Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta" dak il-mekkaniżmu (COM(2006)0401 – C6-0253/2006 – 2006/0140(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0401)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2) (a) u 66 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0253/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0135/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Japprova d-dikjarazzjoni annessa;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' April 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru.../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta" dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta' uffiċjali mistiedna.
(Billi intlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkorrispondi ma' l-att leġiżlattiv aħħari, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007.)
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfassizzaw li f'każ ta' sitwazzjoni ta' pressjoni urġenti u eċċezzjonali fil-fruntieri esterni li teħtieġ l-intervent ta' Tim ta' Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera u possibilment f' każ ta' nuqqas ta' mezzi finanzjarji fil-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjon Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX) sabiex jagħmlu dan, il-possibbiltajiet kollha sabiex jiġi żgurat il-finanzjament għandhom jiġu esplorati. Il-Kummissjoni ser tivverifika b'urġenza kbira jekk jista' jsir tqassim mill-ġdid tal-fondi. F'każ li tkun meħtieġa deċiżjoni ta' l-awtorita' baġitarja, il-Kummissjoni ser tagħti bidu għal proċedura li hi skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju , jiġifieri l-Artikolu 23 u 24, sabiex tiżgura deċiżjoni bikrija taż-żewġ kapaċitajiet ta' l-awtorita' baġitarja dwar il-mezzi biex tipprovdi għal finanzjament addizjonali għall-FRONTEX sabiex jibgħat Tim ta' Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera. L-awtorita' baġitarja timpenja ruħa sabiex taġixxi kemm jista' jkun malajr, filwaqt li tqis l-urġenza.