1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0401/2006 – 2006/2168(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2007),
1. Jagħti kwittanza lid-Direttur ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005;
2. Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-egħluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0401/2006 – 2006/2168(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2007),
1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005 huma kif ġejjin:
Kont ta" dħul u nfiq għas-sena finanzjarja 2005(6) (f'EUR 1000) Figuri għall-2005 biss minħabba l-fatt li hija Aġenzija li għadha kif ġiet maħluqa.
2005
Dħul
Sussidji tal-Kummissjoni
4 400
Dħul assenjat
Dħul mixxellanju
Dħul totali (a)
4 400
Infiq baġitarju għas-sena finanzjarja
Staff - Titolu I tal-baġit
Ħlasijiet
-1 490
Approprjazzjonijiet trasportati ('carried over')
-257
Amministrazzjoni - Titolu II tal-baġit
Ħlasijiet
-453
Approprjazzjonijiet trasportati ('carried over')
-1 065
Attivitajiet operattivi - Titolu III tal-baġit (minbarra dħul assenjat)
Ħlas kontra approprjazzjonijiet ta' ħlas għas-sena finanzjarja
-196
Ħlas kontra impenji pendenti fil-31.12.2003
Approprjazzjonijiet trasportati ('carried over')
-790
Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)
Ħlasijiet
Approprjazzjonijiet trasportati ('carried over')
Nefqa totali (b)
-4 251
Riżultat ('outturn') għas-sena finanzjarja (a-b)
149
Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja preċedenti
Approprjazzjonijiet N-1 trasportati u kkanċellati (Titolu I u II mhux differenzjati)
Newtralizzazzjoni ta' trasportazzjoni N-1 għal Titolu III konness ma' bidla għal
Ammonti mis-sena finanzjarja preċedenti li jridu jintużaw mill-ġdid jew li ma ntużawx
Rifużjonijiet lill-Kummissjoni
Differenzi tar-rata tal-kambju
Bilanċ għas-sena finanzjarja
149
Sors: Informazzjoni provduta mill-Aġenzija - Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-data provduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.
2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).
Dawn huma biss figuri għall-2005 dovut għall-fatt li din hi Aġenzija ġdida.
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0401/2006 – 2006/2168(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005(1),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5711/2007 - C6-0080/2007),
– wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2007),
A. billi l-Qorti ta" l-Awdituri qalet li hija kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta" Diċembru 2005 kienu affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, fis-sħuħija tagħhom, kienu legali u regolari,
Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' l-Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali
1. Iqis li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji Komunitarji u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhrux li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-aspettattivi taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom dehra tajba jew rappurtaġġ pożittiv mill-media;
2. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ta' politika ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf kwalunkwe Aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;
3. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju li jqabbel l-ispejjeż mal-benefiċċji qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' l-Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;
5. Meta jitqies in-numru li dejjem qiegħed jikber ta' aġenziji regolatorji, jiddeplora l-fatt li n-negozjati rigward l-abbozz għal ftehima interistituzzjonali għal organizzazzjoni ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri jagħmlu dak kollu li jistgħu biex din il-ftehima tiġi konkluża malajr;
6. Jinnota li r-responsabilità baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru konnessjonijiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji regolatorji sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jiġu stabbiliti Aġenziji ġodda;
7. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitolu addizjonali fir-Rapport Annwali tagħha, li jkun dwar l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;
8. Ifakkar il-prinċipju li fuq il-bażi tiegħu, l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza li teżisti bis-saħħa tat-testi kostituttivi tagħhom;
9. Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex tagħmel verifiki ta' rendiment għall-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;
10. Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, bi qbil mar-responsabilità politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur lil hinn minn sempliċi appoġġ loġistiku, hemm ħtieġa saħansitra ikbar li d-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni lejn l-Aġenziji; iqis illi struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinazzjoni fost id-DĠ konċernati tkun pass pragmatiku 'l quddiem lejn approċċ komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;
12. Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;
13. Jilqa' bi pjaċir it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li jippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li jagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;
14. Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan li jagħmel is-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju kompjuterizzat tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;
15. Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-benchmarking mal-partijiet interessati fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tqis bħala neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji jtejbu d-dehra tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;
16. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;
17. Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' rendiment li li jservu bħala kejl għalihom;
18. Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi tal-miri;
19. Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-Aġenziji; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u, fejn ikun meħtieġ, tidderieġi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri ta' appalt, trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, immaniġġjar finanzjarju sod (infiq nieqes u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;
20. Iqis li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribuzzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-kunsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;
Punti Speċifiċi
21. Jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet ikkaratterizzata minn rata baxxa ta" impenn (70%) u minn rata sostanzjali ta" fondi trasferiti (iktar minn 40% b'mod globali u sa kważi 80% għall-infiq ta" l-operat) u li parti minn din is-sitwazzjoni kienet dovuta għal problemi inerenti fil-perjodu tal-bidu ta" l-Aġenzija u għall-fatt li hija ma bdietx taħdem qabel it-tieni nofs ta" l-2005;
22. Jinnota li ma kien sar l-ebda mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività, minkejja r-regolament finanzjarju ta" l-Aġenzija li jaħseb għall-introduzzjoni tiegħu, bħal dak applikat għall-baġit ġenerali, bil-ħsieb li jitjieb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni.