Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0262(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0161/2007

Testi mressqa :

A6-0161/2007

Dibattiti :

PV 21/05/2007 - 21
CRE 21/05/2007 - 21

Votazzjonijiet :

PV 22/05/2007 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0192

Testi adottati
PDF 298kWORD 48k
It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2007 - Strasburgu
Ftehima ta' Sħubija tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u d-Danimarka u Greenland, min-naħa l-oħra *
P6_TA(2007)0192A6-0161/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta" Greenland, min-naħa l-oħra (COM(2006)0804 – C6-0506/2006 – 2006/0262(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0804)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 flimkien ma" l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0506/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0161/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Jekk l-opportunitajiet ta' sajd ikunu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt f'livell aktar baxx minn dak stipulat fil-Kapitolu 1 ta" l-Anness, Greenland għandha tikkumpensa lill-Komunità fis-snin ta" wara b'opportunitajiet ta" sajd korrispondenti jew fl-istess sena b'opportunitajiet ta' sajd oħra, jew billi tnaqqas proporzjon korrispondenti tal-ħlas miftiehem.
Emenda 2
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  Il-Komunità għandha tirriżerva d-dritt li taġġusta l-kwoti meta, wara l-2010, dawn jinstabu li m'humiex f'konformità mal-politika ta' l-UE dwar is-sostenibilità.
Emenda 3
Premessa 2 c (ġdida)
(2c)  Fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 2(1) tal-Protokol, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Protokol għandhom ikunu mħarsa.
Emenda 4
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Kull sena l-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-politika settorjali tas-sajd deskritta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll.
Emenda 5
Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond il-Protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ. Meta dawn ma jkunux għamlu hekk, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.
Emenda 6
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a
Qabel l-iskadenza tal-Protokoll u qabel il-bidu ta' negozjati li jistgħu jwasslu għal tiġdid, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ex post tal-Protokoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandha tinkludi analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza