Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0042(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0077/2007

Testi mressqa :

A6-0077/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/04/2007 - 8.5

Testi adottati :

P6_TA(2007)0161

Testi adottati
PDF 284kWORD 80k
Il-Ħamis, 26 ta' April 2007 - Strasburgu
Informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet ta" Kapaċità għall-Infiq (kalkolu u disseminazzjoni) ***I
P6_TA(2007)0161A6-0077/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tiġi provduta informazzjoni dwar il-Paritajiet ta" Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (COM(2006)0135 – C6-0100/2006 – 2006/0042(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0135)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0100/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0077/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni biex tiġi provduta informazzjoni dwar il-Parità ta" Kapaċità għall-Infiq u għall-kalkulazzjoni u t-tixrid tagħha
P6_TC1-COD(2006)0042

(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru .../2007.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza