Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura tal-baġit 2008 (2007/2017(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija Politika Annwali għall-2008 (COM(2007)0065),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 112(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0123/2007),
A. billi l-baġit ta' l-UE għall-2008 ser ikun it-tieni wieħed li jsir ftehim dwaru fil-qafas tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba li qablu dwarha fis-17 ta" Mejju 2006,
B. billi l-baġit għall-2008 ser ikun l-ewwel wieħed li jsir ftehim dwaru bir-Rumanija u l-Bulgarija bħala membri ta" l-UE,
C. billi l-proċess ta" globalizzazzjoni jibqa" miexi, bl-opportunitajiet u l-isfidi fl-isferi ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha tiegħu jistennew, billi l-baġit għall-2008 irid jiżgura li l-UE tibqa' f'pożizzjoni li tibbenefika minn opportunitajiet li taffaċja l-isfidi tal-globalizzazzjoni permezz ta' kombinazzjoni xierqa ta' politiki interni u estern li jħarsu 'l quddiem,
D. billi l-2007 ser tkun l-ewwel sena ta" l-implimentazzjoni ta" ħafna programmi ġodda ta" l-UE ta" infiq għall-perjodu tal-programm finanzjarju 2007-2013, wara l-adattament ta' ħafna bażijiet legali ġodda waqt l-2006, billi d-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-2007, b'mod partikulari fir-rigward ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, tipprovdi informazzjoni importanti dwar il-kapaċità tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-Parlament,
Kuntest politiku
1. Jirrimarka li l-baġit għall-2008 ser jiġi ppreparat, ippreżentat u dibatut fi sfond tal-50 anniversarju mill-firma tat-Trattat ta' Ruma u imbuttatura ġdida biex ikun hemm progress dwar it-Trattat Kostituzzjonali; jinnota li l-2007 se tara l-bidu ta' xogħol preparatorju għall-eżaminazzjoni sħiħa u globali mill-ġdid 2008-2009 (reviżjoni ta' nofs it-term) tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) ta' l-2007-2013; jinnota wkoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-ġejjieni tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni Ewropea(2);
2. Jenfasizza l-importanza li jorbot mal-kapaċità ta" l-UE b"27 membru li tagħmel il-globalizzazzjoni opportunità għaċ-ċittadini tagħha u li tmexxi azzjoni internazzjonali billi tilqa" l-isfidi preżenti li tippreżenta l-globalizzazzjoni; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza li jkun żgurat li r-riżorsi finanzjarji u umani ta' l-UE huma allokati b'mod xieraq b'mod li jiżguraw l-iffunzjonar xieraq ta' l-UE;
3. Jinnota l-proposti indikati mill-Kummissjoni taħt it-tabelli prosperità, solidarjetà, sigurtà u projettazzjoni esterna; jaqbel li fl-istess waqt l-UE trid iżomm l-iffukar tagħha fuq l-aġenda ta' Liżbona u b'mod speċifiku fuq l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir u l-impjiegi, il-kompetittività u l-SMEs, u l-koeżjoni soċjali; iqis li, f'ħafna każijiet, bħall-qasam tal-politika għall-enerġija u tal-bidla fil-klima, dawn il-proposti huma eżempju ta' approċċ aktar flessibbli mill-UE biex titratta l-isfidi reali li ċ-ċittadini Ewropej jaffaċċjaw; jinnota madanakollu li, b'riżultat ta' marġni żgħar ħafna skond il-limiti differenti ta' nefqa, il-kapaċità ta' l-UE biex tirreaġixxi għal tibdiliet fil-politika f'sens baġitarju hija limitata b'mod estrem;
4. Iqis li hija r-responsabilità tagħha bħala awtorità baġitarja li tiżgura li l-iffinanzjar allokat għall-baġit ta' l-UE jintefaq bil-ħsieb li jipprovdi valur għall-flus, b'mod partikulari biex itejjeb ir-riżorsi limitati; għandu l-ħsieb li jsegwi baġit li jipproduċi riżultati bbażat fuq l-approċċ mibdi fil-baġit ta' l-2007 b'koperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati;
5. Itenni t-talba tiegħu sabiex il-prijoritajiet tal-politika annwali ta' l-UE, ikunu stabbiliti b'mod li jkunu jistgħu jiġu kkomunikati b'mod effettiv liċ-ċittadini Ewropej u jenfasizza li din ir-riżoluzzjoni tistabbilixxi l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward il-proċedura baġitarja li jmiss; jiddispjaċih ħafna li l-Istrateġija Politika Annwali (APS) ma tirriflettix b'mod xieraq il-prijoritajiet tal-Parlament; jistenna li jara li tittieħed konsiderazzjoni dovuta għal din ir-riżoluzzjoni fl-abbozz tal-baġit preliminarju għall-2008 (PDB); jenfasizza li l-inizjattivi varji pproposti mill-Kummissjoni fl-ASP ta" l-2008 għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-programmi ta" infiq li ntlaħaq ftehim dwarhom dan l-aħħar u tal-prijoritajiet politiċi li jseddqu l-pakketti finanzjarji ġenerali miftehma għall-2007-2013 MFF f'IIA tas-17 ta' Mejju 2006;
6. Jinnota l-preżentazzjoni tal-Kummissarju Wallström fil-Konferenza tal-Presidenti fit-8 ta' Frar 2007 dwar il-programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2007 iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' interazzjoni bejn il-Programm ta' Ħidma Leġiżlattiva u l-proċedura tal-baġit; bi qbil mal-Ftehima ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jinsisti dwar koerenza aħjar bejn iż-żewġ proċeduri; ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn tagħha mwettaq matul il-proċedura tal-Baġit ta' l-2007 u fl-ittra mill-President Barroso f'Diċembru 2006 rigward it-tqabbil imtejjeb tal-prijoritajiet leġiżlattivi u tad-deċiżjonijiet baġitarji; f'dan il-kuntest, jinnota l-prijoritajiet tal-Kummissjoni stabbiliti fil-Komunikazzjoni APS u jistenna lill-Kummissjoni biex taġġusta dawn il-prijoritajiet skond il-bażi tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità baġitarja matul il-proċedura annwali;
Baġit għal riżultati – preżentazzjoni trasparenti, għanijiet ċari, implimentazzjoni bir-reqqa
7. Jenfasizza għal darb'oħra l-importanza li jorbot mal-programmi ta" infiq ta" l-UE li jwasslu b'mod effettiv għall-għanijiet politiċi li għalihom ġew illeġiżlati; jikkunsidra li t-twassil tal-politika, u evidenza ċara tagħha, dejjem kienu fundamentali għal-leġittimità ta' l-UE f'għajnejn iċ-ċittadini tagħha; għalhekk jisħaq l-intenzjoni tiegħu biex lill-ħidma tiegħu fuq il-baġit għall-2008 jagħtiha l-filosofija ta" "baġit għal riżultati"; jenfasizza li dawn ir-riżultati ma jkunux analizzati biss fuq il-bażi ta' kriterji ta' verifika u jinnota li dan l-approċċ se jkun segwit fi spirtu ta' koperazzjoni interistituzzjonali soda;
8. Bħala l-ewwel pass lejn baġit għal riżultati, jenfasizza l-importanza ta" ċarezza, konsistenza u trasparenza fil-preżentazzjoni tal-baġit; jappoġġja l-approċċ ta" bbaġitjar ibbażat fuq attivitajiet (Activity-based budgeting – ABB), li jimmira li jqabbel riżorsi finanzjarji u umani ma" għanijiet politiċi skond l-oqsma politiċi ta' l-infiq tal-Kummissjoni; jinnota li n-nomenklatura ta" l-ABB mhix faċli li wieħed jirrikonċiljaha mal-kategoriji ta' l-intestaturi ta" l-MFF; jiddispjaċih ukoll li l-klassifikazzjonijiet ta" l-APS ta" prosperità, solidarjetà, sigurtà, u projettazzjoni esterna jirrapreżentaw it-tielet sistema ta' klassifikazzjoni li hija pjuttost arbitrarja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oqsma ta' politika skond il-kapitoli differenti, li jista" ma jkollhiex kwalunkwe valur ewlieni ieħor minn perspettiva baġitarja u wieħed ma jkunx jista' jirrikonċiljaha b'mod faċli mal-kategorizazzjonijiet ta" l-ABB u ta" l-MFF; jitlob li l-Kummissjoni tirrispetta aktar mill-qrib l-istrutturi ta' l-ABB u l-MFF u tipprovdi indikazzjonijiet ċari dwar il-korrispondenza bejn din it-tielet klassifikazzjoni u l-intestaturi baġitarji ta' IIA tas-17 ta' Mejju 2006;
9. Jikkunsidra li d-Dikjarazzjonijiet ta' l-Attivitajiet magħmula mill-Kummissjoni għal kull qasam ta" politika fil-PDB jikkonstitwixxi element ewlieni fis-superviżjoni effettiva ta" l-infiq ta" l-UE mill-Awtorità Baġitarja; jenfasizza li jekk l-għanijiet tal-politika m'humiex ċari, evalwazzjoni effettiva tal-politika hi impossibbli; jitlob titjib fiċ-ċarezza ta" preżentazzjoni ta" dawn d-Dikjarazzjonijiet ta" l-Attivitajiet fil-PDB għall-2008; jitlob li tingħata aktar attenzjoni għall-għanijiet tal-politika u għall-kejl tar-riżultati tal-politika u inqas informazzjoni dwar il-proċess amministrattiv mhux bħalma ħafna drabi kien il-każ qabel fid-dokumenti PDB;
10. Jenfasizza l-importanza tal-moniteraġġ ta" l-implimentazzjoni tal-baġit bħala għodda għall-eżami tat-twassil tal-politika; jilqa" b'sodisfazzjoni t-titjib riċenti fil-proviżjoni tad-dejta dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni u b'mod partikulari s-sistema tal-Budget Forecast Alert (BFA); jinnota li minħabba l-BFA, iċ-ċifri ta" l-implimentazzjoni tal-bidu għall-ewwel sena ta" infiq tal-programmi l-ġodda għall-2007-2013 ser jiġu disponibbli matul l-2007; iqis li din l-informazzjoni tistà tkun pruvata bħala utli biex tagħti spinta lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirrispettaw b'mod sħiħ il-prijoritajiet politiċi tal-Parlament stabbiliti fil-baġit ta' l-2007 u f'din ir-riżoluzzjoni;
11. Hu ħafna tal-parir li sistema amministrattiva effettiva u effiċjenti f'sens ta' nefqa għall-Unjoni Europea trid tkun mgħammra bil-livell meħtieġ ta" riżorsi; jistenna b'interess ir-riżultati ta" l-eżerċizzju ta" skrijning li qed isir mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-bżonnijiet reali ta' l-istaff tal-Kummissjoni li għandhom jiġu ppreżentati fit-30 ta" April 2007; huwa konvint li dan l-iskrijning ta' l-istaff tal-Kummissjoni huwa eżerċizzju ewlieni li jippermetti lill-Kummissjoni biex tidentifika l-potenzjal reali tagħha u biex tipprovdi aktar staff għall-prijoritajiet politiċi ġodda bħall-enerġija, il-bidla fil-klima, l-emigrazzjoni, l-implimentazzjoni ta' programmi plurijennali u t-traspożizzjoni ġenerali tal-liġi ta' l-UE fl-Istati Membri; se janalizza fil-fond ir-riżultat ta' l-iskrijning biex jilħaqu l-isfidi politiċi tal-futur li jibdew mill-proċedura tal-baġit ta' l-2008;
12. Jilqa" b'sodisfazzjon aktar indikazzjonijiet fl-APS ta" l-2008 ta" l-isforzi tal-Kummissjoni biex iddawwar mill-ġdid ir-riżorsi umani tagħha lejn prijoritajiet politiċi iżda tirrifjuta l-preżentazzjoni ta" dawn il-prijoritajiet skond it-tikketti ta' prosperità, solidarjetà, sigurtà, u projezzjoni esterna; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex fil-PDB tfassal b'mod ċar, skond l-istruttura ta" l-ABB, aktar informazzjoni rigward il-politika tar-riżorsi umani u ta" l-istrateġija ta" l-organizzazzjoni mill-ġdid għall-2008, b'kunsiderazzjoni tar-riżultati ta" l-eżerċizzju ta" l-iskrining;
13. Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-espansjoni ta' l-aġenziji ta' deċentralizzazzjoni eżistenti se jnaqqsu l-marġini disponibbli taħt l-intestatura tal-MFF; jinsab imħasseb aktar li dan it-tnaqqis f'marġini disponibbli se jnaqqas l-iskop għall-iffinanzjar ta' prijoritajiet ġodda, bħal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u se jnaqqas ukoll il-fondi disponibbli għall-espansjoni ta' programmi eżistenti; jinnota li l-punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 jobbliga lill-Kummissjoni sabiex din tevalwa l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura tan-nefqa kkonċerntata meta tkun qed tħejji proposta għall-ħolqien ta' aġenzija ddeċentralizzata ġdida; se jinsisti biex jiżgura li l-iffunzjonar ta' aġenziji ddeċentralizzati jkollu valur miżjud u jippromwovi l-interessi taċ-ċittadini ta' l-UE;
14. Jinnota li kwalunkwe espansjoni oħra f'numru ta' aġenziji eżekuttivi u korpi oħra, se jkollhom bżonn jiġu ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju relevanti; jesprimi t-tħassib tiegħu, għalhekk, li kwalunkwe tkabbir ieħor f'aġenziji eżekuttivi u korpi oħra, jistà jnaqqas il-fondi għall-operat disponibbli fil-pakketti finanzjarji tal-programm;
15. Jinsab iddeterminat li jiċċara d-definizzjoni, l-irwol u n-nefqa tal-korpi kollha stipulati skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, biex janalizza l-effettività tan-nefqa ta' modi ta' tmexxija bħal dawn u biex jiżgura fuq bażi sistematika f'livell interistituzzjonali l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 matul il-proċedura annwali tal-baġit għall-2008;
16. Iqis li d-deċentralizzazzjoni tar-responsabbilitajiet lid-Direttorati Ġenerali differenti u r-responsabilità personali ta' l-uffiċjali ta' l-UE huma element importanti ta' l-approċċ ta' mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività; jinnota li aktar xogħol jista" jkun neċessarju biex jiġu ċċarati xi ktajjen ta" responsabilità fi ħdan l-istituzzjonijiet ta" l-UE; jikkunsidra li din il-kwistjoni hi ta" importanza partikulari fid-dawl ta" aktar tendenza lejn "outsourcing" jew "esternalizzazzjoni" tax-xogħol ta" l-implimentazzjoni lil aġenziji eżekuttivi u lil korpi oħra ad hoc;
17. Hu mħasseb li l-ħolqien ta" aġenziji eżekuttivi u korpi oħra ad hoc jista" jwassal għal żieda fin-numru ta" uffiċjali ta" l-UE u aġenti kuntrattwali, sakemm fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni relevanti jitnaqqsu l-postijiet biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda, u għal dgħjufija tas-superviżjoni ta" l-amministrazzjoni ta" l-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex fil-PDB għall-2008 tispjega kif il-postijiet mitluba minn aġenziji eżekuttivi ġodda u korpi oħra ad hoc ser jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis fid-Direttorat Ġenerali responsabbli; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni ta" superviżjoni xierqa ta" l-aġenziji eżekuttivi u ta" korpi oħra ad hoc, fil-PDB għall-2008 sabiex tiġi żgurata responsabilità demokratika; iħeġġeġ titjib tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar it-Twaqqif ta' Aġenziji Eżekuttivi, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iskrutinju parlamentari ta' l-iffinanzjar u ta' l-impjegar ta' staff ta' l-aġenziji;
Qafas Finanzjarju Plurijennali – ipprogrammar, marġini, front- u back-loading
18. Jinnota l-aħħar aġġornament tal-Kummissjoni ta' l-ipprogrammar finanzjarju ta' l-2007-2013; jinnota l-marġini limitati u f'xi każi li qed jonqsu, li baqgħu taħt l-intestatura 1 a u 3 u jopponi bis-saħħa l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jintużaw il-marġini żgħar li tħallew disponibbli taħt dawn iż-żewġ intestaturi għal inizjattivi ġodda; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li marġini addizzjonali se jinħolqu prinċiparjament permezz ta' 'backloading' tal-programmi plurjennali eżistenti; iqis li l-marġini żgħar jillimitaw il-possibilità li tiġi indirizzata b'mod effiċjenti kwalunkwe prijorità urġenti jew politika ġdida; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta fit-trijalogu li jmiss analiżi tal-marġni fl-intestaturi differenti, aġġornament ta' l-ipprogrammar finanzjarju, bi qbil mal-Punt 46 tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, u l-konsegwenzi finanzjarji potenzjali tal-proposti mħabbra fil-programm leġiżlattiv;
19. Jixtieq jesplora possibilitajiet għal preżentazzjoni aħjar, li tiffaċilita ftehim aħjar u aktar faċli ta' l-ipprogrammar finanzjarju differenti u tad-dokumenti tal-baġit provduti lill-awtorità baġitarja (programmar finanzjarju u dokument APS); jinnota li fil-preżent m'hemmx indikazzjoni ċara tal-bidliet eżatti mwettqa meta mqabbel ma' l-ipprogrammar finanzjarju preċedenti fit-tabelli annessi ma' l-ipprogrammar finanzjarju u lanqas m'hemm indikazzjoni ċara ta' kif iż-żidiet qed ikunu kkumpensati għal jew kif qed iseħħu back- and front-loadings;
20. Fir-rigward tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji għal-proċedura tal-baġit għall-2008, ifakkar li skond l-Anness II, Parti D, tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 "iż-żewġ dirgħajn ta" l-awtorità baġitarja jinformaw lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju bl-intenzjonijiet tagħhom"; jesprimi t-tħassib tiegħu li f'xi intestaturi u sotto-intestaturi tal-baġit jista" ma jkunx hemm biżżejjed marġini disponibbli għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda ewlenin;
21. Jinnota bi tħassib l-impatt possibbli tat-tibdiliet li l-Kummissjoni tipproponi għall-programmar finanzjarju fit-Taqsima III ta' l-APS ta' l-2008 dwar marġini li diġà huma baxxi u/jew programmi operattivi, b'mod speċjali b'riżultat ta' ffinanzjar miżjud għal aġenziji jew għall-ħolqien ta' fondi ġodda; jiddispjaċih li proposti bħal dawn huma preżentati f'inqas minn xahar wara l-aġġornament l-aktar reċenti ta' l-ipprogrammar finanzjarju; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta dawn il-proposti matul il-PDB għall-2008 u l-Ipprogrammar Finanzjarju li jmiss, speċjalment jekk dawn ikunu jimplikaw bidla lill-MFF;
22. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-back-loading propost ta" ċertu programm fl-APS ta" l-2008 u l-problemi li dan jista' jakkumula għas-snin li ġejjin ta" l-MFF b'kunsiderazzjoni għall-problema li jiżdiedu r-RALs; jinnota wkoll li fil-baġit għall-2007, għall-oqsma tiegħu ta" prijorità, il-Parlament adotta livelli ta" impenn ogħla mil-livell ta" impenn medju previst fil-pakketti tal-programm plurijennali għal numru ta' programmi; josserva li xi livell ta" koperazzjoni interistituzzjonali rigward front- u back-loading ta" impenji fil-baġit jista" jkun neċessarju biex jiġi żgurat ipprogrammar koerenti ta" impenji sakemm idum l-MFF li jirrispetta l-prijoritajiet tal-Parlament kif stipulati fl-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;
Punti Speċifiċi
23. Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tinkludi l-kunċetti ta' Regolament Aħjar u s-simplifikazzjoni tal-proċedura fl-inizjattivi, riformi u metodi ta' ħidma ġodda kollha biex tagħmilhom aktar sempliċi għaċ-ċittadini; ifakkar li kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm ta' ħidma u leġiżlattiv tal-Kummissjoni għall-2007(3), l-implimentazzjoni tal-kunċett "Regolament aħjar" għandha tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji u l-kundizzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2006 dwar l-istrateġija għal simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju(4);
24. Jinnota li l-effiċjenza fl-enerġija hija strateġija mmirata b'mod qawwi lejn il-futur biex tindirizza l-problema tal-bidla fil-klima; jaqbel li politika bħal din teħtieġ strateġija li tinvolvi iktar minn qasam wieħed u jitlob lill-Kummissjoni tkompli tieħu azzjonijiet deċiżivi rigward dan il-għan;
25. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq azzjonijiet prinċipali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona fl-2008; jappoġġja b'mod partikulari l-ħidma preparatorja li tiżgura li tkun adottata deċiżjoni biex jitwaqqaf Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT) matul l-2007; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta aktar kjarifiki dwar l-iffinanzjar ta' l-EIT u jistenna li l-iffinanzjar tiegħu ikun żgurat b'approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali, u mhux bi tnaqqis ta' riżorsi finanzjarji ta' l-FP7; jistenna aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Eżekuttiva proposta għall-immaniġġjar ta' partijiet ta' l-FP7;
26. Jilqa' r-riżultat tat-Trijalogu li seħħ fis-7 ta' Marzu 2007 dwar l-iffinanzjar ta' l-Intrapriża Konġunta għall-ITER u dwar l-iżvilupp addizzjonali tal-proċedura previst mill-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, bil-konklużjonijiet tiegħu li huma mehmużin bħala l-Anness I ma' din ir-riżoluzzjoni;
27. Jinsab imħasseb dwar il-"backloading" propost mill-Kummissjoni għal ħafna mill-programmi l-ġodda taħt l-intestatura 1a; iqis li dan ma jinkludix mod xieraq ta' programmar finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar l-effetti li dan l-eżerċizzju ta' back-loading għandu fuq il-programmi inklużi dawk li għalihom għadha ma ġietx adottata l-bażi legali u l-effetti fuq il-marġni disponibbli għas-snin li ġejjin; ifakkar lill-Kummissjoni li, skond il-punt 37 tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, l-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni jistgħu jitbiegħdu sa 5% mill-ammont previst fl-att leġiżlattiv;
28. jitlob lill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tinkiseb solidarjetà msaħħa u prosperità sabiex tiċċara l-intenzjonijiet tagħha rigward il-programm finanzjarju "Life long learning" u sabiex titratta dan bħala prijorità; iqis li żieda fir-riżorsi finanzjarji għal erba' aġenziji (ERA, EMSA, EASA, GSA) għandhom jevitaw kwalunkwe tnaqqis fil-programm finanzjarju TEN-T u għalhekk jitlob kjarifikazzjonijiet dwar kif il-Kummissjoni se tikkumpensa lill-programm TEN-T fis-snin li ġejjin, sabiex il-pakkett finanzjarju globali miftiehem għat-TEN-Ts fl-MFF jiġi implimentat;
29. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-2008 se tkun kruċjali għal politika Ewropea ta' koeżjoni peress li hija l-ewwel sena sħiħa ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi ġodda 2007-2013; għalhekk jittama li l-politika ta' koeżjoni tibqa' prijorità għaż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja matul il-proċedura tal-baġit ta' l-2008;
30. Jieħu nota li l-Kummissjoni qed tipproponi li tnaqqas il-marġini għall-intestatura 2 b'żewġ miljun Euro (EUR 2 miljuni) sabiex tkopri attivitajiet addizzjonali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent; jinnota wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni taħt l-intestatura 3a li żżid l-approprjazzjonijiet għall-Frontex b'EUR 10 900 000 fl-2008 u li tinforza l-iffinanzjar għall-EUROJUST b'żieda ta" EUR 2 500 000 kull sena għall-perjodu mill-2008 sa l-2013; ifakkar lill-Kummissjoni li dawn iż-żidiet kollha għandu jkun hemm qbil dwarhom mill-Awtorità Baġitarja fi ħdan il-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali u/jew mill-awtorità leġiżlattiva jekk hija timplika bidla fl-ammonti ta' referenza tal-programmi adottati;
31. Ifakkar lill-Kummissjoni li skond l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 ir-riżorsi finanzjarji kollha għall-oqsma ta' politika ta' l-ambjent ikunu kkonċentrati skond l-intestatura 2; jinnota li d-deċiżjoni IIA biex jitqassmu EUR 100 miljun addizzjonali għall-intestatura 2, li minnhom EUR 50 miljun qed ikunu riżervati għall-istrument finanzjarju ġdid għall-ambjent LIFE+; ifakkar li ftehima finali dwar il-LIFE+ għas-snin 2007-2013 intlaħqet fis-27 ta' Marzu 2007; jenfasizza l-importanza li jitħallew marġini suffiċjenti sakemm il-proċeduri leġiżlattivi pendenti kollha jintemmu;
32. Jistenna proposti preċiżi mill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni fuq perjodu ta' żmien medju tal-politika agrikola komuni; għalhekk jitlob li jkun infurmat dwar l-arranġamenti għal u l-iskop tar-reviżjoni f'perjodu ta' żmien medju li l-Kummissjoni hija intenzjonata li twettaq bil-ħsieb li tanalizza r-riżultati tal-bidu tar-riforma ta' l-2003;
33. Jikkunsidra li l-għan prinċipali tal-politika għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni hu li tinforma liċ-ċittadini ta" l-UE dwar l-azzjonijiet u l-programmi li twettaq l-UE u t-titjib iġġenerat matul l-aħħar snin; hu ta" l-opinjoni li l-kampanja għal prijoritajiet politiċi għandha tiġi definita fi stadju aktar tard tal-proċedura baġitarja u tqis il-prijoritajiet tal-Parlament u tiffoka fuq xi oqsma tal-politika li jiġu identifikati meta jsir l-ewwel qari;
34. Ifakkar li l-Istituzzjonijiet kollha għandhom id-dritt li jimplimentaw politika ta' komunikazzjoni bħala parti mill-awtonomija istituzzjonali tagħhom, kif stabbilita fl-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tiddefendi, bħall-istituzzjonijiet l-oħrajn, l-awtonomija tagħha stess f'din il-kwistjoni; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal koordinazzjoni tal-politiki ta' komunikazzjoni differenti implimentati mill-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp Interistituzzjonali dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jistieden lill-grupp Interistituzzjonali biex jippreżenta pjan ta' ħidma aktar konkret u koordinat għall-2008 sa l-aħħar ta' Ottubru 2007; f'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' ambizzjuża fir-rigward tal-politika ta' komunikazzjoni tagħha lejn iċ-ċittadini, bil-ħsieb li l-2008 hija s-sena ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, u l-ħtieġa biex tipprepara l-bażi għat-tnehdija mill-ġdid mistennija tar-riforma istituzzjonali;
35. Jinnota l-Prijoritajiet ta" Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-2008 li mhux ser jibdlu l-ipproggrammar finanzjarju għall-intestatura 3b;
36. Iħaddan b'mod wiesa" l-għanijiet għal azzjonijiet esterni kif stipulati fl-APS, li ġew żviluppati fuq bażi ta" kontinwità, u li ser jiġu implimentati, għat-tieni sena, permezz ta' sett ġdid ta' strumenti esterni ta' l-UE adottati fl-2006; jenfasizza b'mod qawwi l-implimentazzjoni effettiva u r-rispett tad-drittijiet tal-Parlament fi ħdan dan il-qafas; jitlob li jkun hemm analiżi l-ewwel evalwazzjoni tat-tnehdija tiegħu diġà fit-tieni nofs ta' l-2007;
37. Jistenna b'ħerqa koperazzjoni bi skop mal-Kummissjoni fil-qafas ta" gruppi ta" ħidma li nħolqu mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u mill-Kumitat għall-Iżvilupp biex jimmoniterjaw l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta" l-istrumenti l-ġodda ta" assistenza esterna; jinnota l-evalwazzjoni ta" nofs it-terminu li hi maħsuba għall-mod kif ikunu qed jaħdmu l-istrumenti ta" assistenza esterna; itenni r-rieda tal-Parlament li jkun involut bis-sħiħ f'dan il-proċess;
38. Jenfasizza l-importanza tal-multilingwiżmu bħala parti fundamentali tal-wirt Ewropew, kif ukoll tal-ħtieġa għaċ-ċittadini li jkunu pprovduti b'informazzjoni f'ilsien twelidhom stess;
39. Jitlob li jkun hemm aktar tisħiħ tal-koperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dwar il-bidla fil-klima u l-migrazzjoni, b'impenji kontinwi sabiex jintlaħqu l-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millenju speċjalment rigward is-saħħa bażika u l-edukazzjoni bażika;
40. Jinnota l-kunċett tal-Kummissjoni ta" "projezzjoni esterna ta" prijoritajiet", bħall-Fond għall-Effiċjenza Globali ta" l-Enerġija u għall-Enerġija li Tiġġedded (Global Energy Efficiency Renewable Energy Fund – GEEREF) jew l-Alleanza tal-Politika Globali dwar il-Klima (Global Climate Policy Alliance), u l-fatt li dawn il-prijoritajiet ġodda fl-intestatura 4 jidher li għandhom bżonn rinfurzar ta" EUR 23 100 000 fl-2008; madankollu, jinsisti fuq ċarezza rigward l-oriġini ta" l-iffinanżjar propost għal kull azzjoni;
41. Jinnota li l-marġini ta" previżjoni ġenerali għall-intestatura 4 hu ta" EUR 334 miljun sabiex jippermetti rispons adegwat għal bżonnijiet futuri bħar-riżultati tan-negozjati dwar l-istejtus finali tal-Kosovo u l-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani; jenfasizza bil-qawwi li dan l-marġini ta" EUR 334 miljun hu fil-fatt artifiċjalment għoli peress li fih EUR 200 miljun li originarjament kienu maħsuba għall-Fond ta" Garanzija għal self, li issa, għal raġunijiet tranżizzjonali, hemm bżonn li jkunu disponibbli biss mill-2009; għalhekk jenfasizza li EUR 200 miljun oħra jkunu disponibbli fl-2008 fuq bażi eċċezzjonali u jappella għal attenzjoni sabiex dawn ma jiġux allokati awtomatikament għal bżonnijiet fuq żmien itwal li imbagħad mhux neċessarjament ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati fi snin ta" wara;
42. Jinnota l-attenzjoni miżjuda fl-APS biex jintrabtu l-għanijiet esterni ma' dawk interni, u l-użu tal-frażi "koerenza sħiħa"; hu tal-parir li din il-kwistjoni jixirqilha aktar analiżi u spjegazzjoni mill-Kummissjoni, speċjalment meta waħda mill-kritiki ewlenin tal-politika ta" l-UE fil-passat kienet nuqqas allegat ta" koerenza bejn politiki esterni u interni; jirrimarka wkoll l-importanza ta" demokrazija u bidla pożittiva fil-pajjiżi u fir-reġjuni sħab;
43. Jinsisti li l-allokazzjonijiet tal-finanzjament fl-istrumenti kollha esterni u tat-tkabbir jirriflettu l-prijorità li tagħti l-UE lill-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi;
44. Jinnota li l-Kummissjoni tippjana li tikkonkludi Ftehimiet Ekonomiċi ta' Sħubija (EPAs) ma' pajjiżi ta' l-ACP fl-2007; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu għajnuna addizzjonali biex jappoġġjaw lill-pajjiżi ta' l-ACP fil-perjodu ta' tranżizzjoni mir-reġim ta' kummerċ attwali sa l-EPAs;
45. Jikkunsidra li s-sitwazzjoni li qed tevolvi b'mod mgħaġġel fil-qasam tal-Politika barranija u ta' Sigurtà Komuni jixirqilha skrutinju u koperazzjoni kontinwa bejn l-istituzzjonijiet; f'dan ir-rigward jirrimarka l-importanza li jorbot mat-twettiq sħiħ tad-dispożizzjonijiet tas-CFSP fl-IIA tas-17 ta" Mejju 2006 u l-għodod provduti fih; jikkonsidra li l-politika barranija u r-riżorsi finanzjarji marbuta magħha li hemm bżonn, jistgħu jiġu biss assessjati kif suppost ladarba l-Kunsill ikun ikkonsulta lill-Parlament sal-15 ta" Ġunju 2007, dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tas-CFSP;
46. Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani fl-2008, li tinkludi 890 post ġdid relatati ma" tkabbir riċenti; ifakkar li l-2008 hi s-sena finali tal-pjan tar-riżorsi umani relatat mat-tkabbir ta" l-2004, skond liema pjan 640 post ieħor kienu mitluba għall-2008; ifakkar ukoll li għall-2008 huma mitluba 250 post ġdid wara t-tkabbir tal-Bulgarija u tar-Rumanija, b'talba simili mistennija fl-2009; jinnota li 50% biss tal-postijiet addizzjonali għall-2008 ser jiġu allokati għall-estensjoni ta" attivitajiet minħabba tkabbir riċenti; iqis li r-reviżjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsi umani għandha tkun bi qbil ma' l-istrateġija ta' Regolamentazzjoni Aħjar mibdija fl-2006 waqt li tqis b'mod sħiħ il-ħtieġa għal implimentazzjoni xierqa u effiċjenti tal-programmi ġodda ta' nfiq għall-perjodu ta' programmar finanzjarju 2007-2013;
47. Jilqa" l-prinċipju ta" organizzazzjoni mill-ġdid ta" l-istaff skond il-prijoritajiet politiċi imma jikkonsidra li r-rata ta" organizzazzjoni mill-ġdid għandha tkun aktar ambizzjuża minn 1%; ifakkar li din l-organizzazzjoni mill-ġdid trid tikkonsidra bi sħiħ il-prijoritajiet identifikati mill-Parlament; jistenna li l-Kummissjoni tieħu l-opportunità mill-eżerċizzju għaddej ta' skrinjar biex twettaq ċaqlieq sinifikattiv fil-prijorità għall-allokazzjoni ta' staff u l-proporzjon ta' nefqa ġenerali; se janalizza l-livell ta' ħtiġijiet ta' l-istaff tal-Kummissjoni fil-kuntest globali ta' l-intestatura 5 waqt il-proċedura annwali tal-baġit; jinnota l-organizzazzjoni mill-ġdid proposta mill-Kummissjoni ta" 565 membru ta" l-istaff, b"287 organizzati mill-ġdid bejn dipartimenti u 278 organizzati mill-ġdid fid-dipartimenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tforni iktar informazzjoni dettaljata fil-PDB rigward l-organizzazzjoni mill-ġdid ta" staff sabiex l-Parlament ikollu l-informazzjoni neċessarja biex jevalwa jekk il-mira ta" 1% hijiex mira xierqa; jikkunsidra li l-ħolqien ta" sett ċentrali għall-organizzazzjoni mill-ġdid għandu jkun skond il-prinċipju tas-simplifikazzjoni amministrattiva, u provvista aħjar ta' programmi u azzjonijiet waqt li jevita piżijiet amministrattivi bla bżonn;
48. Jieħu nota tat-Trijalogu tat-18 ta" April 2007 u l-ftehima li ntlaħqet bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-korpi Komunitarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jilqa" l-attitudini pożittiva tal-Kunsill favur kontroll u evalwazzjoni aħjar ta" l-aġenziji; jisħaq dwar l-importanza tal-kwistjonijiet enfasizzati bħall-proporzjon tan-nefqa operattiva/amministrattiva, il-proċedura ta" kwittanza, l-analiżi, l-evalwazzjoni u l-effettività f'termini ta" spiża ta" l-aġenziji eżistenti, u l-importanza ta" progress ulterjuri fir-rigward il-proċedura taħt punt 47 tat-IIA tas-17 ta" Mejju 2006; jinnota li nstab li approċċ proċedurali, kif stipulat fid-dikjarazzjonijiet mehmuża bħala l-Anness II ma' din ir-riżoluzzjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, jippermetti trasferimenti urġenti favur it-Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT); jenfasizza l-ħtieġa għal diskussjoni usa" dwar kwistjonijiet relatati mal-metodi ta" governanza tal-Kummissjoni b'rabta mar-riżultat ta" l-eżerċizzju ta" skrining tal-Kummissjoni li għandu jitlesta fl-24 ta" April 2007;
49. Iqis li dawn l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u għall-Kummerċ Internazzjonali jikkontribwixxu elementi importanti li għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċedura tal-baġit għall-2008;
o o o
50. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri.
Il-laqgħa trilogu kienet organizzata bl-applikazzjoni tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006.
Dawn il-konkluzjonijiet għandhom l-għan li jiżnu l-ftehima milħuqa mit-tliet istituzzjoniji.
1.L-Intrapriża konġunta għall-ITER
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftehmu li:
· l-intrapriża konġunta għall-ITER għandha tkun ikkunsidrata bħala aġenzija tal-Komunità għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' punt 47 ta' l-IIA;
· il-Parlament Ewropew jista' jingħata r-responsabilità għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-intrapriża konġunta ITER
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ITER li ġejja mis-7 Programm ta' Qafas għall-Euratom (€ 986 miljun(1) għal perjodu 2007-2011 bħala massimu) kif propost mill-Kummissjoni. Filwaqt li wieħed jinnota li l-proġett ITER huwa maħsub li jkompli sew wara l-2011, u l-ħtieġa li dan ikompli sa l-2041, l-ammonti korrispondenti għas-snin 2012 u 2013 huma previsti fil-programm finanzjarju. L-iffinanzjar futur se jkun parti mid-diskussjonijiet għall-qafas finanzjarju li jmiss.
2.Aġenziji
Bil-għan li jiġi ottimizzat l-iffunzjonar ta' aġenziji eżistenti u l-proċeduri applikabbli għall-ħolqien ta' aġenziji ġodda, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jagħmlu diskussjoni profonda b'mod partikolari dwar evalwazzjoni ddettaljata ta' l-ispiża-gwadann, li tinkludi l-ispejjeż amministrattivi, qabel it-twaqqif ta' aġenziji ġodda u l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta' reviżjoni previsti fir-regolamenti speċifiċi ta' dawk eżistenti.
F'dan il-kuntest huma jesprimu r-rieda tagħhom li jaħdmu favur it-tkomplija u t-twessigħ tad-diskussjoni dwar iktar żvilupp tal-proċedura prevista f'Punt 47 ta' l-IIA.
Dawn id-diskussjonijiet se jkunu segwiti waqt it-Trilogi li jmiss; l-ewwel trilogu se jkun fit-18 ta' April 2007.
minn indikazzjoni totali tal-kontribuzzjoni tal-baġit ta' l-UE għall-Intrapriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp ta' l-enerġija ta' fużjoni ta' EUR 1 290 miljun
Anness II
Dikjarazzjonijiet wara t-trialogu tat-18 ta' April 2007
1.Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-agenziji Komunitarji
"1. Għal aktar ċarezza u trasparenza, iż-żewġ partijiet ta' l-awtorità tal-baġit tistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sena, ma' l-Abbozz ta' Baġit Preliminari, tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-baġit li tkopri l-aġenziji eżistenti u futuri tal-Komunità, korpi oħra li jaqgħu taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-aġenziji eżekuttivi. Din il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-baġit li tirrigwarda l-atti bażiċi, l-indikaturi prinċipali tal-baġit u n-numri ta' l-istaff u l-proporzjoni bejn l-ispiża ta' l-operat u l-ispiża amministrattiva.
2. Iż-żewġ partijiet ta' l-awtorità tal-baġit ifakkru lill-Kummissjoni sabiex tapplika analiżi bir-reqqa tal-benefiċċji meta mqabbla man-nefqa u sabiex tirrispetta b'mod strett u trawwem il-proċedura maħsuba fil-Punt 47 tat-IIA qabel twaqqaf aġenziji ġodda.
3. F'dak li jirrigwarda l-agenziji deċentralizzati, iż-żewġ partijiet ta' l-awtorità tal-baġit ifakkru lid-Diretturi Eżekuttivi u lill-Bords ta' l-Immaniġġjar ta' dawk l-aġenziji dwar ir-responsabbilitajiet tagħhom li jippreżentaw talbiet għall-baġit realistiċi, konformi tal-bżonnijiet veri u jevitaw li jagħmlu baġit akbar milli meħtieġ.
4. Iż-żewġ partijiet ta' l-awtorità tal-baġit jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tevalwa regolarment l-aġenziji eżistenti tal-Komunità, billi tiffoka partikularment fuq l-ispejjeż u l-benefiċċji tagħhom, u sabiex taqbel li tevalwa l-evalwazzjoni ta' l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni għal numru magħżul ta' aġenziji. Il-kriterji għall-għażla ta' aġenziji li għandhom jiġu evalwati jistgħu ikunu qed jisbqu proporzjon definit bejn infiq operazzjonali u infiq amministrattiv, aġenziji li juru problemi speċifiċi fir-rapporti tal-Qorti ta' l-Awdituri u fil-proċedura ta' kwittanza. Ir-riżultati ta' dawn l-analiżi u l-possibilità li jsiru oħrajn minn istituzzjonijiet oħra, għandhom jiġu riveduti kull sena fit-Trialogu li jsir mhux aktar tard minn Ottubru.
5. Iż-żewg partijiet ta' l-awtorità tal-baġit jistiednu lill-Kummissjoni sabiex timplimenta klawżoli ta' reviżjoni maħsuba fir-regolament speċifiku tagħhom. L-awtorità tal-baġit għandha tevalwa jekk għandiex titkompla l-istrateġija eżistenti dwar l-aġenziji deċentralizzati.
6. Barra l-konklużjonijiet tat-Trialogu tas-7 ta' Marzu 2007 fid-dawl ta' aktar żvilupp tal-proċedura prevista fil-Punt 47 tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, l-istituzzjonijiet jaqblu, fil-prinċipju, li jwaqqfu proċedura li timplimetna l-Punt 47 tat-IIA fil-qafas tat-Trialogi li ġejjin."
2.Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Frontex
"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jisħqu li fil-każ ta' sitwazzjoni ta' pressjoni urġenti u eċċezzjonali fil-fruntiera esterna, li titlob l-intervent tat-Tim ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (Rabit) u l-possibbilità ta' insuffiċjenza ta' mezzi finanzjarji fil-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni fl-Operat fil-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (Frontex) biex tagħmel dan, għandhom ikunu esplorati l-possibbilitajiet kollha sabiex jiġi żgurat il-finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tivverifika b'uġenza estrema jekk hemmx possibilità li jsir tqassim mill-ġdid tal-fondi. Fil-każ li jun hemm bżonn ta' deċiżjoni dwar l-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tibda proċess skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, jiġifieri l-Artikoli 23 u 24, sabiex tiżgura deċiżjoni fil-ħin taż-żewġ partijiet ta' l-awtorità tal-baġit dwar il-mezzi ta' provvista ta' aktar fondi għall-Frontex sabiex jiddaħħal fl-azzjoni t-Tim Rabit. L-awtorità tal-baġit timpenja ruħha li taġixxi mill-aktar fis possibbli, filwaqt li tqis l-urġenza."