Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2539(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0148/2007

Testi mressqa :

B6-0148/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.11

Testi adottati :

P6_TA(2007)0153

Testi adottati
PDF 216kWORD 44k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Ftehima Multilaterali dwar l-Istabbiliment ta' Żona Ewropea ta' Avjazzjoni Komuni
P6_TA(2007)0153B6-0148/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Multilaterali bejn ir-Repubblika ta" l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta" l-Iżlanda, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta" Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta" Żona Ewropea ta" Avjazzjoni Komuni (ECAA)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għall-Kunsill (COM(2006)0113)(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-iżvilupp ta" l-aġenda għall-politika esterna tal-Komunità dwar l-avjazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi, invista tad-dħul tagħha fl-UE, ir-Rumanija għandha tkun ittrattata b'mod differenti mill-Istati Membri l-oħra, u billi l-Bulgarija, minkejja l-adeżjoni tagħha, hija suġġetta għal klawsola protettiva fir-rigward ta" interessi ta" sigurtà u għalhekk għandha tkun ittrattata bħala pajjiż terz,

B.   billi l-Kunsill adotta ftehima proviżorja kif proposta mill-Kummissjoni u din il-ftehima proviżorja qed tistenna li tkun irratifikata mill-partijiet kollha,

C.   billi ż-Żona Ewropea ta' Avjazzjoni Komuni (ECAA) hija importanti bħala ftehima ta" qafas sabiex ikunu ttrattati kwistjonijiet relatati ma" l-avjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Iżlanda u n-Norveġja b'mod partikolari u tipprovdi mudell għal ftehimiet futuri ta" dan it-tip ma" pajjiżi terzi oħra,

L-Ambjent

1.   jinnota li huwa importanti li l-ftehima dwar l-ECAA għandha tkopri l-leġiżlazzjoni ta" l-UE preżenti u tal-futur dwar l-emissjonijiet u miżuri oħra li se jnaqqsu l-impatt ambjentali ta" l-avjazzjoni,

2.   jilqa" il-fatt li l-partijiet kollha għall-ftehima jaċċettaw li f'xi punt fil-futur l-avjazzjoni tista" tiġi inkluża fl-iskemi ta" skambju tal-kwoti ta" l-emissjonijiet (ETS),

3.   wara li kkunsidra l-importanza tal-ftehima fis-sens li jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex is-Sema Ewropew Wieħed (SES) jitkabbar lil hinn mill-Istati Membri,

Is-Sikurezza u s-Sigurtà

4.   għalhekk, jenfasizza l-importanza kruċjali ta" l-għajnuna teknika u tan-negozjati ta" adeżjoni bħala mezzi biex jintlaħaq il-kunsens neċessarju ma" msieħba li mhux fl-UE u li mhux fl-EEA sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,

5.   jinsisti li l-leġiżlazzjoni kollha ta" l-UE dwar is-sikurezza u s-sigurtà u r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar il-jeddijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà imnaqqsa meta jivjaġġaw bl-ajru(3) għandhom ikunu inklużi fl-anness operattiv tal-ftehima,

6.   jinnota li l-immaniġġjar tat-traffiku ta" l-ajru huwa inkluż fil-ftehima, fatt li huwa importanti mill-aspett li jkunu applikati r-regoli tas-SES, bħalma huwa l-iżvilupp transkonfinali ta' blokki ta' l-ispazju ta' l-ajru,

7.   jilqa" il-vantaġġi evidenti ta" l-applikazzjoni reċiproka u koerenti ta' l-Istima ta' Sikurezza tad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sikurezza ta' inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità(4) mill-partijiet kollha għall-ftehima;

8.   ifakkar li t-twettiq ta" l-għan ta' SES jinvolvi wkoll flessibilità ta" l-ispazju ta" l-ajru, li jagħmel il-koperazzjoni istituzzjonalizzata bejn awtoritajiet militari u ċivili neċessarja fil-qasam tal-kontroll tat-traffiku ta" l-ajru,

Kwistjonijiet soċjali

9.   jilqa" b'sodisfazzjon l-irwol vitali ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta" l-Avjazzjoni fl-istħarriġ ta' esperti, fit-tħejjija manwali u fl-għoti ta' pariri tekniċi f'pajjiżi msieħba kif ukoll fl-għajnunai biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta" implimentazzjoni,

10.   jenfasizza l-fatt li l-leġislazzjoni soċjali rilevanti ta' l-UE għandhom jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-ftehima,

11.   jinnota li l-ftehima tipprovdi għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili(5),

12.   jinnota li jrid ikun hemm implimentazzjoni fil-pront ta" l-impenji fil-Ftehima u rapport ta" progress ippreżentat lill-Parlament Ewropew sal-31 ta" Diċembru 2008,

13.  Isejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiżguraw li l-ftehima tkun tirrifletti dawn il-konsiderazzjonijiet ewlenin u li arranġamenti għall-monitoraġġ ikunu stabbiliti f'konnessjoni mal-proċess ta' implimentazzjoni;

o
o   o

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.84.
(3) ĠU L 204, 26.7.2006, p.1.
(4) ĠU L 143, 30.4.2004, p.76, Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p.15).
(5) ĠU L 373, 31.12.1991, p.4, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 377, 27.12.2006, p.176).

Avviż legali - Politika tal-privatezza