Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2006)0587 – C6-0402/2006 – 2006/0190(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0587)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0402/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0085/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament ;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
5.Bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006, fuq bastimenti tas-sajd ta' 5 snin jew aktar, il-modernizzazzjoni 'l fuq mill-gverta prinċipali sabiex tittejjeb is-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott jistgħu jżidu t-tunnellaġġ tal-bastiment, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta' referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m'hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta' dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.
5. Il-modernizzazzjoni 'l fuq mill-gverta prinċipali sabiex tittejjeb is-sikurezza abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene, u l-kwalità tal-prodott jistgħu jżidu t-tunnellaġġ tal-bastiment, sakemm din il-modernizzazzjoni ma żżidx il-kapaċità tal-bastiment biex jaqbad il-ħut. Il-livelli ta' referenza, kif stabbiliti skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 12, għandhom jiġu adattati kif jixraq. Il-kapaċità korrispondenti m'hemmx għalfejn titqies għall-istabbiliment tal-bilanċ ta' dħul u ħruġ minn Stati Membri skond l-Artikolu 13.
Emenda 1 ARTIKOLU 1, PUNT 1 Artikolu 11, paragrafu 6, inċiżi 1 u 2 (Regolament (KE) Nru 2371/2002)
- 4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li kienu parti mil-Komunità fl-1 ta' Jannar 2003, u 4 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, u,
- 10 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li kienu parti mil-Komunità fl-1 ta' Jannar 2003, u 10 % tat-tunnellaġġ medju annwali rtirat bl-għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006 għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, u,
- 4 % tat-tunnellaġġ irtirat mill-flotta bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007.
- 10 % tat-tunnellaġġ irtirat mill-flotta bl-għajnuna pubblika mill-1 ta' Jannar 2007.
Emenda 2 ARTIKOLU 1, PUNT 2 Artikolu 13, paragrafu 1, punt (c), sotto-paragrafi 1a u 1b (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2371/2002)
Minkejja dan, dan it-tnaqqis fil-qawwa, m'għandu taħt l-ebda ċirkustanza jnaqqas is-sikurezza, l-abitabilità jew l-effiċjenza tas-sistemi ta" l-ipproċessar tal-ħut tal-bastiment,
Barra minn hekk, peress li l-għan tat-tnaqqis hu li tiġi evitata kwanunkwe żieda fil-kapaċità tas-sajd tal-bastiment, id-dispożizzjonijiet ta" l-ewwel sotto paragrafu m'għandhomx jiġu kkunsidrati fejn il-magna tkun ġiet mibdula biex tiġi ffrankata l-enerġija u/jew biex ittejjeb l-effiċjenza tal-bastiment f'oqsma oħra ħlief il-kapaċita tas-sajd, jew fejn ikunu intgħażlu metodi ta' sajd aktar selettivi, fir-rigward ta" l-użu tal-bastiment.