Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0253(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0122/2007

Testi mressqa :

A6-0122/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 5.1

Testi adottati :

P6_TA(2007)0138

Testi adottati
PDF 287kWORD 79k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Trasmissjoni tad-data tal-kontijiet nazzjonali ***I
P6_TA(2007)0138A6-0122/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 fejn għandha x'taqsam it-trasmissjoni tad-data tal-kontijiet nazzjonali (COM(2005)0653 – C6-0438/2005 – 2005/0253(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0653)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0438/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0122/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fl-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament emendat, jimpenjaw ruħhom sabiex jibdew bla dewmien it-titjib ulterjuri tal-ġabra tad-data ta' kontijiet nazzjonali komparabbli u komprensiva fl-oqsma tas-saħħa, ta' l-edukazzjoni u tal-politiki soċjali peress li dan huwa bażi statistika importanti għall- evalwazzjonijiet strutturali u makro-ekonomiċi fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Liżbona;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward it-trasmissjoni tad-data tal-kontijiet nazzjonali
P6_TC1-COD(2005)0253

(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru .../2007.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza