1.Deċiżjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta'April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0389/2006 – 2006/2156(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997, li jistabbilixxi Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0118/2007),
1. Jagħti l-kwittanza lid-direttur taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0389/2006 – 2006/2156(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997, li jistabbilixxi Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0118/2007),
1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija huma preżentati kif ġej:
Kont tad-dħul u tan-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 and 2005 (f'EUR 1000)
2005
2004
Dħul
Sussidji Komunitarji
8 189
5 675
Dħul ieħor
151
455
Dħul finanzjarju
21
Sussidju PHARE
90
82
Dħul totali (a)
8 430
6 233
Nefqa
Persunal - Titolu I tal-baġit
Pagamenti
3 008
2 645
Approprjazzjonijiet trasferiti
70
85
Amministrazzjoni - Titolu II tal-baġit
Pagamenti
550
447
Approprjazzjonijiet trasferiti
582
37
Attivitajiet ta' operat - Titolu III tal-baġit
Pagamenti
2 731
2 352
Approprjazzjonijiet trasferiti
667
745
Dħul assenjat (Phare u oħrajn)
Pagamenti
0
7
Approprjazzjonijiet trasferiti
90
0
Nefqa totali (b)
7 698
6 318
Riżultat (outturn) għas-sena finanzjarja (a-b)
732
-85
Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel
231
98
Approprjazzjonijiet trasferiti, imħassra
210
241
Approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja ta' qabel, biex jerġgħu jintużaw, li ma ntużawx
0
Ammonti dovut ikkanċellat
-23
Differenzi tar-rata ta' skambju
-2
0
Bilanċ għas-sena finanzjarja
1 171
231
Sors: Data miġbura miċ-Ċentru. It-tabella hija sommarju tad-data pprovduta miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu stess.
2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0389/2006 – 2006/2156(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997, li jistabbilixxi Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0118/2007),
A. billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 kienu affidabbli, u li, it-tranżazzjonijiet bażiċi, meta meqjusa f'daqqa, kienu legali u regolari,
B. billi fis-27 ta' April 2006 il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004(6) u fir-riżoluzzjoni li ħarġet mad-deċiżjoni ta' kwittanza l-Parlament, inter alia
-
jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta' ammonti trasferiti (carry-overs) ikkanċellati b'mod partikolari fit-Titolu 1 (spejjeż tal-persunal);
-
huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet li sabet il-Qorti ta' l-Awdituri fil-proċeduri ta' appalt u għotjiet;
Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' l-Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali
1. Jikkonsidra li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji Komunitarji u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhrux li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-aspettattivi taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom dehra tajba jew rapporti tajbin mill-istampa ;
2. Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ġenerali ta' politika għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju li jikkompara l-ispejjeż mal-benefiċċji qabel ma titwaqqaf aġenzija ġdida, filwaqt li toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;
3. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju li jikkompara l-ispejjeż mal-benefiċċji qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' l-Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;
5. Meta wieħed jikkonsidra in-numru dejjem jikber ta' aġenziji regolatorji, jesprimi dispjaċir għall-fatt li n-negozjati fir-rigward ta' l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali għal qafas operazzjonali ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux, u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex dan il-ftehim jiġi konkluż malajr;
6. Jinnota li r-responsabilità baġitarja tal-Kummissjoni titlob għal rabtiet iktar mill-qrib bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji regolatorji, sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;
7. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitolu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, li jirrigwardja l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;
8. Ifakkar il-prinċipju li fuq il-bażi tiegħu, l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza bis-saħħa tat-testi kostituttivi tagħhom;
9. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex tagħmel verifiki ta' rendiment ta'l-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;
10. Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, skond ir-responsabilità politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur lil hinn minn sempliċiment appoġġ loġistiku, hemm ħtieġa saħansitra ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni lejn l-Aġenziji; jikkonsidra illi struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-Direttorati Ġenerali konċernati tkun mod prammatiku 'l quddiem lejn approċċ komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tieħu kont tal-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;
12. Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;
13. Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li jippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li jagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;
14. Huwa ta' l-opinjoni li t-twaqqif ta' servizz ta' appoġġ minn numru ta' Aġenziji ta' servizz ta' appoġġ kondiviż bil-għan li jagħmel is-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju kompjuterizzat tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;
15. Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-benchmarking mal-partijiet interessati fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tikkonsidra neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu id-dehra tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;
16. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;
17. Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' rendiment li jservu bħala kejl għalihom;
18. Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi tal-miri;
19. Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-Aġenziji; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u, fejn ikun meħtieġ, tidderieġi u tgħin il-ġestjoni ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni kif suppost tal-proċeduri ta' appalt, trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, immaniġġjar finanzjarju sod (infiq nieqes u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;
20. Jikkonsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribuzzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-kunsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;
Punti Speċifiċi
21. Jinnota li għalkemm ir-rata ta' impenn min-naħa taċ-Ċentru għall-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2005 kienet ta' aktar minn 90%, instab li aktar minn 50% ta' l-impenji għall-infiq amministrattiv ġew trasferiti (carried over) u li b'mod ġenerali kien hemm rata għolja ta' kkanċellar ta' approporjazzjonjiet trasferiti (bejn 15% u 25%, skond it-titolu); jistieden liċ-Ċentru sabiex itejjeb l-ipjannar tan-nefqa tiegħu u l-mod ta' kif jimmoniterja l-implimentazzjoni ta' din in-nefqa; jenfasizza li huwa neċessarju li t-trasferimenti bejn it-titoli tal-baġit jiġu ġustifikati u dokumentati skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ;
22. Jinnota li ma kien hemm ebda mmaniġġjar ibbażat fuq attività, minkejja li r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru jipprovdi għall-introduzzjoni tiegħu fuq l-istess linji bħal dak applikat għall-baġit ġenerali bil-ħsieb li jitjieb il-monitoraġġ tar-rendiment; jistieden liċ-Ċentru sabiex jippreżenta programm ta' ħidma li jesprimi l-kontribuzzjoni tiegħu f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu;
23. Jinnota li ċ-Ċentru ma' kellu ebda sistema għall-ippjannar u l-immaniġġjar ta' l-akkwisti tat-tgħamir tiegħu u li ma wettaqx kontrolli ċikliċi fuq l-inventarju tiegħu, minkejja li dan kien itejjeb l-affidabilità ta' l-inventarju; jistieden lill-Aġenzija sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni;
24. Jinnota li s-sistema interna ta' kontroll taċ-Ċentru batiet minn diversi nuqqasijiet, bħal pereżempju l-fatt li ċ-ċirkwiti finanzjarji maħluqa mill-uffiċjal li jawtorizza ma ġewx deskritti, is-sistemi li bihom l-uffiċjali li jawtorizza u d-delegati tiegħu għaddew l-informazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità b'mod partikolari ma ġietx validata minn dan ta' l-aħħar u l-prinċipju tas-segragazzjoni tad-dmirijiet ma ġiex imħaddem b'mod strett, speċjalment bejn id-dmirijiet ta' introduzzjoni (initiation) u dak tal-verifika; jistieden liċ-Ċentru sabiex, fir-rigward ta' l-impenji, jinkludi kriterji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba fil-lista ta' kwistjonijiet li għandhom ikunu koperti minn verifiki ex ante;
25. Jistieden liċ-Ċentru sabiex japplika bis-sħiħ ir-regola li biha l-membri tal-bord ta' l-għażla għandhom dejjem ikunu ta' l-istess grad jew ogħla minn dak tal-post li jrid jimtela';
26. Jinnota li t-talbiet ta' appalt maħruġa miċ-Ċentru ma joffrux ħafna spejgazzjoni fir-rigward ta' kwalità minima ta' offerti u l-ippeżar ta' fatturi ta' prezz; jistieden liċ-Ċentru sabiex japplika r-regoli ta' l-appalt b'mod strett.