Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2163(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0113/2007

Testi mressqa :

A6-0113/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.20

Testi adottati :

P6_TA(2007)0122

Testi adottati
PDF 605kWORD 110k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005 - Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
P6_TA(2007)0122A6-0113/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0396/2006 – 2006/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0113/2007),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha, lid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġa, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex dawn jippubblikawhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 40.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 73.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġa għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0396/2006 – 2006/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0113/2007),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 huma preżentati kif ġej:

Kont tad-dħul u tan-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 (f'EUR 1000)

2005

2004

Dħul

 

 

Sussidji tal-Kummissjoni

18 500

17 600

Donaturi oħra - Ministeru Taljan għall-Affarijiet Barranin

479

800

Donaturi oħra - KE - konvenzjoni ETE MED

2 500

0

Donaturi oħra - KE - konvenzjoni Tempus TA 2004/05

1 739

0

Dħul Mixxellanju

34

80

Dħul Totali (a)

23 252

18 480

NEFQA

 

 

Persunal - Titolu I tal-baġit

 

 

Pagamenti

11 310

11 122

Approprjazzjonijiet trasferiti

478

123

Amministrazzjoni - Titolu II tal-baġit

 

 

Pagamenti

1 232

1 213

Approprjazzjonijiet trasferiti

326

247

Attivitajiet operattivi - Titolu III tal-baġit

 

 

Pagamenti

2 818

3 449

Approprjazzjonijiet trasferiti

1 925

1 168

Dħul allokat - Titolu IV

 

 

Pagamenti

123

260

Approprazzjonijiet riċevuti - mhux imħallsa fl-2005

356

540

KE - konvenzjoni ETE MED - Title V

 

 

Pagamenti

135

0

Approprazzjonijiet riċevuti - mhux imħallsa fl-2005

2 365

0

KE - konvenzjoni Tempus TA 2004/05 - Titolu VI

 

 

Pagamenti

677

0

Approprazzjonijiet riċevuti - mhux imħallsa fl-2005

1 062

0

Nefqa totali (b)

22 808

18 122

Riżultat tal-budget għas-sena finanzjarja (a-b)

444

358

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

-759

-1 318

Approprazzjonijiet trasferiti u kanċellati

388

204

Ħlasijiet lura lill-Kummissjoni

0

0

Differenzi tar-rata ta' skambju

1

-4

Bilanċ għas-sena finanzjarja

74

-759

Sors: Data tal-Fondazzjoni - Din it-tabella tagħti sommarju tad-data fornuta mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet dwar tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġa għas-sena finanzjarja 2005;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jagħmel in-neċessarju biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 40.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 73.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0396/2006 – 2006/2163(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - (A6-0113/2007),

A.   billi l-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2005 kienu ta' min joqgħod fuqhom, u t-transazzjonijiet bażiċi, meħuda bħala ħaġa waħda, kienu legali u regolari,

B.   billi fis-27 ta' April 2006, il-Parlament ta kwittanza lid-direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2004(6), u fir-riżoluzzjoni mehmuża mad-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament, inter alia

   jiddispjaċih li jinnota li l-Fondazzjoni għadha ma solvitx il-problema li tikkonċerna l-preżentazzjoni korretta fil-kontijiet tagħha tan-nefqa relatata mal-programm Tempus; jinnota li din il-problema ppersistit minkejja kritika ripetuta mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapporti annwali sa mill-1999, u li b'konsegwenza ta' dan il-Qorti ta' l-Awdituri qiegħdet riżerva fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni; jinsisti li l-kontijiet tal-Fondazzjoni jirrispettaw il-prinċipji ta' l-unità u l-eżatezza tal-baġit;
   jinsisti li l-Aġenzija tikkonforma mar-regolamenti fis-seħħ li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni tal-baġit sub-diviż f'artikoli u punti u li jinkludi pjan ta' stabbiliment;

Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' Aġenziji ta' l-UE li jeħtieġu kwittanza individwali

1.  Iqis li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji Komunitarji u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhrux li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-aspettattivi taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom dehra tajba jew rapporti tajbin mill-istampa;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ta' politika ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf kwalunkwe Aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;

3.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju tal-benefiċċji meta mqabbla ma' l-ispejjeż qabel ma' l-Parlament jieħu d-deċiżjoni tiegħu;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta kull ħames snin studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

5.  Meta wieħed iqis in-numru dejjem jikber ta' aġenziji ta' regolazzjoni, jesprimi dispjaċir għall-fatt li n-negozjati fir-rigward ta' l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali għal qafas ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex din il-ftehima tiġi konkluża malajr;

6.  Jinnota li r-responsabilità baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru konnessjonijiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji ta' regolamentazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;

7.  Jistieden mill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitolu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, dedikat għall-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa ferm aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;

8.  Ifakkar il-prinċipju li fuq il-bażi tiegħu, l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza bis-saħħa t-testi kostituttivi tagħhom;

9.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex tagħmel verifiki ta' rendiment lill-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

10.  Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, bi qbil mar-responsabilità politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur lil hinn minn sempliċiment appoġġ loġistiku, hemm ħtieġa saħansitra ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni lejn l-Aġenziji; iqis illi struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-DĠ konċernati tkun mod prammatiku 'l quddiem lejn approċċ komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;

13.  Jilqa' bi pjaċir it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li jippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li jagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;

14.  Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan li jagħmel is-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju kompjuterizzat tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;

15.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-benchmarking ma' dawk kollha attivi fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tqis bħala neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu id-dehra tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;

17.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' prestazzjoni li magħhom jistgħu jitkejlu;

18.  Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi ta' l-għanijiet;

19.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-Aġenziji; Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u, fejn ikun meħtieġ, tidderieġi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni kif suppost tal-proċeduri ta' appalt, trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, immaniġġjar finanzjarju sod (infiq nieqes u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;

20.  Jikkunsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;

Punti Speċifiċi

21.  Jinnota li r-rata ta' impenn għall-approprazzjonijiet għas-sena finanzjarja hija għolja (prattikament 100% għall-attivitajiet tal-Fondazzjoni stess) u jiġbed l-attenzjoni tal-Fondazzjoni għar-rata għolja ('il fuq minn 40%) ta' trasferimenti ta' impenji għall-attivitajiet ta' l-operat (Titolu III); Huma partikularment imħasseb minħabba li sitwazzjoni simili tipprevali għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet MEDA u Tempus; jistieden lill-Fondazzjoni biex tiżgura aħjar l-ipprogrammar tagħha;

22.  Jikkunsidra l-Fondazzjoni bħala għajn ta' informazzjoni importanti u ta' skambju ta' esperjenzi għall-pajjiżi msieħba ta' l-Unjoni Ewropea u għall-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE;

23.  Juri li l-programmi ta' taħriġ u t-titjib tagħhom, jiffurmaw il-bażi għall-iżvilupp u l-espansjoni tad-demokrazija; konsegwentement jinkoraġġixxi lill-Fondazzjoni sabiex iżżid l-attivitajiet tagħha mal-pajjiżi msieħba fejn hemm ostakli għall-progress tad-demokrazija;

24.  Jikkritika l-fatt li, bas-snin preċedenti u fil-ksur tar-regolament finanzjarju tagħha, l-Fondazzjoni ppublikat biss sommarju wieħed tal-baġit tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali;

25.  Jistieden lill-Fondazzjoni biex tippreżenta nomenklatura ġdida tal-baġit li tikkorrsipondi aħjar għar-realtà tal-Fondazzjoni u li tista' tevita trasferimenti kostanti; Jistieden lill-Fondazzjoni biex ittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-unità finanzjarja u l-unitajiet operazjonali, li għandha twassal għal tnaqqis fit-trasferimenti meħtieġa;

26.  Jistieden lill-Fondazzjoni biex ittejjeb il-konformitàmar-regoli eżistenti għall-kontijiet finali;

27.  Jiddeplora l-fatt li l-Fondazzjoni għadha ma spiċċatx tintroduċi s-sistema ta' kontroll intern tagħha u l-fatt li fl-aħħar ta' l-2005 ma kien hemm l-ebda analiżi tar-riskji operazzjonali u l-kontrolli ex post u li fl-istess ħin l-uffiċċjal tal-kontabilità kien għadu ma vvalidax l-informazzjoni tal-kontijiet u s-sistemi ta' l-inventarju;

28.  Jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni kompliet ittejjeb il-ħidma tagħha fl-iżvilupp tar-riżorsi umani, b'hekk tippermetti lill-pajjiżi msieħba sabiex jagħmlu użu aħjar ta' l-esperjenza tagħha meta jitrattaw ir-riforma tas-sistemi tagħhom ta' taħriġ u ta' taħriġ ulterjuri;

29.  Jinsisti li l-Fondazzjoni għandha tegħleb in-nuqqasijiet fil-qasam tad-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' l-għażla ta' l-istaff.

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 40.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 73.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 340, 6.12.2006, p. 117.

Avviż legali - Politika tal-privatezza