Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2004/0248(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0144/2007

Testi mressqa :

A6-0144/2007

Dibattiti :

PV 09/05/2007 - 18
CRE 09/05/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2007 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0175

Testi adottati
PDF 286kWORD 68k
Il-Ħamis, 10 ta' Mejju 2007 - Brussell
Kwantitajiet nominali ta" prodotti ppakkjati minn qabel ***II
P6_TA(2007)0175A6-0144/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar il-kwantitajiet nominali ta" prodotti ppakkjati minn qabel, li tħassar id-Direttivi 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (13484/1/2006 – C6-0039/2007 – 2004/0248(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13484/1/2006 – C6-0039/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0708),

–   wara li kkunsidra l-emendi għall-proposta mill-Kummissjoni (COM(2006)0171),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0144/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 52.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE
P6_TC2-COD(2004)0248

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva Nru 2007/45/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza