Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0808(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0082/2007

Testi mressqa :

A6-0082/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 7.1
CRE 25/04/2007 - 7.1

Testi adottati :

P6_TA(2007)0140

Testi adottati
PDF 203kWORD 33k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Adattazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE *
P6_TA(2007)0140A6-0082/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-addattament tad-dispożizzjonijiet rigward il-Qorti tal-Ġustizzja fl-oqsma koperti mit-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (COM(2006)0346 – C6-0304/2006 – 2006/0808(CNS))

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, annessa mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2006)0346 - C6-0304/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0082/2007),

1.  Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta" konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta" l-4 ta" Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa" jikkonsulta l-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz ta' deċiżjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jgħaġġel l-attivazzjoni tal-klawżoli "passarelle" sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tat-Titolu IV tat-Trattat, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni li diġa stieden lill-Kunsill sabiex ineħħi dawn ir-restrizzjonijiet;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza