Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2161(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0099/2007

Testi mressqa :

A6-0099/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 4
CRE 24/04/2007 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.18

Testi adottati :

P6_TA(2007)0120

Testi adottati
PDF 606kWORD 115k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
P6_TA(2007)0120A6-0099/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0394/2006 – 2006/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0099/2007),

1.  Jagħti lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali tagħha lid-direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 4.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 12.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0394/2006 – 2006/2161(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0099/2007),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma preżentati kif ġej:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 (f'eluf ta" Euro - EUR 1000)

2005

2004

Dħul

Spejjeż marbuta ma" awtorizzazzjonijiet ta" marketing

72 613

68 412

Sussidju tal-Kummissjoni inkluż il-kontribuzzjonijiet irċevutu mill-EE

  22 847 

20 529

Sussidju Komunitarju għal mediċini orfni

6 110 

4 026

Kontribuzzjonijiet għal programmi Komunitarji

0

0

Dħul amministrattiv

3 423

1 973

Dħul varju

1 643

1 473

Total (a)

106 636

96 413

Nefqa

Nefqa ta" l-istaff

40 057

34 333

Nefqa amministrattiva

17 022

11 224

Nefqa tat-tħaddim

41 999

38 573

Deprezzament

5 333

3 650

Spejjeż oħra

104

280

Total (b)

104 515

88 060

Riżultat operattiv (c = a-b)

2 121

8 353

Riżultat finanzjarju (e)

2 257

1 160

Riżultat Ekonomiku (f = c+e)

4 378

9 513

Sors: Informazzjoni ta' l-Aġenzija - Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-dejta provduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 4.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 12.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.Regolament emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 b'osservazzjonijiet li jifformaw parti mid-Deċiżjoni ta' kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0394/2006 - 2006/2161 (DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0099/2007),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li hija kisbet assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta" Diċembru 2005 kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, fis-sħuħija tagħhom, kienu legali u regolari,

B.   billi fis-27 ta' April 2006 il-Parlament ta' kwittanza lid-direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004(6) u fir-riżoluzzoni li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament, inter alia

   jinnota li s-sejba tal-Qorti ta" l-Awdituri li l-kuntratti konklużi ma" banek ilhom fis-seħħ għal iktar minn ħames snin, bi ksur tar-regoli ta" implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju ta" l-Aġenzija, li jirrikjedu sejħa ġdida għal offerta ta' l-anqas darba kull ħames snin; jinnota li t-tweġiba ta" l-Aġenzija, li tispjega r-raġunijiet għad-dewmien biex toħroġ sejħa għal offerta, u tispjega l-benefiċċi miksuba permezz ta' negozjar dirett mal-bank, u ser jibqa" jiftakar dan meta jiġi biex jikkunsidra r-reviżjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;
   juri li l-leġiżlazzjoni l-ġdida għall-farmaċewtiċi, li ġiet adottata fl-2004, kellha impatt konsiderevoli fuq ix-xogħol u l-istrutturi maniġerjali ta' l-Aġenzija;

Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' l-Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali

1.  Iqis li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji tal-Komunità u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhirx li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-istennijiet taċ-ċittadini tagħha, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom immaġini tajba jew stampa tajba;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas politiku ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji Komunitarji ġodda u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attivitajiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;

3.  Jistaqsi lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju dwar ir-relazzjoni bejn il-benefiċċju u l-ispejjeż qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; Jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

5.  Iqis li, tenut kont tan-numru dejjem jikber ta' aġenziji ta' regolamentazzjoni, huwa dispjaċut li n-negozjati fir-rigward ta' l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex dan il-ftehim jiġi konkluż malajr;

6.  Jinnota li r-responsabbiltà baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru rabtiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fil-korpi ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji ta' regolamentazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;

7.  Jistieden mill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitlu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, li jkun dwar l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;

8.  Ifakkar il-prinċipju skond liema l-Aġenziji kollha tal-Komunita', kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorita' ta' kwittanza minħabba t-testi kostituttivi tagħhom;

9.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri tagħmel verifiki tal-prestazzjoni għall-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

10.  Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, skond ir-responsabbiltà politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur ferm lil hinn s-sempliċi appoġġ loġistiku, hemm bżonn saħansitra ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni għall-Aġenziji; jikkunsidra li struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-DGs konċernati jkun mod pragmatiku lejn metodu komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunita', u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;

13.  Jilqa' t-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li tippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li tagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;

14.  Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan illi jagħmlu s-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja kompjuterizzata tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;

15.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-istandards mal-partijiet fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tqis bħala neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu l-immaġini tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;

17.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' prestazzjoni li magħhom jistgħu jkunu mkejla;

18.  Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi li jkunu SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi ta' l-għanijiet;

19.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-aġenziji; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmoniterja u, fejn ikun meħtieġ, tmexxi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri tat-tfigħ ta" offerti, it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, l-immaniġġjar finanzjarju sod (nuqqas ta" nfiq u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;

20.  Jikkunsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribuzzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;

Punti Speċifiċi

21.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rati ta" l-utilizzazzjoni għal approprjazzjonijiet ta" impenn (94%) u l-ħlas ta" l-approprjazzjonijiet (82%) kienu ġeneralment għoljin, u li għan-nefqa amministrattiva (Titolu II) ir-rata ta" utilizzazzjoni għal approprjazzjonijiet ta" impenn kienet inqas minn 90%, b'iktar minn 40% ta" l-impenji meħuda ġew trasferiti għas-sena finanzjarja ta" wara;

22.  Jinnota li l-baġit ta" l-Aġenzija kiber konsiderevolment bejn l-2003 u l-2005 minħabba t-tkabbir ta" l-Unjoni Ewropea u l-ħidmiet ġodda; huwa kuntent ħafna biż-żieda fl-approprjazzjonijiet għal-linja tal-baġit ta" Mediċini għal Mard Rari, u bl-implimentazzjoni sħiħa tagħha;

23.  Jistieden lill-Aġenzija biex jiżguraw li l-membri ta" l-istaff bid-drittijiet ta" delegazzjoni biss jkollhom aċċess għas-sistema tal-kompjuter korrispondenti;

24.  Jistieden lill-Aġenzija biex tintegra fil-kontijiet tagħha, l-fondi(7) miġbura mingħand Aġenziji u korpi oħra biex tiffinanzja servizz ta" appoġġ komuni għall-iżvilupp tas-sistemi ta" informazzjoni tal-immaniġġjar finanzjarju tagħhom;

25.  Jitlob biex proċeduri ta" għoti ta" kuntratt għandhom ikunu trasparenti u jimxu mar-regoli ta' gwida anke fil-qasam ta' l-informatika teknoloġika;

26.  Jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-Parlament dwar sejħa għal offerta ġdida rigward kuntratti ma" banek skond ir-regoli standard kemm jista jkun malajr;

27.  Juri li l-leġiżlazzjoni l-ġdida għall-farmaċewtiċi, li ġiet adottata fl-2004, kellha impatt konsiderevoli fuq ix-xogħol, l-istrutturi ta' immaniġġjar u l-istaff ta' l-Aġenzija; jifraħ lill-Aġenzija talli rnexxielha tadatta għall-qafas regolatorju ġdid, li daħal fis-seħħ f'Novembru 2005;

28.  Huwa kuntent bit-tneddija ta" "l-uffiċċju SME", li jipprovdi assistenza finanzjarja u amministrattiva lil kumpaniji ta" mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2005(8);

29.  Jilqa" l-isforzi ta' l-Aġenzija biex tipprovdi parir iktar xjentifiku fl-istadji bikrija ta' l-iżvilupp ta' mediċini ġodda kif ukoll l-introduzzjoni ta' miżuri li jħaffu l-evalwazzjoni tal-mediċini li huma ta' importanza kritika għas-saħħa pubblika; jinnota x-xogħol li sar mill-Aġenzija biex tiffaċilita evalwazzjoni li ma ddumx ta" tilqimiet fil-każ ta" pandemija ta" l-influwenza;

30.  Jitlob li, qabel l-1 ta" Jannar 2010 u kull ħames snin wara din id-data, l-Aġenzija tikkummisjona evalwazzjoni esterna indipendenti dwar il-kisbiet tagħha fuq il-bażi ta" l-ewwel Regolament u l-programmi ta" ħidma deċiżi mill-Bord tal-Maniġment; jitlob ukoll li fl-evalwazzjoni jiġu eżaminati wkoll il-prattiki ta" ħidma u l-impatt ta" l-Aġenzija u jiġu wkoll ikkunsidrati l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq dak nazzjonali; jitlob li l-Bord Maniġerjali ta" l-Aġenzija jeżamina l-konklużjonijiet ta" l-evalwazzjoni u jfassal abbozz ta" rakkomandazzjonijiet bħal dawn lill-Kummissjoni u lill-Parlament peress li jista' jkun neċessarju, fir-rigward ta" bidliet fl-Aġenzija, fil-prattiki ta" ħidma u fil-programmi tagħha, li l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Parlament għandhom jiġu ppubblikati, pereżempju fuq il-websites tagħhom, u li l-Fondi meħtieġa biex titwettaq l-evalwazzjoni esterna għandhom jiġu allokati permezz ta" baġit tad-DĠ korrispondenti.

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 4.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 12.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(4)ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 340, 6.12.2006, p. 107.
(7) Madwar EUR 400 000.
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2005 tal-15 ta" Diċembru 2005 li jistipula, skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli rigward il-ħlas ta" ħlasijiet lil, u l-aċċettazzjoni ta" assistenza amministrattiva mingħand l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini minn intrapriżi ta" daqs mikro, zgħir u medju. (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 4)

Avviż legali - Politika tal-privatezza