Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar it-twaqqif ta' delegazzjoni permanenti għall-Assemblea Parlamentari Euro-Latina-Amerikana u l-għadd tal-membri tagħha
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 188 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari mħallta u delegazzjonijiet tal-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari(1),
– wara li kkunsidra l-Att Kostituttif ta' l-Assemblea Parlamentari Euro-Latina-Amerikana tat-8 ta' Novembru 2006,
1. Jiddeċiedi li jwaqqaf delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euro-Latina-Amerikana,
2. Jiffissa l-għadd ta' membri tagħha għal 60 membru uffiċjali u għal 30 membru sostitut;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jinfurmahom.