Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tat-tagħbija tqila rreġistrati fil-Komunità (COM(2006)0570 – C6-0332/2006 – 2006/0183(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0570)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0332/2006),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0124/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-retrofitting ta' mirja fuq vetturi ta' merkanzija tqila reġistrati fil-Komunità
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva 2007/38/KE.)