (carried over)

157

132

 

 

 

Amministrazzjoni - Titolu II tal-baġit

 

 

Ħlasijiet

875

1 267

Approprjazzjonijiet trasportati

507

489

 

 

 

Attivitajiet operattivi - Titolu III tal-baġit

 

 

Ħlasijiet

4 967

5 056

Approprjazzjonijiet trasportati

3 809

2 522

Nefqa totali (b)

19 130

18 072

Out-turn għas-sena finanzjarja (a - b)

-167

14

Bilanċ trasportat mis-sena finanzjarja preċedenti

-1 224

-1 296

Approprjazzjonijiet trasportati mis-sena ta' qabel u kanċellati

71

34

Ammonti mis-sena finanzjarja preċedenti li jridu jintużaw mill-ġdid jew li ma ntużawx

0

18

Dħul miġbur mill-PHARE

260

0

Dħul li jrid jinġabar mill-PHARE

0

0

Nefqa PHARE

-145

0

Aġġustamenti oħra

0

10

Differenzi fir-rati tal-kambju

0

-4

Bilanċ għas-sena finanzjarja

-1 205

-1 224

Sors: Id-data tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tagħti fil-qosor id-data provduta mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005,

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u li jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 37.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 80.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta'April 2007 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0387/2006 – 2006/2154(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol(4), b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0098/2007),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li hija kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta" Diċembru 2005 kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, fis-sħuħija tagħhom, kienu legali u regolari,

B.   billi fis-27 ta' April 2006 il-Parlament ta' kwittanza lid-direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2004(6) u fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament, inter alia

   jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li 37% ta' l-approprjazzjonijiet trasportati għall-2005 kienu relatati ma' l-impenji li daħħlu fis-seħħ f'Diċembru 2004 u li l-maġġoranza ta' dawk il-kuntratti għal studji relatati għandhom iseħħu fl-2005;
   ifakkar lill-Fondazzjoni bil-prinċipju ta' l-annwalità tal-baġit u jħeġġiġha tosserva dan il-prinċipju sabiex tippermetti implimentazzjoni korretta u trasparenti tal-baġits stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja;

Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' l-Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali

1.  Jaħseb li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji tal-Komunità u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhirx li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-aspettattivi taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom immaġini tajba jew stampa tajba;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ta' politika ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;

3.  Jistaqsi lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju dwar ir-relazzjoni bejn il-benefiċċju u l-ispejjeż qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; Jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

5.  B'kunsiderazzjoni għan-numru dejjem jikber ta' aġenziji ta' regolamentazzjoni, jiddeplora l-fatt li n-negozjati fir-rigward tal-proġett ta' ftehima interistituzzjonali għal kwadru ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex din il-ftehima tiġi konkluża malajr;

6.  Jinnota li r-responsabiltà baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru konnessjonijiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li timblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji ta' regolamentazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;

7.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitolu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, li jkun dwar l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;

8.  Ifakkar il-prinċipju skond liema l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza minħabba t-testi kostituttivi tagħhom;

9.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri tagħmel verifiki tal-prestazzjoni għall-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

10.  Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, bi qbil mar-responsabiltà politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur ferm iktar 'il bogħod mis-sempliċi appoġġ loġistiku, hemm bżonn saħansitra ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni għall-Aġenziji; jikkonsidra illi struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-DGs konċernati tkun mod pragmatiku lejn metodu komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi mwaqqaf malajr;

13.  Jilqa' bi pjaċir it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li tippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li tagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;

14.  Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan illi jagħmlu s-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja kompjuterizzata tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;

15.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-istandards mal-partijiet fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tikkonsidra bħala neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu l-immaġini tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;

17.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' prestazzjoni li magħhom jistgħu jkunu mkejla;

18.  Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi li jkunu SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi ta' l-għanijiet;

19.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-Aġenziji; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u, fejn ikun meħtieġ, tmexxi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri tat-tfigħ ta" offerti, it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, l-immaniġġjar finanzjarju sod (nuqqas ta" nfiq u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;

20.  Jikkonsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribwizzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;

Punti Speċifiċi

21.  Jistieden lill-Fondazzjoni tagħti aktar attenzjoni lir-rati ta' trasferiment (carry-over rates) fl-2005 rigward l-impenji għan-nefqa amministrattiva (Titolu II) u attivitajiet operattivi (Titolu III), li baqgħu għoljin u jilħqu ċ-ċifri ta' 37% u 44% rispettivament;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Fondazzjoni jkomplu jiċċaraw is-sitwazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet mhux ikkanċellati

23.  Jistieden lill-Fondazzjoni sabiex tippreżenta programm ta' ħidma li jesprimi l-kontribuzzjoni tagħha f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu;

24.  Jikkunsidra l-Fondazzjoni bħala sors ta' informazzjoni importanti għall-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE, għat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u għall-pubbliku ġenerali;

25.  Jinsab imħasseb li fl-2005 ma kienx hemm dokument komprensiv li janalizza r-riskji li ġejjin mill-aspetti finanzjarji u operattivi ta' l-attivitajiet tal-Fondazzjoni u lanqas ma kien hemm validazzjoni tal-proċeduri introdotti mill-Uffiċjali li jawtorizzaw sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni u l-kundizzjonijiet eżawribbli ta' l-informazzjoni finanzjarja li hija tkun bagħtet lill-Uffiċjal ta' Kontabilità, minbarra dak li jirrigwardja l-aspetti ta' l-ipproċessar tad-data;

26.  Jinkoraġġixxi l-Fondazzjoni sabiex tissokta bl-isforzi tagħha biex ittejjeb iktar il-metodi ta' komunikazzjoni tagħha ħalli tiżgura li l-pubbliku jkun jista' jkun infurmat aħjar dwar is-sejbiet ta' l-istudji tagħha u li d-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet importanti, bħal pereżempju l-effetti u l-kawżi ta' miżuri ta' ristrutturazzjoni mill-kumpaniji, huwa għalhekk imtejjeb.

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 37.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 80.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 340. 6.12.2006, p. 69.

Avviż legali - Politika tal-privatezza