Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0259(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0138/2007

Testi mressqa :

A6-0138/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/05/2007 - 5.3

Testi adottati :

P6_TA(2007)0200

Testi adottati
PDF 208kWORD 42k
L-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2007 - Strasburgu
Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u ta' Kooperazzjoni Politika bejn il-KE u l-Messiku *
P6_TA(2007)0200A6-0138/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u ta' Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (16522/2006 – COM(2006)0777 – C6-0077/2007 – 2006/0259(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0777)(1),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar Partenarjat Ekonomiku, ta' Koordinazzjoni u ta' Kooperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (16522/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 57(2), 71, 80(2), 133(1) u (5), 181 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0077/2007),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0138/2007),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, u lill-Istati Uniti Messikani.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Ċitazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181, b'rabta ma' l-ewwel sottoparagrafu, l-ewwel u t–tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikou 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181, b'rabta ma' l-ewwel sottoparagrafu, l-ewwel u t–tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikou 300(3) tiegħu,

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza