Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2003/0153(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0145/2007

Testi mressqa :

A6-0145/2007

Dibattiti :

PV 09/05/2007 - 19
CRE 09/05/2007 - 19

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2007 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0176

Testi adottati
PDF 287kWORD 71k
Il-Ħamis, 10 ta' Mejju 2007 - Brussell
Approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ***II
P6_TA(2007)0176A6-0145/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (9911/3/2006 – C6-0040/2007 – 2003/0153(COD))

(Proċedura ta' Kodeċiżjoni - it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9911/3/2006 – C6-0040/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2003)0418)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata mill-Kummissjoni (COM(2004)0738)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0145/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 97 E, 22.4.2004, p. 370.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru")
P6_TC2-COD(2003)0153

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva 2007/46/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza