Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013 (COM(2006)0740 – C6-0505/2006 – 2006/0247(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0740)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2), tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0505/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0083/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 Titolu
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta' Guiana u Réunion, bejn l-2007 u l-2013
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jdaħħal skema ta' kumpens għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, minn Madeira, mill-Gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi tal-Gujana u r-Réunion.
(Din l-emenda tiġi applikata għat-test leġiżlattiv sħiħ.)
Emenda 2 Premessa -1 (ġdida)
(-1) L-ibgħad reġjuni għandhom ekonomiji fraġili, ikkaratterizzati b'fatturi strutturali permanenti li jikkundizzjonaw l-iżvilupp tagħhom u għandhom ftit possibilitajiet ta' diversifikazzjoni ekonomika, li fihom is-settur tas-sajd u l-komunitajiet antiki tas-sajjieda għandhom irwol importanti biex jissalvagwardjaw l-attività ekonomika u l-impjiegi, 'il fuq(upstream) u 'l isfel(downstream), u għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.
Emenda 3 Premessa -1 a (ġdida)
(- 1 a) Il-karatteristiċi speċifiċi u d-differenzi settorjali li jeżistu fl-ibgħad reġjuni għandhom jitqiesu, peress li dawn ta' l-aħħar għandhom bżonnijiet differenti.
Emenda 4 Premessa -1 b (ġdida)
(-1b) Għandha titqies iż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport u spejjeż konnessi, innotati prinċipalment wara l-2003, u dovuti għaż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt li taggrava aktar l-ispejjeż addizzjonali relatati mal-bgħudija.
Emenda 5 Premessa 1
(1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li prinċipalment joriġinaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.
(1) Is-settur tas-sajd fl-ibgħad reġjuni tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u b'mod partikolari partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.
Emenda 6 Premessa 5
(5) L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni u partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom, u fl-ebda każ m'għandha taqbeż sehem determinat ta' l-ispejjeż tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
(5) L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni, jiġifieri mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll tipi oħrajn ta' interventi pubbliċi li jħallu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
Emenda 7 Premessa 5 a (ġdida)
(5a)Għandha tkun ikkunsidrata kif suppost l-importanza soċjo-ekonomika tas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fl-ibgħad reġjuni u tal-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom.
Emenda 8 Premessa 5 b (ġdida)
(5b)Il-provvista għas-suq Komunitarju għandha tkun awtorizzata, fil-limitu tal-kapaċità tal-produzzjoni attwali, meta l-qabdiet tal-flotot tas-sajd ta' l-ibgħad reġjuni ma jkunux biżżejjed għall-provvista ta' l-industrija ta' trasformazzjoni ta' ħut lokali.
Emenda 9 Premessa 6
(6) Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha.
(6) Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun mogħtija għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha kif ukoll għall-materji primi użati għall-ipproċessar tal-ħut.
Emenda 10 Premessa 7 a (ġdida)
(7 a)Tista' tingħata deroga għall-politika tal-Kummissjoni li ma tigix awtorizzata għajnuna ta' l-Istat fil-każ ta' proċessi fis-settur tal-produzzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, li t-Trattat jerreferi għalihom, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi tas-sajd fl-ibgħad reġjuni, b'riżultat ta' l-iżolazzjoni, l-insularità, d-daqs żgħir, t-topografija u l-klima u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti.
Emenda 11 Premessa 9
(9) Biex ikun possibli li tittieħed deċiżjoni dwar jekk titkompliex l-iskema tal-kumpens wara l-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti fi żmien xieraq qabel ma tintemm l-iskema.
(9) Biex ikun possibli li tiġi riveduta l-iskema tal-kumpens, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' dan ir-regolament, il-Kummissjoni għandha, minn issa sal-31 ta' Diċembru 2011, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti, li turi l-impatt tal-miżuri implimentati fil-qafas ta' dan ir-regolament, u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.
Emenda 12 Artikolu 1, parti introduttorja
Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mir-reġjuni li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):
Dan ir-Regolament idaħħal skema għall-perjodu l-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens, lill-operaturi stipulati fl-Artikolu 3, għall-ispejjeż addizzjonali, li huma riżultat tal-bgħudija, għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti mill-ibgħad reġjuni, li ġejjin minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni (hawn taħt imsejjaħ bħala "il-kumpens"):
Emenda 13 Artikolu 3, paragrafu 1, parti introduttorja
1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd:
1. Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jidħlu għal spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-bgħudija għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd tar-reġjuni msemmija f'Artikolu 1:
Emenda 14 Artikolu 3, paragrafu 1, punt c
c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.
c) l-operaturi fis-settur ta' l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta' operaturi bħal dawn, li jidħlu fi spejjeż addizzjonali biex jipproduċu, jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti kkonċernati.
Emenda 15 Artikolu 4, paragrafu 3, punt c a (ġdid)
c a) monitoraġġ.
Emenda 16 Artikolu 4, paragrafu 4, punt b
b) Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1,
b) Maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tar-rikors għall-użu ta' ħut maqbud mill-bastimenti Komunitarji meta l-qabdiet mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 ma jkunux biżżejjed biex isostnu l-industrija ta' l-ipproċessar tagħhom;
Emenda 17 Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4 a
Prodotti oħra ammissibbli
Jista' jingħata bl-istess mod kumpens dwar xi prodotti użati fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, sakemm dan il-kumpens ma jikkostitwixxix akkumulazzjoni ta' għajnuniet Komunitarji għall-istess prodott.
Emenda 18 Artikolu 5, paragrafu 2, punt a
a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew,
a) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali kawża ta' l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, jiġifieri l-infiq għat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni ġirien imsemmija fl-Artikolu 1;
Emenda 19 Artikolu 5, paragrafu 2, punt b
b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.
b) għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali relatati ma' l-ispejjeż tat-trasport f'kull reġjun imsemmi fl-Artikolu 1 u maħluqa minħabba l-pożizzjoni ġeografika;
Emenda 20 Artikolu 5, paragrafu 2, punt ba (ġdid)
b a) it-tip ta' destinatarji, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u għas-sajd artiġjanali;
Emenda 21 Artikolu 5, paragrafu 2, punt bb (ġdid)
b b) kull tip ieħor ta' intervent pubbliku li jkollu impatt fuq il-livell ta' spejjeż addizzjonali.
Emenda 22 Artikolu 5, paragrafu 3
3. Il-kumpens għall-ispejjez adizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpatti, u m'għandux jaqbeż il-75% ta' l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u spejjeż oħra relatati.
3. Il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li għalihom il-kumpens huwa mmirat li jpaċċi u għandu jkopri l-ispejjez tat-trasport lejn il-kontinent Ewropew u bejn ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 u spejjeż oħra relatati.
Emenda 23 Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż a
a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,283,992;
a) L-Ażores u Madeira: EUR 4,855,314;
Emenda 24 Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż b
(b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 5,844,076;
(b) Il-Gżejjer Kanari: EUR 6,623,454;
Emenda 25 Artikolu 5, paragrafu 4, inċiż c
c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 4,868,700
c) Il-Guiana Franċiża u Réunion: EUR 5,518,000
Emenda 26 Artikolu 5, paragrafu 4a (ġdid)
4a.Kull sena, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu suġġetti għal aġġustament tekniku kif stipulat fil-punt 16 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida1.
___________ 1ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
Emenda 27 Artikolu 7, paragrafu 1
1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5. Hawn taħt flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".
1. Fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-livell ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 5(1) u lista dettaljata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati biex tkun żgurata l-konformita mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2) sa 4(4), minn hawn'il quddiem flimkien imsejħa "il-pjan għall-kumpens".
Emenda 28 Artikolu 7, paragrafu 4
4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u3 tapplika mutatis mutandis.
4. Jekk Stat Membru jdaħħal emendi skond l-Artikolu 6, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-pjan tal-kumpens emendat tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien erba' ġimgħat li jibdew jgħoddu mid-data li fiha tirċievi l-pjan emendat, dan ta' l-aħħar jiġi meqjus li huwa approvat.
Emenda 29 Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Aġġustamenti ta' l-ammonti
Jista' jiġi magħmul aġġustament bejn ir-reġjuni li jappartjenu għall-istess Stat Membru, fil-limiti tal-qafas finanzjarju globali ta' dan ir-regolament.
Emenda 30 Artikolu 7 b (ġdid)
Artikolu 7 b
Għajnuna Statali
1.Għall-prodotti tas-sajd li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuniet fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti msemmija, bħala tpattija għall-iżvantaġġi speċifiċi ta' l-ibgħad reġjuni, b'riżultat tal-karatteristiċi u r-restrizzjonijiet speċjali tagħhom.
2.F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuniet, bħala parti mill-pjanijiet ta' kumpens u approvati minnha b'konformità ma' l-Artikolu 7. L-għajnuniet notifikati b'dan il-mod jiġu meqjusa li jissodisfaw l-obbligu ta' informazzjoni previst fl-Artikolu 88(3), l-ewwel sentenza, tat-Trattat.
Emenda 31 Artikolu 8, paragrafu 1
1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena.
1. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jgħaddih lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena.
Emenda 32 Artikolu 8, paragrafu 2
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, u wara, darba kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma' proposti leġiżlattivi.
Emenda 33 Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u r-regolarità ta' l-operazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd huma dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti li mhux ammissibbli li jibbenefikaw mill-kumpens.
Emenda 34 Artikolu 14, paragrafu 2
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.