Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0168)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0233/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0073/2007),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Il-Green Paper dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-Suq Intern ippreżentata mill-Kummissjoni fil-15 ta" Ottubru 1998 tinnota li l-falsifikazzjoni u l-piraterija saru fenomeni internazzjonali li għandhom riperkussjonijiet importanti fil-livell ekonomiku u soċjali u f'termini ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà pubblika. Ġie mfassal pjan ta" azzjoni bħala parti mis-segwitu tal-Green Paper u ġie inkluż fil-Komunikazzjoni dwar l-istess suġġett li l-Kummissjoni indirizzat lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fit-30 ta' Novembru 2000.
(2) Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew ta" Brussell ta" l-20 u l-21 ta' Marzu 2003, stieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex itejbu l-isfruttament tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi jieħdu miżuri kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija.
(3) Fuq livell internazzjonali, l-Istati Membri kif ukoll il-Komunità, għall-kwistjonijiet ta" kompetenza tagħhom, huma marbutin bil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Marbuta mal-Kummerċ (il-Ftehim TRIPS), konkluż fil-qafas ta" l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE(4). Il-Ftehim TRIPS fih, b'mod partikolari, numru ta" dispożizzjonijiet kriminali li jiffurmaw standards komuni applikabbli fuq livell internazzjonali iżda d-differenzi bejn l-Istati Membri għadhom kbar wisq biex il-ġlieda kontra r-reati tal-proprjetà intellettwali tkun effettiva, partikolarment fil-każijiet l-aktar serji. Dan inaqqas il-fiduċja fost il-gruppi ekonomiċi fis-suq intern u jwassal għal tnaqqis ta" investimenti fl-innovazzjoni u l-kreazzjoni.
(5) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(5)tistabbilixxi miżuri, proċeduri u rimedji ta" natura ċivili u amministrattiva. Huma meħtieġa għadd ta" pieni li huma biżżejjed disważivi, applikabbli fil-Komunità kollha sabiex id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva jkunu kompluti. Hija meħtieġa l-armonizzazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet kriminali sabiex il-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-suq intern jiġu miġġielda b'mod effettiv. Il-leġiżlatura Komunitarju hija kompetenti biex tfassal il-miżuri tal-liġi kriminali meħtieġa biex tiggarantixxi l-effettività sħiħa tar-regoli li tistabbilixxi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, kif definit f'din id-Direttiva għajr il-kwistjoni ta' brevetti.
(6) Waqt li tkompli tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar rispons tad-Dwana għall-falsifikazzjoni u l-piraterija adottata f'Ottubru 2005, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni fit-13 ta" Marzu 2006, fejn enfasizza li l-għanijiet ta" l-Istrateġija ta" Liżbona "jistgħu jintlaħqu biss permezz ta" suq intern li jiffunzjona sew b'miżuri xierqa biex jinkuraġġixxu l-investiment f'ekonomija bbażata fuq l-għarfien u biex tkun rikonoxxuta t-theddida mit-tkattir serju tal-falsifikazzjoni u l-piraterija għall-ekonomija bbażata fuq l-għarfien ta" l-Unjoni Ewropea u partikularment għas-saħħa u s-sikurezza (...)".
(7)Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar il-falsifikazzjoni tal-prodotti mediċinali, il-Parlament Ewropew kien tal-fehma li l-Komunita' Ewropea għandha, bl-akbar urġenza, tgħammar lilha nnifisha bil-mezzi neċessarji biex tkun tista' tiġġieled b'mod effettiv l-prattiċi illeċiti fil-qasam tal-piraterija u ta' l-falsifikazzjoni tal-mediċini.
(8)Għandu jkun armonizzat il-livell tal-pieni għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu wettqu reati ta" dan it-tip. Għandha jiġu armonizzati b'mod partikolari, ir-regoli dwar is-sentenzi ta" priġunerija, il-multi u l-konfiski.
(9)Fir-rigward ta' persuni akkużati li kkommettew ir-reati stipulata f'din id-Direttiva, u biex tiġi stabbilita l-intenzjoni tagħhom li jiksru d-dritt tal-proprjetà intelletwali msemmi, għandu jitqies kemm l-akkużat, qabel ir-reat, kellu raġuni sostanzjali biex jargumenta li d-dritt tal-proprjetà intellettwali in kwistjoni ma kienx validu.
(10) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koperazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mal-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni skond l-arranġamenti stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/465/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni(6). L-involviment tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali konċernati għandu jikkostitwixxi rwol ta' appoġġ li ma jinterferixxix man-newtralità ta' l-investigazzjonijiet ta' l-istat.
(11) Sabiex l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri kriminali dwar ir-reat tal-proprjetà intellettwali jiġu ffaċilitati, dawn m'għandhomx jiddependu fuq rapport jew akkuża li jsir mill-vittma tar-reat.
(12)Id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom, matul l-investigazzjonijiet u l-proċedura ġudizzjarja, ikunu rispettati bis-sħiħ meta jiġu definiti l-atti u l-pieni kriminali.
(13) Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi ta" responsabbiltà speċifiċi bħal dik stabbilita għall-fornituri tas-servizz ta" l-Internet permezztad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 fuq ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern(7)u permezz tad-Direttiva ma taffettwax is-sistemi ta" responsabbiltà speċifiċi bħal dik stabbilita fid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni(8).
(14) Peress li l-għan ta' din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.
(15) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tara li jkun hemm ir-rispett sħiħ lejn il-proprjetà intellettwali, skond l-Artikolu 17 (2) tal-Karta.
(16)Hu neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-settur awdjoviżiv, kif indikat fid-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu fi, aċċess kondizzjonat(9).
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Objettiv u kamp ta" applikazzjoni
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiġi żgurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, kif definit hawn taħt fil-kuntest tal-falsifikazzjoni u l-piraterija.
Dawn il-miżuri ser japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għajr il-brevetti,stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għad-drittijiet industrijali li jkollhom brevett.
B'mod partikulari, din id-Direttiva ma tapplikax għal ksur tal-liġi dwar id-drittijiet ta' proprjetà intelettwali relatati ma':
–
drittijiet tal-privattivi, mudelli utilitarji u drittijiet ta' varjetà ta' pjanti, inklużi d-drittijiet miċ-ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni;
–
importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali minn pajjiż terz li tħallew isiru mid-detentur tad-dritt.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta" din id-Direttiva:
(a)
"drittijiet ta' proprjetà intellettwali" tfisser wieħed jew aktar mid-drittijiet li ġejjin:
–
drittijiet ta' l-awtur,
–
drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur,
–
id-dritt sui generis ta' produttur ta' database,
–
drittijiet ta' min joħloq it-topografiji ta' prodott semikonduttur,
–
id-drittijiet tal-marka kummerċjali, sakemm il-protezzjoni tal-liġi kriminali estiża għalihom ma tfixkilx ir-regoli tas-suq ħieles u l-attivitajiet ta' riċerka,
–
drittijiet dwar disinni,
–
l-indikazzjonijiet ġeografiċi,
–
l-ismijiet kummerċjali, sakemm dawn ikunu protetti bħala drittijiet esklużivi ta' proprjetà fil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata,
–
u fi kwalunkwe każ id-drittijiet, sakemm ikun sar provvediment għalihom f'livell Komunitarju, rigward prodotti li jaqgħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar azzjoni tad-dwana kontra prodotti li huma ssuspettati li jkunu kisru ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra prodotti li jinstabu li kisru dawn id-drittijiet(10), u fi kwalunkwe każ bl-esklużjoni tal-brevetti;
(b)
"ksur tal-liġi fuq skala kummerċjali" tfisser kull ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali magħmul biex jinkiseb vantaġġ kummerċjali; dan jeskludi atti li jsiru minn utenti privati għal skopijiet personali u mhux għall-qligħ;
(c)
"ksur tal-liġi intenzjonat ta' dritt tal-proprjetà intellettwali" tfisser kull ksur tal-liġi magħmul apposta u koxjentement tad-dritt ikkonċernat bi skop li jinkiseb vantaġġ ekonomiku fuq skala kummerċjali;
(d)
"persuna ġuridika" tfisser kull entità ġuridika li għandha dan l-istatut skond il-liġi nazzjonali applikabbli, bl-eċċezzjoni ta" l-Istati u ta" kull korpi pubbliċi oħra li jaġixxu fl-eżerċizzju tal-prerogattiva tagħhom tas-setgħa pubblika, kif ukoll l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.
Artikolu 3
Reati
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur kollu intenzjonat ta' dritt ta' proprjeta' intellettwali fuq skala kummerċjali, kif ukoll l-għajnuna u l-kompliċita' fil-ksur effettiv għandhom jitqiesu bħala reati kriminali.
Sanzjonijiet kriminali ma għandhomx jiġu applikati f'każi ta' importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali li tpoġġew fuq is-suq bi ftehim mad-detentur tad-dritt f'pajjiż barra l-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ġust ta' xogħol imħares, inkluż r-riproduzzjoni permezz ta' kopji jew awdjo jew permezz ta' kull mezz ieħor, għall-finijiet ta' kritika, reċensjoni, rapportaġġ għall-aħbarjiet, tagħlim (inkluża l-produzzjoni ta' bosta kopji għall-użu fil-klassi), studju jew riċerka, ma jikkostitwix reat kriminali.
Artikolu 4
Natura tal-pieni
1. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-pieni li ġejjin:
multi kriminali għal persuni fiżiċi u kriminali jew multi mhux kriminali għal persuni ġuridiċi;
ii)
il-konfiska ta" l-oġġetti, l-istrumenti u l-prodotti li ġejjin mir-reati jew ta" oġġetti li l-valur tagħhom jikkorrispondi għal dawn il-prodotti.
2. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawn il-pieni jkunu wkoll applikabbli fil-każijiet fejn ikun xieraq:
(a)
il-qerda ta" l-oġġetti inkluż il-materjal jew it-tagħmir użati biex jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali;
(b)
l-għeluq totali jew parzjali, definittiv jew temporanju, ta" l-istabbiliment li jkun intuża biexjitwettaq ir-reat;
(c)
il-projbizzjoni permanenti jew temporanja ta" l-eżerċizzju ta" attivitajiet kummerċjali;
(d)
it-tqegħid taħt supervizzjoni ġudizzjarja;
(e)
l-istralċ ġudizzjarju;
(f)
il-projbizzjoni ta" l-aċċess għall-għajnuna u s-sussidji pubbliċi;
(g)
il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji;
(h)
ordni li titlob il-ħlas, min-naħa tal-falsifikatur, ta' l-ispejjeż għall-kustodja ta' l-oġġetti kkonfiskati.
Artikolu 5
Livell tal-pieni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f'każ li reat issir minn persuni fiżiċi, ir-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu kkastigati b'sentenza ta" mill-inqas 4 snin ħabs, meta dawn ir-reati jkunu ta' natura gravi fis-sens ta' l-Artikolu 3 (5) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu(11) jew li jkunu mwettqa fil-qafas ta" organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni Kwadru 2007/.../JHA dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew meta dawn ir-reati jkunu ta" riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, f'każ li persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi huma responsabbli mir-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu kkastigati b'pieni effettivi, proporzjonati u disswasivi. Dawn il-pieni jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali:
(a)
sa massimu ta" mill-inqas EUR 100 000 għall-każijiet barra dawk imsemmija fil-Paragrafu 1;
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li reati ripetuti fis-sens ta' l-Artikolu 3 li jitwettqu minn persuni fiżiċi u ġuridiċi fi Stat Membru għajr dak ta' l-oriġini jew ta' domiċilju tagħhom jitqiesu meta jiddeterminaw il-livell tal-piena skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Setgħat imwessa" ta" konfiska
L-Istati Membri ser jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkundannati skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta' rikavati, mezzi strumentali u propjeta' marbuta mal-kriminalita(12)', meta r-reati jkunu gravi fis-sens ta' l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/60/KE jew li jkunu mwettqa fil-qafas ta" organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni Kwadru 2007/.../JHA dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew fejn dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew għas-sigurta' tal-persuni.
Artikolu 7
L-Użu inġust ta' drittijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, permezz ta' miżuri kriminali, ċivili u proċedurali, l-użu ħażin ta' theddid ta' sanzjonijiet kriminali huwa projbit u jsir suġġett għal piena.
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ħażin tal-proċedura, l-aktar fejn il-miżuri kriminali jintużaw għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-liġi ċivili.
Artikolu 8
Id-drittijiet tal-konvenuti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-konvenuti jiġu mħarsa u ggarantiti kif jixraq.
Artikolu 9
Gruppi konġunti ta' investigazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernati, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u esperti, jitħallew jassistu l-investigazzjonijiet mwettqa minn gruppi konġunti fir-reati msemmija fl-Artikolu 3.
2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu salvagwardji adegwati biex jiżguraw li assistenza simili ma tikkompromettix id-drittijiet ta' l-akkużat, pereżempju billi taffettwa l-preċiżjoni, l-integrità jew l-imparzjalità tal-provi.
3.L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tad-data personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data(13)għandhom ikunu rrispettati bis-sħiħ waqt l-investigazzjoni u l-proċeduri ġudizzjarji.
Artikolu 10
Id-dritt li tirċievi informazzjoni mill-awtoritajiet ta' l-infurzar
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li, fejn l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi jaqbdu oġġetti inkriminanti jew jiksbu provi oħra ta' xi reat, l-awtoritajiet għandhom jipproduċu dawn il-provi biex jintużaw fi proċeduri ċivili pendenti jew ikkontempati kontra l-allegat akkużat miġjub mid-detentur tad-dritt quddiem qorti b'ġurisdizzjoni kompetenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u, fejn prattikabbli, li dawn l-awtoritajiet jinfurmaw lid-detentur tad-dritt jew lir-rappreżentant tiegħu li għandhom il-pussess ta' dawn l-oġġetti jew provi. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-għoti ta' dawn il-provi lid-detentur tad-dritt ikun suġġett għal aċċess raġonevoli sabiex tiġi żgurata l-integrita' tal-provi u sabiex jiġi evitat ħsara lil kwalunkwe proċedura kriminali li tista' ssegwi.
Artikolu 11
Il-bidu tal-proċeduri kriminali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-possibilità li jinbdew investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni, tar-reati msemmija fl-Artikolu 3 ma tiddependix fuq rapport jew akkuża li tkun ġejja mill-vittma tar-reat, għall-inqas jekk l-att ikun twettaq fuq it-territorju ta" l-Istat Membru.
Artikolu 12
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex isiru konformi ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill- .....(14) Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandha tiġi mehmuża magħhom referenza bħal din fil-jum tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.