Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta" ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (COM(2005)0603 – C6-0411/2005 – 2005/0245(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0603)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-ewwel u t-tielet sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha (C6 0411/2005),
– wara li kkunsidra l-ittra lill-President tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Marzu 2007 mill-president tal-grupp ta' ħidma stabbilit permezz ta' l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, dwar dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet marbuta mal-ħarsien tad-data, b'mod partikolari fil-qasam tat-tħaddim tas-sistema SWIFT,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6 0298/2006),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament jekk għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta" ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/64/KE.)