Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0237A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0070/2007

Testi mressqa :

A6-0070/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 11
CRE 24/04/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0150

Testi adottati
PDF 580kWORD 244k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Spezzjoni ta' vapuri u organizzazzjonijiet tal-perizji (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2007)0150A6-0070/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid) (COM(2005)0587 – C6-0038/2006 – 2005/0237(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 80(2), skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0038/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0070/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb li tiġi adottata Direttiva Nru 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (verżjoni ta' tfassil mill-ġdid)
P6_TC1-COD(2005)0237

(Test b'rilevanza għaz-ZEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi(4) ġiet emendata b'mod sostanzjali bosta drabi. Peress li jridu jsiru aktar emendi, għandha titfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar pożizzjoni komuni fuq ibħra siguri(5), il-Kunsill stabbilixxa l-għan li jneħħi l-bastimenti kollha substandard mill-ibħra tal-Komunità u ta prijorità lill-azzjoni Komunitarja biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli internazzjonali billi elabora l-istandards komuni għas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni, iddefiniti bħala organizzazzjonijiet ta' spezzjoni tal-bastimenti u tal-perizji (hawn aktar 'l isfel imsejħa "organizzazzjonijiet rikonoxxuti").

(3)  Is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fil-baħar jistgħu jittejbu b'mod effettiv billi jiġu applikati b'mod riġidu l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet filwaqt li jitmexxa 'l quddiem l-għan li tiġi żgurata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

(4)  Il-kontroll tal-konformità tal-bastimenti ma' l-istandards internazzjonali uniformi għas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġiż ta' l-ibħra huma r-responsabilità ta' l-Istati tal-bandiera u tal-portijiet.

(5)  L-Istati Membri huma responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati internazzjonali għas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġiż ipprovduti skond konvenzjonijiet bħas-Solas 74, il-Linji tat-Tagħbija 66 u l-Marpol 73/78, u għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħhom.

(6)  Skond dawn il-konvenzjonijiet l-Istati Membri kollha jistgħu jawtorizzaw sa limitu varjat l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni ta' din il-konformità u jistgħu jiddelegaw il-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sigurtà rilevanti għas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis.

(7)  Mad-dinja kollha numru kbir organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-klassifika ma jiżgurawx l-implimentazzjoni adegwata tar-regoli u l-affidabilità meta jaġixxu f'isem l-amministrazzjonijiet nazzjonali għaliex ma għandhomx l-istrutturi u l-esperjenza adegwati ta' min joqgħod fuqhom u sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom f'manjiera mill-iktar professjonali.

(8)  Barra minn hekk, dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jipproduċu u jimplimentaw regoli għad-disinn, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-ispezzjoni ta' bastimenti u huma responsabbli illi jwettqu spezzjonijiet ta' bastimenti f'isem l-Istati tal-bandiera u jiċċertifikaw li dawk il-bastimenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-ħruġ taċ-ċertifikati rilevanti. Sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu dmirhom b'mod sodisfaċenti, jeħtieġ li jkollhom indipendenza stretta, kompetenza teknika speċjalizzata ħafna u ġestjoni tal-kwalità rigoruża.

(9)  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma' xulxin filwaqt li jipprovdu livell indaqs ta' ħarsien tas-sigurtà u ta' l-ambjent. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attività tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b'mod uniformi fil-Komunità kollha.

(10)  Dan il-għan għandu jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu konnessi b'mod xieraq max-xogħol ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u, meta dan ikun xieraq, li jibnu fuq dan ix-xogħol u jikkomplimentawh.

(11)  Għandhom ikunu stipulati kriterji minimi għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet.

(12)  Sabiex jingħata r-rikonoxximent inizjali lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ li jkunu awtorizzati biex jaħdmu f'isem l-Istati Membri, il-konformità mal-kriterji minimi msemmija hawn fuq tista' tkun evalwata b'mod aktar effettiv b'mod armonizzat u ċentralizzat mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri li qed jitolbu r-rikonoxximent.

(13)  Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss fuq il-bażi tar-rendiment ta' kwalità u ta' sigurtà ta' l-organizzazzjoni konċernata. Għandu jkun żgurat li dak ir-rikonoxximent jingħata dejjem skond il-kapaċità reali ta' l-organizzazzjoni konċernata. Barra minn hekk ir-rikonoxximent għandu jqis id-differenzi ta' l-istejtus legali u ta' l-istruttura ta' l-impriżi ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji minimi msemmija hawn fuq u l-effettività tal-kontrolli Komunitarji.

(14)  Il-ħruġ taċ- Ċertifikat tas-Sigurtà bir-Radju tal-Bastimenti tat-Tagħbija jista' jiġi fdat lil korpi privati li għandhom esperjenza suffiċjenti u l-persunal ikkwalifikat.

(15)  Stat Membru jista' jirrestrinġi n-numru ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huwa jawtorizza bi qbil mal-bżonnijiet tiegħu, fuq il-bażi ta' raġunijiet oġġettivi u trasparenti, soġġetti għall-kontroll eżerċitat mill-Kummissjoni b'konformità ma' proċedura ta' kumitat.

(16)  Peress li din id-Direttiva tiżgura l-libertà li wieħed jipprovdi servizzi fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tinnegozja, ma' dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu xi wħud mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, trattament indaqs għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom is-sede tagħhom fil-Komunità.

(17)  Jeħtieġ li jkun hemm involviment qawwi ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-ispezzjoni tal-bastimenti u fil-ħruġ taċ-ċertifikati relatati sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli internazzjonali tas-sigurtà anke jekk l-Istati Membri jimpjegaw organizzazzjonijiet rikonoxxuti li mhumiex fl-amministrazzjoni tagħhom sabiex iwettqu dmirijiet statutarji. Huwa għalhekk xieraq li titwaqqaf relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti awtorizzati minnhom, u dan jista' jkun jeħtieġ li l-organizzazzjonijet rikonoxxuti jkollhom rappreżentanza lokali fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkunu qed iwettqu d-dmirijiet tagħhom f'isimhom.

(18)  Id-diverġenza tas-sistemi ta' responsabiltà finanzjarja ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f'isem l-Istati Membri timpedixxi l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva. Sabiex jingħata kontribut biex din il-problema tissolva, xieraq li jkun hemm ċerta armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-responsabiltà marbuta ma' kwalunkwe aċċident marittimu ikkawżat minn organizzazzjoni rikonoxxuta, kif ikun deċiż minn qorti tal-ġustizzja, inkluża s-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' arbitraġġ.

(19)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(6).

(20)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tapplika emendi sussegwenti lill-konvenzjonijiet internazzjonali, protokolli, kodiċi u riżoluzzjonijiet relatati magħha, li taġġorna l-kriterji fl-ewwel Anness u li tadotta l-kriterji sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti. Peress li dawn il-miri huma ta' portata ġenerali u huma kkonċepiti sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, u sabiex jissupplimentaw lil din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(21)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u b'mod partikulari l-kriterji minimi u l-obbligi li jridu jkunu ssodisfati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, għandhom jinżammu aġġornati, filwaqt li jitqies il-progress f'fora internazzjonali, skond il-proċedura tal-kumitati.

(22)  Huwa ta' importanza fundamentali li n-nuqqas, minn organizzazzjoni rikonoxxuta, li taqdi dmirijietha jkun jista' jiġi indirizzat malajr u b'mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jiġu korretti xi nuqqasijiet bl-iskop li titneħħa kwalunkwe theddida għas-sigurtà jew għall-ambjent fi stadju bikri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri kostrinġenti.

(23)  Skond l-approċċ fil-Komunità kollha, id-deċiżjoni li jkun irtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni li tonqos li tissodisfa d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva jekk il-miżuri msemmija hawn fuq ma jkunux effettivi jew jekk l-organizzazzjoni rikonoxxuti tkun theddida inaċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent, trid tittieħed fil-livell Komunitarju, u għalhekk mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-proċedura tal-kumitati.

(24)  L-Istati Membri jrid ikollhom mandankollu l-possibilità li jissospendu l-awtorizzazzjoni tagħhom lil organizzazzjoni rikonoxxuta għar-raġunijiet ta' perikolu serju għas-sigurtà jew għall-ambjent. Il-Kummissjoni trid tiddeċiedi bil-ħeffa skond il-proċedura ta' kumitat jekk hux meħtieġ li tannulla din il-miżura nazzjonali.

(25)  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jevalwa perjodikament il-qadi tax-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaħdmu f' ismu u jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'tagħrif preċiż dwar dan il-qadi tax-xogħol.

(26)  Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jista' jitwettaq b'mod iktar effettiv, armonizzat u ċentralizzat. Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri li jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti illi jaġixxu f'isimhom, tingħata dan il-kompitu f'isem il-Komunità kollha.

(27)  Bħala parti mill-monitoraġġ ta' l-operazzjonijiet ta' organizzazzjoniet rikonoxxuti, l-ispetturi tal-Komunità għandu jkollhom aċċess għal bastimenti u għal fajls ta' bastimenti tkun xi tkun il-bandiera tal-bastiment sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu konformi mal-kriterji minimi mniżżla f'din id-Direttiva fir-rigward tal-bastimenti kollha fil-klassi rispettiva tagħhom.

(28)  L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa illi jkabbru s-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġiż fl-ibħra tal-Komunità bi spezzjonijiet ta' prijorità tal-bastimenti li għandhom iċ-ċertifikati ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ma jwettqux il-kriterji komuni, biex b'hekk jiżguraw illi ma jingħatax trattament iktar vantaġġjuż lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz.

(29)  Fil-preżent ma jeżistux standards internazzjonali uniformi rilevanti li magħhom iridu jikkonformaw il-bastimenti kollha fil-fażi tal-kostruzzjoni u matul il-ħajja kollha tagħhom, rigward il-buq, il-makkinarju u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll. Dawn l-istandards jistgħu jiġu ffissati skond ir-regoli tas-soċjetajiet irrikonxxuti tal-klassifika jew għal standards ekwivalenti li jridu jiġu deċiżi mill-amministrazzjonijiet nazzjonali skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34/KE tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi(7).

(30)  Il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw u jikkoreġu malajr nuqqasijiet fir-regoli, proċeduri u verifiki interni tagħhom hija kritika għas-sigurtà tal-bastimenti li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Din il-kapaċità għandha tittejjeb permezz ta' kumitat ta' evalwazzjoni indipendenti li għandu jaġixxi b'mod indipendenti sabiex jipproponi azzjoni komuni għal titjib sostenut ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u jiżgura interazzjoni produttiva mal-Kummissjoni.

(31)  Ir-regoli u r-regolamenti ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jikkostitwixxu fattur prinċipali tas-sigurtà u l-prevenzjoni ta' inċidenti u tniġġis. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti taw bidu għall-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tagħhom. Dan il-proċess għandu jiġi inkoraġġut u appoġġjat mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, peress li għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sigurtà marittima u fuq il-kompetittività ta' l-industrija tal-bini ta' bastimenti Ewropea.

(32)  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw l-istandards tekniċi tagħhom u li jinfurzawhom b'mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli ta' sigurtà u jiżguraw implimentazzjoni uniformi ta' regoli internazzjonali fi ħdan il-Komunità. Meta l-istandards tekniċi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-klassi f'każijiet meta dan ikun possibbli, u billi jittieħdu l-iktar ċertifikati esiġenti u rigorużi bħala mudelli.

(33)  Billi t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll id-dritt pubbliku ta' aċċess għat-tagħrif, huma għodda fundamentali għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti fil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu t-tagħrif statutarju rilevanti kollu dwar il-kundizzjonijiet tal-bastimenti fil-klassi tagħhom lill-awtoritajiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port, liema tagħrif għandu jkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

(34)  Sabiex jiġi evitat li l-bastimenti jbiddlu l-klassi ħalli jkunu jistgħu jevitaw li jwettqu tiswija mitluba minn soċjetajiet ta' klassifikazzjoni fl-ispezzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti minn qabel sabiex l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni kollha rilevanti bejniethom fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-bastimenti li għalihom tintalab bidla fil-klassi u jinvolvu l-bandiera ta' l-Istat meta jkun meħtieġ.

(35)  L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) għandha tagħti l-assistenza meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

(36)  Peress li l-objettiv ta' l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-adozzjoni ta' regoli u standards komuni għall-ispezjoni tall-bastimenti u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li joperaw fil-Komunità u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-kobor ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(37)  L-obbligu li din id-Diretiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jgħodd biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġi minn dik id-Direttiva.

(38)  Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri marbuta mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness II, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma għażlu sabiex iwettqu l-ispezzjoni, monitoraġġ u għoti taċ-ċertifikat lill-bastimenti għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis marittimu, filwaqt li jiġi appoġġjat l-għan ta' libertà li wieħed jipprovdi s-servizzi. Din il-proċedura tinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti ta' sigurtà għall-buq, għall-makkinarju u għal installazzjonijiet elettriċi, tar-radju u tal-kontroll ta' bastimenti li jaqgħu taħt il-portata tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

L-Artikolu 2

Għall-għan ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   a) "konvenzjonijiet internazzjonali" ifissru l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS), bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 ta' l-Anness u l-Kodiċi ta' Sigurtà tal-Bastimenti Internazzjonali u tal-Faċilitajiet tal-Portijiet, il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar il-Linji tat-Tagħbija u l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1973/1978 dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti, flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom tal-livell mandatorju fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;
   b) "bastiment" ifisser bastiment li jidħol fl-iskop tal-konvenzjonijiet internazzjonali;
   c) "bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru" ifisser bastiment irreġistrat fi Stat Membru u jtajjar il-bandiera tiegħu skond il-leġiżlazzjoni tiegħu. Il-bastimenti li ma jikkorispondux ma' din id-definizzjoni jiġu magħduda mal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz;
   d) "spezzjonijiet u perizji" ifissru l-ispezzjonijiet u l-perizji magħmula mandatorji bil-kovenzjonijiet internazzjonali, u taħt din id-Direttiva u oħrajn tal-Komunità rigward is-sigurtà marittima;
   e) "organizzazzjoni rikonoxxuta" tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entitajiet oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew b'mod separat iwettqu x-xogħlijiet fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li hija rikonoxxuta skond din id-Direttiva;
   f) "kontroll" ifisser "għall-fini tal-punt (e), drittijiet, kuntratti jew kwlunkwe mezzi oħra, fil-liġi jew fil-fatt, li, jew separatament jew flimkien jagħtu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil tali entità twettaq ix-xogħlijiet fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
   g) "awtorizzazzjoni" tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega poteri lil organizzazzjoni rikonoxxuta;
   h) "ċertifikat statutarju" ifisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;
   i) "regoli u regolamenti" tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti u magħmulha pubbliċi ta' organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-bastimenti;
   j) "ċertifikat tal-klassi" ifisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika kemm ikun b'saħħtu bastiment għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u r-regolamenti stipulati u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;
   k) "ċertifikat ta' sigurtà bir-radju tal-bastimenti tat-tagħbija" ifisser iċ-ċertifikat introdott bir-Regolamenti emendati dwar ir-Radju tas-Solas 1974/1978, adottati mill-IMO;
   l) "pajjiż ta' lokazzjoni" tirreferi għall-Istat fejn hemm l-uffiċċju rreġistrat, il-post ta' l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju ta' organizzazzjoni rikonoxxuta.

L-Artikolu 3

1.  Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-bastimenti u l-ħruġ taċ-ċertifikati statutarji u taċ-ċertifikati ta' eżenzjoni kif stipulat mill-konvenzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jaġixxu skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Anness u ta' l-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.847(20) ta' l-IMO dwar linji gwida biex jassistu l-Istati tal-bandiera fl-implimentazzjoni ta' l-istrumenti ta' l-IMO.

2.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu rigward bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom:

   i) li jawtorizza lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti biex jindaħlu bis-sħiħ jew f'parti fl-ispezzjonijiet u l-perizji li għandhom x'jaqsmu maċ-ċertifikati statutarji inklużi dawk għall-istima tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 19(2) u, fejn xieraq, biex joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati rrelatati; jew
   ii) li joqgħod fuq l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex jindaħlu bis-sħiħ jew f'parti fl-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fil-punt (i).

L-amministrazzjoni kompetenti għandha fil-każijiet kollha tapprova l-ewwel ħarġa taċ-ċertifikati ta' eżenzjoni.

Madankollu, fir-rigward taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà bir-Radju tal-Bastimenti tat-Tagħbija dawn id-dmirijiet jistgħu jiġu fdati f'idejn korp privat rikonoxxut minn amministrazzjoni kompetenti u li jkollu l-kompetenza biżżejjed u l-persunal ikkwalifikat biex iwettaq ix-xogħol speċifikat ta' l-istima tas-sigurtà bil-komunikazzjoni bir-radju f'ismu.

3.  Dan l-Artikolu ma jirrigwardax iċ-ċertifikazzjoni ta' oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar.

L-Artikolu 4

1.  L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha m'hijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni flimkien ma' tagħrif komplet dwar, u evidenza ta' konformità mal-kriterji stipulati fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn li se tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 20 u 21.

2.  Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri rispettivi li qed iressqu t-talba, għandha tagħmel evalwazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet li tkun irċiviet it-talba tagħhom għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u jimpenjaw ruħhom biex ikunu konformi magħhom.

L-Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), tirrifjuta ili tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I jew ir-rekwiżiti ta' l-Artikoli 20 u 21, kif imsemmija fl-Artikolu 4(1), jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata li tikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji mniżżla bi qbil ma' l-Artikolu 14.

L-Artikolu 6

1.  Ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9 (2).

2.  Ir-rikonoxximent għandu jingħata lill-entità ewlenija, legali rilevanti għall-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, billi jiġi estiż ir-rikonoxximent lill-enitatjiet legali kollha f'organizzazzjoni rikonoxxuta li jikkontribwixxu billi jiżguraw li l-entità legali ewlenija tkopri s-servizzi tagħhom glabalment.

3.  Ir-rikonoxximent jista' jiġi limitat jew estiż fi kwalunkwe ħin fir-rigward tat-tipi ta' bastimenti, bastimenti ta' ċertu daqs, ċerti negozji, jew kumbinazzjoni tagħhom, skond il-kapaċità ppruvata ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, mill-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

 4.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment lista ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti b'konformità ma' dan l-Artikolu. Il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 7

1.  Meta japplikaw l-Artikolu 3(2), l-Istati Membri ma għandhomx fil-prinċipju jirrifjutaw illi jawtorizzaw xi waħda mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti lokati fil-Komunità milli jindaħlu għal dawn il-funzjonijiet, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikoli 8 u 16. Madankollu, jistgħu jirrestrinġu n-numru ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti illi jawtorizzaw skond il-ħtiġiet tagħhom sakemm ikun hemm raġunijiet trasparenti u oġġettivi għalbiex jagħmlu dan.

Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri xierqa skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 9(2).

2.  Sabiex Stat Membru jaċċetta illi organizzazzjoni lokata fi Stat terz twettaq id-dmirijiet msemmija fl-Artikolu 3 jew parti minnhom f'ismu tista' titlob jeħtieġ illi l-Istat terz imsemmi jagħti rikonoxximent reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti li jkunu lokati fil-Komunità.

Barra minn hekk, il-Komunità tista' titlob lill-Istat terz fejn tkun stabbilita organizzazzjoni rikonoxxuta biex jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma stabbiliti fil-Komunità.

L-Artikolu 8

1.  L-Istati Membri illi jiddeċiedu li jaġixxu kif deskritt fl-Artikolu 3(2), għandhom jistabbilixxu konnessjoni tax-xogħol bejn l-amministrazzjoni kompetenti tagħhom u l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isimhom.

2.  Il-konnessjoni tax-xogħol għandha tkun regolata bi ftehim formalizzat bil-miktub u mhux diskriminatorju jew b'arranġamenti legali ekwivalenti illi jistabbilixxu d-doveri u l-funzjonijiet speċifiċi midħula għalihom mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u jinkludu għall-inqas:

   a) id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Appendiċi II tar-Riżoluzzjoni A.739(18) ta' l-IMO dwar linji gwida għall-awtorizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, filwaqt li tittieħed ispirazzjoni mill-Anness, Appendiċijiet u Dokumenti mehmuża għal IMO MSC/Ċirkolari 710 u MEPC/Ċirkolari 307 fuq ftehima mudell għall-awtorizzazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni;

Għalhekk, meta organizzazzjoni rikonoxxuta, l-ispetturi tagħha jew l-istaff tekniku tagħha joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa f'isem l-amministrazzjoni, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess salvagwardji legali u għall-istess protezzjoni ġurisdizzjonali, inkluż l-eżerċizzju ta' kwalunkwe azzjoni ta' difiża, bħal dawk li jistgħu jirrikorru għalihom l-amministrazzjoni u l-membri tagħha f'każijiet fejn l-amministrazzjoni ħarġet iċ-ċertifikati rikjesti msemmija hawn fuq hija nnifisha;

  b) id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar ir-responsabiltà finanzjarja:
   i) jekk responsabiltà li ġejja minn kwalunkwe aċċident marittimu tkun imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn qorti tal-ġustizzja bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permez ta' proċeduri arbitrarji, flimkien ma' rekwiżit biex il-partijiet li saritilhom il-ħsara jingħataw kumpens għal telf jew ħsara ta' proprjetà jew għal korriment fiżiku jew mewt, li jkunu ppruvati f'dik il-qorti tal-ġustizzja li kienu kkawżati minn att maħsub jew ommissjoni jew negliġenza kbira ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, il-korpi, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandha tkun intitolata għal kumpens finanzjarju mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm it-telf, il-ħsara, il-korriment jew il-mewt huma, kif deċiż minn dik il-qorti, ikkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;
   ii) jekk tiġi imponuta b'mod finali u definittiv responsabiltà dovuta għal xi aċċident marittimu fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet feruti għal feriti personali li ma jirriżultawx f'mewt, li l-qorti tkun ippruvat li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att ta' negliġenza jew imprudenti jew ommissjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt titlob li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm il-qorti tkun iddeċidiet li l-imsemmija feriti personali li ma jirriżultawx f'mewt kienu kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu li jrid jitħallas mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun talanqas EUR 4 000 000, minbarra meta l-ammont iddeterminat fis-sentenza jew ftehima huwa inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tapplika;
   iii) jekk tiġi imponuta b'mod finali u definittiv responsabiltà dovuta għal xi aċċident marittimu fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mis-soluzzjoni ta' tilwima permezz ta' proċeduri ta' arbitraġġ, flimkien ma' rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet feruti għal telf jew dannu lill-proprjetà, li l-qorti tkun ippruvat li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att ta' negliġenza jew imprudenti jew ommissjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt titlob li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm il-qorti tkun iddeċidiet li l-imsemmija telf jew dannu kienu kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu li jrid jitħallas mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun talanqas EUR 2 000 000 minbarra meta l-ammont iddeterminat fis-sentenza jew ftehima huwa inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tapplika;minbarra meta l-ammont iddeterminat fis-sentenza jew ftehima huwa inqas, u f'dan il-każ iċ-ċifra ta' l-aħħar għandha tapplika;
   c) id-dispożizzjonijiet għal verifika perjodika mill-amministrazzjoni jew minn korp imparzjali estern maħtur mill-amministrazzjoni dwar id-dmirijiet li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu qegħdin iwettqu f'isimha, kif imsemmija fl-Artikolu 16(1);
   d) il-possibilità ta' spezzjonijiet iddettaljati u mingħajr għażla bil-quddiem tal-bastimenti;
   e) id-dispożizzjonijiet għar-rappurtaġġ obbligatorju ta' tagħrif essenzjali dwar il-flotta tagħhom skond il-klassi, il-bdil tal-klassi jew it-tneħħija mill-klassi tal-bastimenti, kif imsemmija fl-Artikolu 20(4).

3.  Il-ftehim jew l-arranġament legali ekwivalenti imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jistabbilixxu l-ħtieġa illi l-organizzazzjoni rrikonoxxuta jkollha rappreżentanza lokali fit-territorju ta' l-Istat Membru li f'isimha taqdi x-xogħol riferit fl-Artikolu 3. Tista' tissodisfa din il-ħtieġa rappreżentanza lokali li tiżgura l-personalità legali skond il-liġi ta' l-Istat Membru u ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tiegħu.

4.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni tagħrif preċiż dwar il-konnessjoni tax-xogħol stabbilita skond dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 9

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) imwaqqaf bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE , filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni.

L-Artikolu 10

1.  Din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa' l-qasam ta' applikazzjoni tagħha, tista' tiġi emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(3), sabiex:

   a) tapplika, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 2(d), 3(1) u 8(2), li jkunu daħlu fis-seħħ,
   b) taġġorna l-kriterji fl-Anness I, billi tqis, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet rilevanti ta' l-IMO,
   c) tbiddel l-ammonti speċifikati fil-punti (ii) u (iii) ta' l-Artikolu 8 (2)(b).

2.  Wara l-adozzjoni ta' l-istrumenti jew il-protokolli l-ġodda mal-konvenzjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(d), il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, waqt li jqis il-proċeduri parlamentari ta' l-Istati Membri kif ukoll il-proċeduri rilevanti fl-IMO, dwar l-arranġamenti dettaljati sabiex jirratifika dawn l-istrumenti jew protokolli ġodda, filwaqt li jiżgura li jiġu applikati b'mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(d) u fl-Artikolu 8 jistgħu jkunu esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

L-Artikolu 11

Meta l-Kummissjoni tqis li organizzazzjoni rikonoxxuta naqset milli tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva, jew li r-rendiment tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjoni rikonoxxuta mar għall-agħar b'mod sinifikanti, madankollu, mingħajr ma dan ikun ta' theddida għas-sigurtà jew għall-ambjent, għandha tirrikjedi li l-organizazzjoni rikonoxxuta konċernata tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa biex tiżgura konformità sħiħa mal-kriterji u l-obbligi msemmija u, b'mod partikulari, li tneħħi kwalunkwe theddida potenzjali għas-sigurtà jew għall-ambjent, jew inkella li tindirizza l-kawżi tar-rendiment li sejjer għall-agħar.

L-azzjoni preventiva u ta' rimedju tista' tinkludi miżuri protettivi interim meta t-theddida potenzjali għas-sigurtà jew għall-ambjent hija immedjata.

Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata minn qabel dwar il-miżuri li hija jkollha l-intenzjoni li tieħu.

L-Artikolu 12

1.  Minbarra l-miżuri meħuda skond l-Artikoli 11, il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq organizzazzjoni rikonoxxuta,

   a) li n-nuqqas serju jew, b'mod alternattiv, ripetut li tissodisfa l-kriterji mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva jew li r-rendiment tagħha li sejjer għall-agħar juri nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħha, jew
   b) li tkun tat informazzjoni inkorretta, mhux kompleta minn jeddhom jew qarrieqa lill-Kummissjoni fil-kors ta' l-evalwazzjoni tagħha skond l-Artikolu 16(3) jew li tkun ostakolat b'mod ieħor din l-evalwazzjoni.

2.  Bla ħsara għall-paragrafu 1, meta organizzazzjoni tonqos milli timplimenta l-azzjoni preventiva u ta' rimedju rikjesta mill-Kummissjoni, jew iddum b'mod inġustifikat, il-Kummissjoni tista' timponi ħlasijiet perjodiċi ta' multi fuq dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta sakemm l-azzjoni rikjesta tkun implimentata għalkollox.

3.  Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' multi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata, filwaqt li jingħata kas partikulari tal-punt safejn is-sigurtà tkun ġiet kompromessa.

Dawn għandhom jiġu imposti biss wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.

L-ammont globali tal-multi u l-ħlas penali perjodiku m'għandux ikun ta' iktar minn 5% tad-dħul totali min-negozju ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta fis-sena finanzjarja preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 13

1.  Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet:

   a) li n-nuqqas ripetut u serju tagħhom li jissodifaw il-kriterji mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva huwa b'tali mod li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent;
   b) li n-nuqqas ripetut u serju fil-prestazzjoni fis-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis tagħhom hija b'tali mod li tikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà u għall-ambjent;
   c) li ma jippermettux jew jostakolaw ripetutament l-evalwazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni; jew
   d) li jonqsu li jħallsu l-multi u/jew il-ħlasijiet perjodiċi ta' multi msemmija fl-Artikolu 12(1) u (2).

2.  Għall-fini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tat-tagħrif kollu disponibbli, inklużi:

   a) ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni tagħha stess ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata skond l-Artikolu 16(3);
   b) rapporti mressqa minn Stati Membri skond l-Artikolu 18;
   c) analiżi tal-midruba fil-każ ta' bastimenti kklassifikati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti;
   d) kwalunkwe ripetizzjoni tan-nuqqasijiet msemmija fl-Artikolu 12(1), punt (a);
   e) kemm hija affettwata l-flotta fil-klassi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta; u
   f) l-ineffettività tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(2).

3.  It-tneħħija ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkun deċiża mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn Stat Membru, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2) u wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.

L-Artikolu 14

Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3), għandha tadotta u tippubblika:

   a) kriterji sabiex tiġi mkejla l-effettività tar-regoli, regolamenti, u l-prestazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta', u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti kklassifikati tagħhom, partikulari d-dejta mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll ta' l-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u
   b) kriterji sabiex jiġi determinat meta prestazzjoni partikulari, omissjoni jew dewmien għandhom bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sigurtà jew għall-ambjent, li jistgħu jqisu ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta' daqs żgħir jew speċjalizzati ferm.

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 12 u, jekk xieraq, ta' l-Artikolu 13 bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

L-Artikolu 15

Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness I, fejn Stat Membru jqis illi organizzazzjoni rrikonoxxuta ma tistax tibqa' awtorizzata aktar sabiex twettaq f'ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3 jista' jissospendi din l-awtorizzazzjoni fuq il-bażi tal-proċedura li ġejja:

   a) l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u jagħti raġunijiet issostanzjati għaliha;
   b) il-Kummissjoni fir-rigward tas-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis, għandha tevalwa r-raġunijiet imressqa mill-Istat Membru għas-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni tiegħu ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta;
   c) filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru jekk id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-awtorizzazjoni hix iġġustifikata għar-raġunijiet ta' perikolu serju għas-sigurtà jew għall-ambjent u, jekk mhix iġġustifikata, biżżejjed jew le għal raġunijiet ta' periklu serju għas-sigurtà jew għall-ambjent. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ġustifikata, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jirtira s-sospensjoni. Jekk id-deċiżjoni tkun ġustifikata u l-Istat Membru, skond l-Artikolu 7(1), irrestrinġa n-numru ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'ismu, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jagħti awtorizzazzjoni ġdida lil organizzazzjoni rikonoxxuta oħra sabiex tieħu post l-organizzazzjoni sospiża.

L-Artikolu 16

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri jikkontrolla lilu nnifsu illi l-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti li jaġixxu f'ismu għall-għan ta' l-Artikolu 3(2), iwettqu effettivament il-funzjonijiet riferiti f'dan l-Artikolu għas-sodisfazzjon ta' l-amminsitrazzjoni kompetenti tiegħu.

2.  Kull wieħed mill-Istati Membri jikkontrolla kull organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta' dawn l-attivitajiet ta' monitoraġġ mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-snin meta dawn jiġu eżegwiti.

3.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li ppreżenta r-rikjesta rilevanti għar-rikonoxximent, fuq bażi regolari mill-anqas kull sentejn biex issir verifika li dawn jissodisfaw l-obbligi tagħhom skond din id-direttiva u jissodisfaw il-kriterji ta' l-Anness I. L-evalwazzjoni għandha tkun limitata għall-attivitajiet marittimi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva.

Meta tagħżel l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikulari lir-rendiment tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-organizzazzjoni, lir-rekords tal-midruba u lir-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 18.

L-evalwazzjoni tista' tinkludi żjara lill-fergħat reġjonali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kif ukoll l-ispezzjoni għal għarrieda tal-bastimenti, kemm dawk li qed jaħdmu kif ukoll dawk li qed jinbnew, sabiex ikun ivverifikat ir-rendiment ta' l-organizzazzjoni. F'dan il-każ il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni.

4.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom iqiegħdu r-riżultati ta' l-evalwazzjoni tagħhom tal-kwalità tas-sistema ta' mmaniġġjar għad-dispożizzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 9(1), kull sena.

L-Artikolu 17

1.  Ma tista' ssir referenza għall-ebda klawsola ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ma' parti terza jew fi ftehima ta' awtorizzazzjoni ma' Stat tal-bandiera biex ikun limitat l-aċċess tal-Kummissjoni għat-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3).

2.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw fil-kuntratti tagħhom ma' partijiet terzi għall-ħruġ ta' ċertifikati jew ta' ċertifikati tal-klassi lil bastiment, li tali ħruġ għandu jiddependi mill-fatt li l-partijiet imsemmija ma jopponux l-aċċess lill-ispetturi Komunitarji abbord dak il-bastiment għall-finijiet ta' l-Artikolu 16(3).

L-Artikolu 18

Fl-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom ta' spezzjoni bħala Stati tal-portijiet, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera konċernat, jekk isibu li nħarġu ċertifikati statutarji validi minn organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem Stat tal-bandiera lil bastiment li ma jissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa tal-konvenzjonijiet internazzjonali, jew fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' bastiment li għandu ċertifikat tal-klassi validu u fir-rigward ta' oġġetti koperti minn dak iċ-ċertifikat.

Huma biss dawk il-każijiet ta' bastimenti li jirrappreżentaw theddida serja għas-sigurtà u għall-ambjent jew li juru evidenza ta' imġiba partikolarment negliġenti ta' l-organizzazzjonijiet li għandhom ikunu rrappurtati għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-organizzazzjoni rikonoxxuta konċernata għandha tkun avżata bil-każ meta ssir l-ewwel spezzjoni sabiex tkun tista' tieħu l-azzjoni ta' segwitu xierqa minnufih.

L-Artikolu 19

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiżgura illi l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u miżmuma skond ir-regoli u r-regolamenti dwar il-buq, il-makkinarju u l-istallazzjoniijiet ta' l-elettriku u tal-kontroll ta' organizzazzjoni rikonoxxuta.

2.  Stat Membru jista' jiddeċiedi illi juża r-regoli biss li jikkonsidra ekwivalenti għar-regoli u regolamenti għal dawk ta' organizzazzjoni rrikonoxxuta bil-kondizzjoni illi jkun innotifikahom immedjatament lill-Kummissjoni skond il-proċedura tad-Direttiva 98/34/KE u lill-Istati Membri l-oħra u li ma jkunx hemm oġġezzjonijiet għalihom minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni għaliex ikunu ġew misjuba mhux ekwivalenti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jawtorizzaw fl-iżvilupp tar-regoli u/jew regolamenti ta' dawk l-organizzazzjonijiet. Għandhom jikkonsultaw ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-għan li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 20(1).

L-Artikolu 20

1.  L-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti għandhom jikkonsultaw bejniethom perjodikament bil-ħsieb li jżommu l-u jiżguraw l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jikkoperaw flimkien bl-intenzjoni li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju lejn il-poteri ta' l-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f'każjiet xierqa, jaqblu fuq il-kundizzjonijiet tekniċi u tal-mod ta' proċedura li taħthom għandhom jirrikonoxxu reċiprokament il-klassi taċ-ċertifikati rispettivi tagħhom ibbażati fuq standards ekwivalenti; billi jieħdu l-mudell l-aktar impenjattiv u preċiż bħala r-referenza tagħhom u billi jikkunsidraw partikolarment it-tagħmir marittimu li għandu Wheelmark skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu(10).

Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapporti perjodiċi dwar il-progress bażiku fl-istandards u r-rikonoxximent reċiproku.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa ...(11), tippreżenta rapport ibbażat fuq studju indipendenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar il-livell li ntlaħaq fil-proċess ta' armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti u dwar ir-rikonoxximent reċiproku. F'każ li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jonqsu milli jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(1), il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri neċessarji lill-Parlament u lill-Kunsill.

3.  L-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti għandhom juru r-rieda li jikkooperaw ma' l-amministrazzjonijiet tal-kontroll ta' l-Istat tal-port meta jinteressa bastiment tal-klassi tagħhom, b'mod partikolari, sabiex jiffaċilitaw il-korrezzjoni tan-nuqqasijiet u d-diskrepanzi l-oħra rrapportati.

4.  L-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti għandhom jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu lill-amminstrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li taw kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet stipulati fl-Arttikolu 3, rigward il-flotta klassifikata tagħhom, il-bdil, is-sospensjonijiet u t-tneħħija mill-klassi, tkun xi tkun il-bandiera tal-bastimenti.

Tagħrif dwar trasferimenti, bidliet, sospensjonijiet, u tneħħija tal-klassi, inkluż tagħrif dwar perizji li suppost saru, rakkomandazzjonijiet li suppost saru, kundizzjonijiet tal-klassi, kundizzjonijiet tal-ħidma jew limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġ għall-bastimenti klassifikati tagħhom - tkun xi tkun il-bandiera tal-bastimenti - għandu jkun ikkomunikat ukoll b'mod elettroniku lill-bażi ta' dejta komuni ta' spezzjoni użata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... (12)[dwar il-kontroll ta' l-istat tal-port](13) fl-istess żmien li jkun irrekordjat fis-sistemi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta stess u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-avveniment li qajjem l-obbligu li jkun ikkomunikat it-tagħrif. Dak it-tagħrif, bl-eċċezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-klassi li għad iridu jsiru, għandu jkun ippubblikat fil-websajt ta' dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

5.  L-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti ma għandhomx joħorġu ċertifikati statutarji lil bastiment li jkun ġie ddeklassat jew li nbidlitlu l-klassi għar-raġunijiet tas-sigurtà, qabel ma jikkonsultaw lill-amminsitrazzjoni kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera sabiex jiddeċiedu dwar jekk tkunx meħtieġa spezzjoni sħiħa.

6.  F'każijiet ta' trasferiment minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni telliefa għandha tipprovdi lill-organizzazzjoni rebbieħa file komplet tal-vapur u, b'mod partikolari, tinfurmha dwar:

   a) kwalunkwe perizji li suppost saru;
   b) kwalunkwe rakkomandazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-klassi li suppost saru;
   c) kundizzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-bastiment, u
   d) il-limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-bastiment.

Iċ-ċertifikati ġodda għall-vapuri jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni biss tal-bastiment jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni li se tiggwadanja biss wara li jitlestew b'mod sodisfaċenti l-ispezzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha li suppost saru jew wara li l-kundizzjonijiet tal-klassi fir-rigward tal-bastiment maħruġa preċedentement jiġu kkompletati kif speċifikat mill-organizzazzjoni t-telliefa.

Qabel ma jitlestew iċ-ċertifikati l-ġodda, l-organizzazzjoni r-rebbieħa għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni t-telliefa bid-data tal-ħruġ tagħhom u għal kull spezzjoni, rakkomandazzjoni u kundizzjoni ta' klassi li suppost saret, għandha tikkonferma l-azzjoni li ttieħdet, billi tispeċifika l-post u d-data minn fejn bdiet, u l-post u d-data ta' meta tlestiet.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw rekwiżiti komuni xierqa dwar każijiet ta' trasferiment tal-klassi meta huma meħtieġa prekawzjonijiet speċjali. Bħala minimu dawk il-każijiet għandhom jinkludu it-trasferiment tal-klassi ta' bastimenti ta' ħmistax-il sena jew aktar u t-trasferiment minn organizzazzjoni mhux rikonoxxuta għal organizzazzjoni rikonoxxuta.

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkoperaw ma' xulxin biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu b'mod xieraq.

L-Artikolu 21

1.  L-Istati Membri, flimkien ma' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, għandhom joħolqu Kumitat ta' Evalwazzjoni skond l-istandards ta' kwalità EN 45012 sa ...(14). L-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti fl-industrija tat-tbaħħir jistgħu jipparteċipaw f'kapacità konsultattiva. Il-Kumitat ta' Evalwazzjoni għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

   a) regolament u evalwazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġjar tal-kwalità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, skond il-kriterji ta' l-istandards ta' kwalità ISO 9001;
   b) ċertifikazzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' l-organizzazzjonijet rikonoxxuti;
   c) il-ħruġ ta' interpretazzjonijiet li jorbtu ta' l-immaniġġjar ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b'mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u ta' l-obbligi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, u
   d) l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet individwali u kollettivi għat-titjib tar-regoli, tal-proċessi u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jkun indipendenti, għandu jkollu l-kompetenzi meħtieġa biex jaġixxi indipendentement mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq dmirijietu b'mod effettiv u bl-ogħla standards professjonali. Il-Kumitat għandu jistabilixxi l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jipprovdi lill-partijiet interessati inkluża għandu jagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jawtorizzaw, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan tax-xogħol annwali tiegħu kif ukoll dwar ir-riżultati li jikseb u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, partikolarment fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li ġiet ikkompromessa s-sikurezza.

2.  Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jiġi verifikat perjodikament mill-Kummissjoni, li tista' b'azzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), titlob lill-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni jadotta l-Kummissjoni jidhrilha li huma xierqa biex tkun żgurata l-konformità sħiħa mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu ta' l-evalwazzjoni tagħha.

L-Artikolu 22

1.  L-organizzazzjonijiet li mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva kienu ngħataw ir-rikonoxximent skond id-Direttiva 94/57/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2.  L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġodda stipulati f'din id-Direttiva mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3.  Bla ħsara għall-Artikoli 11 u 13, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina r-rikonoxximenti limitati kollha mogħtija skond id-Direttiva 94/57/KE fid-dawl ta' l-Artikolu 6(3) ta' din id-Direttiva sa ...(15), bil-għan li jkun deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolun9(2), jekk il-limitazzjonijiet għandhomx ikunu sostitwiti b'oħrajn jew jekk għandhomx jitneħħew. Il-limitazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet azzjoni.

L-Artikolu 23

Matul l-evalwazzjoni skond l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivverifika li sid ir-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Meta l-Kummissjoni temenda r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jadattaw l-ftehimiet tagħhom ma' l-organizzazzjoni rikonoxxuta biex titqies dik l-emenda.

L-Artikolu 24

Il-Kummissjoni, fuq bażi regolari, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi ħdan l-Istati Membri.

L-Artikolu 25

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikoli […] u mal-punti […] ta' l-Anness I [artikoli, jew suddiviżjonijiet tagħhom u punti ta' l-Anness I li nbidlu fis-sustanza tagħhom meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE] mhux iktar tard minn ...(16). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Il-metodi dwar kif trid issir din ir-referenza u x'għandu jitniżżel fid-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 26

Id-Direttiva 94/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hija rrevokata b'effett minn ...(17), bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-iskadenzi għat-traspożizzjoni tad-Direttivi stipulati fl-Anness II, Parti B fil-liġi nazzjonali.

Ir-referenzi għar-Regolamenti rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

L-Artikolu 27

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] u l-punti […] ta' l-Anness I [Artikoli, jew suddiviżjonijiet tagħhom, u punti ta' l-Anness I li ma nbidlux meta mqabbla mad-Direttiva 94/57/KE] għandhom japplikaw minn ...*.

L-Artikolu 28

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

IL-KRITERJI MINIMI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET RIKONOXXUTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

(minn hawn 'il quddiem imsejjħa "organizzazzjonijiet")

A.  KRITERJI ĠENERALI MINIMI

1.  Biex tkun eliġibbli biex tikseb jew tkompli tgawdi r-rikonoxximent Komunitarju, organizzazzjoni ║ għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn tkun stabbilita. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti.

2.  L-organizzazzjoni ║ trid tkun kapaċi tiddokumenta esperjenza estensiva fl-evalwazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-bastimenti tal-merkanzija.

3.  L-organizzazzjoni trid tkun stabbilita l-ħin kollu bi staff maniġerjali, staff tekniku ta' appoġġ u riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment ta' l-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u t-trasformazzjoni tal-bastimenti. L-organizzazzjoni trid tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u staff li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skond il-kriterji ġenerali minimi 6 u 7 u skond il-kriterji minimi speċifiċi.

4.  L-organizzazzjoni għandu jkollha regoli u trid tapplika regoli u regolamenti komprensivi għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika tal-bastimenti tal-merkanzija, li għandhom il-kwalità ta' standards internazzjonali rikonoxxuti. Dawn iridu jkunu ppubblikati u kontinwament aġġornati u ameljorati mill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp.

5.  L-organizzazzjoni għandha tippubblika r-reġistru tagħha tal-bastimenti fuq bażi annwali jew iżżomm dan ir-reġistru f'bażi elettronika li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

6.  L-organizzazzjoni ma għandhiex tkun ikkontrollata mis-sidien jew mill-benneja tal-bastimenti, jew minn oħrajn imqabbda b'mod kummerċjali fil-fabbrikazzjoni, it-tagħmir, it-tiswija jew ix-xogħol tal-bastimenti. L-organizzazzjoni ma tridx tkun sostanzjalment dipendenti fuq id-dħul finanzjarju ta' impriża kummerċjali waħda. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma tridx tagħmel xogħol tal-klassi jew statutarju jekk tkun identika ma' jew ikollha rabtiet tan-negozju, personali jew tal-familja ma' sid il-bastiment jew ma' l-operatur. Din l-inkompatibilità għandha tapplika wkoll għall-periti impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta.

7.  L-organizzazzjoni trid topera skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.789(19) ta' l-IMO dwar speċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni ta' perizja u ta' ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, sakemm ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

B.  KRITERJI SPEĊIFIĊI MINIMI

1.  L-organizzazzjoni tipprovdi kopertura dinjija mill-persunal esklużiv tekniku tagħha jew, f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati b'mod xieraq, permezz tal-persunal esklużiv tekniku ta' organizzazzjonijiet oħra rrikonoxxuti.

2.  L-organizzazzjoni għandha tkun irregolata b'kodiċi ta' etika.

3.  L-organizzazzjoni għandha tkun immaniġġjata u amministrata fil-manjiera li tiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif meħtieġ mill-amministrazzjoni.

4.  L-organizzazzjoni għandha tipprovdi t-tagħrif relevanti lill-amministrazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati.

5.  L-organizzazzjoni, l-ispetturi, u l-istaff tekniku tagħha għandhom iwettqu xogħolhom mingħajr bl-ebda mod ma jagħmlu ħsara lid-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tat-tarznari, lill-fornituri tat-tagħmir, lill-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-privattivi, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għerf li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell Komunitarju jew nazzjonali; taħt l-ebda ċirkustanza, u bla ħsara għall-Artikolu 17, l-organizzazzjoni jew l-ispetturi jew l-istaff tekniku li timpjega ma jistgħu jgħaddu jew ixerrdu data kummerċjali rilevanti miksuba waqt ix-xogħol tagħhom ta' ispezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri li qed jinbnew jew għat-tiswija.

6.  Il-korp maniġerjali ta' l-organizzazzjoni għandu jkun iddefinixxa u ddokumenta l-politika u l-għanijiet u l-impenn tiegħu rigward il-kwalità u jkun żgura illi din il-politika tiġi mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni. Il-politika ta' l-organizzazzjoni tirreferi għall-objettivi u l-indikaturi tar-rendiment tas-sigurtà u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.

7.  L-organizzazzjoni għandha tiżgura illi:

   a) ir-regoli u r-regolamenti tagħha jkunu stabbiliti u miżmuma f'manjiera sistematika;
   b) ir-regoli u r-regolamenti tagħha jkunu mħarsa u titwaqqaf sistema inerna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta ma' dawn ir-regoli u r-regolamenti;
   c) il-ħtiġiet tax-xogħol statutarju li għalih hija awtorizzata l-organizzazzjoni jkunu ssodisfati u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta mal-konformità ma' l-istandards internazzjonali;
   d) ir-responsabilitajiet, l-awtoritajiet u l-interrelazzjoni tal-persunal li x-xogħol tagħhom jaffettwa l-kwalità tas-servizzi ta' l-organizzazzjoni jkunu ddefiniti u ddokumentati;
   e) ix-xogħol kollu jitwettaq taħt kondizzjonijiet ikkontrollati;
   f) teżisti sistema ta' sorveljanza li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettqa mill-periti u l-persunal tekniku u amministrattiv impjegati direttament mill-organizzazzjoni;
   g) il-periti għandhom għerf kbir tat-tip ta' bastiment partikulari li jwettqu xogħolhom fuqu kif meħtieġ għall-perizja partikulari li se ssir u skond ir-rekwiżiti applikabbli;
   h) tiġi implimentata sistema għall-kwalifika tal-periti u l-aġġornament kontinwu tat-tagħrif tagħhom;
   i) jinżammu reġistri, li juru l-kisba ta' l-istandards meħtieġa fl-oġġetti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll il-ħidma effettiva tas-sistema tal-kwalità;
   j) sistema komprensiva ta' verifiki interni ppjanati u ddokumentati li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet tal-kwalità fil-postijiet kollha;
   k) il-perizji u l-ispezzjonijiet statutarji rikjesti mis-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni li l-organizazzjoni hija awtorizzata biex twettaq, isiru skond id-dispożizzjoni stipulata fl-Anness u fl-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.948(23) ta' l-IMO dwar Linji gwida għall-Perizji skond is-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni;
   l) jitwaqqfu linji ta' responsabiltà u ta' kontroll ċari u diretti bejn l-uffiċċji ċentrali u reġjonali tas-soċjetà u bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-periti tagħhom.

8.  L-organizzazzjoni żviluppat, implimentat u żżomm sistema interna ta' kwalità effettiva bbażata fuq aspetti xierqa ta' l-istandards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u konformi ma' l-EN ISO/IEC 17020:2004 (entitajiet ta' l-ispezzjoni) u ma' l-EN ISO 9001:2000, kif interpretat u ċertifikat mill-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(1).

Il-Kumitat ta' l-Evalwazzjoni għandu jaġixxi indipendentement u għandu jkollu kif xieraq aċċess għar-riżorsi meħtieġa kollha sabiex ikun jista' jopera tajjeb u jwettaq xogħol bir-reqqa u konsistenti. Għandu jkollu ħiliet speċjalizzati ħafna u ħiliet tekniċi estensivi u kodiċi ta' imġieba li tipproteġi l-indipendenza ta' l-attivitajiet ta' l-awdituri.

9.  Ir-regoli u r-regolamenti ta' l-organizzazzjoni jiġu implimentati b'tali mod li l-organizzazzjoni tibqa' f'pożizzjoni li tnissel mill-għarfien u l-ġudizzju dirett tagħha dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri permezz ta' ċertifikati tal-klassi li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutarji.

10.  L-organizzazzjoni għandha l-mezzi neċessarji biex tevalwa ‐ bl-użu ta' persunal professjonali kwalifikat u skond id-dispożizzjonijiet imfassla fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.913(22) ta' l-IMO dwar linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Immaniġġjar tas-Sigurtà mill-amministrazzjonijiet ‐ l-applikazzjoni u ż-żamma tas-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà, kemm ta' mal-kosta kif ukoll fuq il-bastimenti, li suppost tkun koperta fiċ-ċertifikazzjoni.

11.  L-organizzazzjoni għandha tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u/jew ir-regolamenti tagħha mir-rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni u tal-partijiet l-oħra kkonċernati.

ANNESS II

Parti A

Direttiva Rrevokata bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE

ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20

Direttiva tal-Kummissjoni 97/58/KE

ĠU L 274, 7.10.1997, p. 8

Direttiva 2001/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 19, 22.1.2002, p. 9

Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53

Parti B

Lista ta' skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

94/57/KE

31 ta' Diċembru 1995

97/58/KE

30 ta' Settembru 1998

2001/105/KE

22 ta' Lulju 2003

2002/84/KE

23 ta' Novembru 2003

ANNESS III

Tabella ta" korrelazzjoni

Direttiva 94/57/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, parti introduttorja

Artikolu 2, parti introduttorja

Artikolu 2, l-ewwel inċiż

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2, it-tieni inċiż

Aritkolu 2, punt (b)

Artikolu 2, it-tielet inċiż

Artikolu 2, punt (c)

Artikolu 2, ir-raba' inċiż

Artikolu 2, punt (d)

Artikolu 2, il-ħames inċiż

Artikolu 2, punt (e)

Artikolu 2, punt (f)

Artikolu 2, is-sitt inċiż

Artikolu 2, punt (g)

Artikolu 2, is-seba' inċiż

Artikolu 2, punt (h)

Artikolu 2, it-tmien inċiż

Artikolu 2, punt (i)

Artikolu 2, punt (j)

Artikolu 2, id-disa' inċiż

Artikolu 2, punt (k)

Artikolu 2, l-għaxar inċiż

Artikolu 2, punt (l)

Artikolu 2, il-ħdax-il inċiż

Artikolu 2, punt (m)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1), l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1), l-aħħar sentenza

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikoli 5 u 6(2) u (3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 4(5)

Artikoli 5, 6, 7 u 8

Artikoli 7, 8, 9 u 10

Artikolu 9

Artikoli 11 sa 14

Artikolu 10(1)

Artikolu 15

Artikolu 10(2), (3) u (4)

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 12

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19(1) u (2)

Artikolu 19(3)

Artikolu 15

Artikolu 20

Artikoli 21 sa 24

Artikolu 16

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 17

Artikolu 28

Anness

Anness I

Anness II

Anness III

(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p.195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p.38.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007.
(4) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(5)1 ĠU C 271, 7.10.1993, p. 1.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
(7) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(8) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006, (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(9) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 93/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p.12).
(10) ĠU L 46, 17.2.1997, p.25. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(11)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(12)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data u n-numru ta' din id-Direttiva.
(13) ĠU L
(14)* 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(15)* Tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(16)* Tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(17)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza