Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2167(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0119/2007

Testi mressqa :

A6-0119/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 4
CRE 24/04/2007 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.24

Testi adottati :

P6_TA(2007)0126

Testi adottati
PDF 612kWORD 182k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005: Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
P6_TA(2007)0126A6-0119/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0400/2006 – 2006/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali taċ-ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0119/2007),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżġura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 31.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 54.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L OJ L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0400/2006 – 2006/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0119/2007),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, huma kif ġej:

Kont ta" dħul u nfiq għas-sena finanzjarja 2005(6) (f'EUR)

2005

Dħul

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-Sussidju tal-Kummissjoni (għall-baġit tat-tħaddim ta' l-aġenzija)

3 402 280,45

 

Dħul tal-miżati

 

 

Dħul ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DĦUL TOTALI (a)

3 402 280,45

NEFQA

 

 

Titolu I:l-Istaff

 

 

Ħlasijiet

-500 909,02

 

Approprjazzjonijiet trasferiti

-361 771,74

 

 

 

Titolu II: Nefqa amministrattiva

 

 

Ħlasijiet

-597 024,15

 

Approprjazzjonijiet trasferiti

-534 581,62

 

 

 

Titolu III: Nefqa tat-tħaddim

 

 

Ħlasijiet

-69 773,55

 

Approprjazzjonijiet trasferiti

-540 654,36

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NEFQA TOTALI (b)

-2 604 714,44

 

 

RIŻULTAT TAL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA (a-b)

797 566,01

 

 

 

Kanċellażżjoni ta' pagamenti li ma ntużawx trasferiti mis-snin ta' qabel

 

Aġġustament għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel disponibbli għal 31.12 li ġejjin minn dħul assenjat

 

Differenzi tal-kambju għas-sena (dħul +/- telf-)

-10 168,55

 

 

Bilanċ ta' l-implimentazzjoni baġitarja għas-sena finanzjarja

787 397,46

Parti mis-sussidju biex jiġi rimbusat lill-E.C.

 

-787 397,46

 

 

 

L-impatt fuq l-Assi

 

 

L-impatt fuq l-Assi u d-deprezzament

 

222 011,07

 

 

 

L-impatt fuq id-Dovuti tas-sena

 

 

Trasferimenti

 

1 437 007,72

Dovuti

 

-363 538,58

 

 

 

Aġġustamenti oħra

 

 

Il-passiv pendenti

 

-448 377,86

Pagamenti bil-quddiem & spejjeż differiti

 

20 636,80

Tranżitu ta'merkanzija

 

63 108,90

Pagamenti ta' servizzi fuq kummissjoni

 

-8 490,00

Dħul eċċezzjonali

 

31 250,85

 

 

 

Riżultati ta' l-aġġustamenti ekonomiċi għas-sena finanzjarja (e)

 

 

953 608,90

NR - Varjazzjonijiet fit-totali ġejjin mill-fatt li n-numri tnaqqsu jew żdiedu sa l-eqreb numru sħiħ.

Data ta' l-Aġenzija Sors - Din it-tabella tagħti sommarju tad-data fornuta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, lid-direttur eżekuttv taċ-Ċentru tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jiżġura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 31.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 54.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L OJ L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Figuri tas-sena 2005 biss minħabba li hija Aġenzija li għadha kemm ġiet mwaqqfa.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali tad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0400/2006 – 2006/2167(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u partikularment l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u partikularment l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0119/2007),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri qalet li hija kisbet assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta" Diċembru 2005 kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, fis-sħuħija tagħhom, kienu legali u regolari,

Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali

1.  Jaħseb li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji tal-Komunità u l-assiitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhirx li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-aspettativi taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom immaġini tajba jew stampa tajba;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ta' politika ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;

3.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju dwar ir-relazzjoni bejn il-benefiċċju u l-ispejjeż qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

5.   meta jitqies in-numru dejjem jikber ta' aġenziji regolatorji, jiddeplora l-fatt li n-negozjati fir-rigward ta'l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali ta' kwadru rigward dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex dan il-ftehim jiġi konkluż malajr;

6.  Jinnota li r-responsabilità baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru konnessjonijiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji regolatorji sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;

7.  Jistieden mill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitlu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, li jkun dwar l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;

8.  Ifakkar fil-prinċipju skond liema l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza minħabba t-testi kostituttivi tagħhom;

9.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri tagħmel verifiki tar-rendiment għall-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati rilevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

10.  Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, skond ir-responsabilità politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur lil hinn mis-sempliċi appoġġ loġistiku, hemm ħtieġa ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni għall-Aġenziji; jikkunsidra li struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-Direttorati Ġenerali konċernati jkun mod pragmatiku lejn metodu komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;

13.  Jilqa' bi pjaċir it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji ta' l-UE, li tippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li tagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;

14.  Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan li jagħmel is-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju kompjuterizzat tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;

15.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-istandards mal-partijiet fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija jikkonsidra neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu l-immaġni tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-assiitajiet tagħhom;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;

17.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' prestazzjoni li magħhom jistgħu jiġu mkejla;

18.  Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi li jkunu SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi ta' l-għanijiet;

19.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-aġenziji; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmoniterja u, fejn ikun meħtieġ, tmexxi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri tat-tfigħ ta" offerti, it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, l-immaniġġjar finanzjarju sod (nuqqas ta" nfiq u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;

20.  Jikkunsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribwizzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;

Punti Speċifiċi

21.  Jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet ikkaratterizzata minn rata baxxa ta' impenn (84%) u rata sostanzjali ta' trasferimenti (35% in ġenerali u kważi 90% għall-infiq tat-tħaddim) jinnota li din is-sitwazzjoni kienet parzjalment dovuta għall-problemi inerenti fil-perjodu tat-twaqqif;

22.  Jinnota li l-fażi tat-twaqqif tagħha kompliet tingħata spinta mit-tħassib globali dwar influwenza pandemika potenzjali; jifraħ liċ-Ċentru għall-abilità tiegħu li fi żmien qasir ħafna kkonsolida l-pożizzjoni tiegħu fil-qasam tas-sorveljanza tal-mard li jittieħed;

23.  Jirrimarka li l-Kummissjoni (DĠ SANCO) kienet responsabbli għall-immaniġġjar baġitarju taċ-Ċentru fl-2005;

24.  Jinnota li ma sar l-ebda mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività, minkejja r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru li jaħseb għall-introduzzjoni tiegħu, bħal dak applikat għall-baġit ġenerali, bil-ħsieb li jitjieb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni;

25.  Jinsisti li talbiet lill-Kummissjoni għall-ħlasijiet ta" sussidji għandhom ikunu ġġustifikati minn stima tal-ħtiġijiet tal-flus(6) u juri dispjaċir li ċ-Ċentru ma kellux sistema bħal din sabiex jipproduċi stimi;

26.  Jinnota li r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru jistipola li l-uffiċjal li jawtorizza għandu jidħol għal impenn baġitarju qabel ma jidħol għal impenn legali rigward terzi persuni u juri dispjaċir li ma ttieħed l-ebda impenn baġitarju għall-infiq taċ-Ċentru fl-2005 qabel dawn l-impennji legali; juri dispjaċir li għall-istess perjodu, il-pagamenti kollha taċ-Ċentru saru mill-uffiċjal tal-kontabilità mingħajr ma l-uffiċjal li jawtorizza jkun ħareġ xi ordni ta' ħlas(7)

27.  Jinnota li b'mod kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjaru taċ-Ċentru, il-kontijiet taċ-Ċentru ma sarux skond il-metodu ta' entrata fuq żewġ naħat matul l-2005,b'hekk inħolqu riskji ta' żbalji; jinsisti li dan għandu jsir kemm jista' jkun malajr;

28.  Jinnota li kien hemm ħafna nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta" l-għażla tal-membri ta" l-istaff taċ-Ċentru (nuqqas ta" formalizzazzjoni ta" deċiżjonijiet dwar il-ħatra u l-kompożizzjoni ta" bordijiet ta" l-għażla, nuqqas ta" rapport finali minn bordijiet ta" l-għażla dwar il-ħidma tagħhom); jinsisti fuq l-applikazzjoni stretta tal-proċeduri tagħha ta" l-għażla.

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 31.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 54.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L OJ L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Artikolu 50 tar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru.
(7) Artikolu 66 tar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru.

Avviż legali - Politika tal-privatezza