Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-impatt u l-konsegwenzi tal-linji politiċi strutturali fuq il-koeżjoni ta" l-Unjoni Ewropea (2006/2181(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozzi ta" Aġenda Territorjali ta" l-Unjoni Ewropea dwar l-immanniġġar tat-territorju u tal-Karta ta" Leipzig dwar Bliet Ewropej Sostenibbli,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta" Esperti Indipendenti dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, li nħoloq bħala segwitu għal-laqgħa informali tal-kapijiet ta' Stat jew ta' gvern ta" Hampton Court, bit-titolu "Il-ħolqien ta" Ewropa Innovattiva" (Rapport Aho) ta' l-20 ta' Jannar 2006,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta" Ġunju 2006, bit-titolu "L-Istrateġija għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u r-riforma tal-politika ta" koeżjoni Ewropea – Ir-raba" rapport intermedjarju dwar il-koeżjoni" (COM(2006)0281)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta" Frar 2002, dwar it-tieni rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-irwol tal-koeżjoni territorjali fl-iżvilupp reġjonali(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar l-irwol ta' l-għajnuniet statali diretti bħala strument għall-iżvilupp reġjonali(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabilixxi l-Fond ta' Koeżjoni(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta" Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta" Koeżjoni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-14 ta" Marzu 2006 dwar ir-rilokalizzazzjonijiet fil-kuntest ta" l-iżvilupp reġjonali(6),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni 2006/702/KE tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Mejju 2006, dwar il-baġit 2007: Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Politika Annwali(8),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0150/2007),
A. billi m'hemmx dubju li l-politika strutturali għandha impatt pożittiv fuq il-koeżjoni fil-qasam soċjali, ekonomiku, territorjali u fuq it-titjib tal-livell tal-governanza f'livell lokali u reġjonali;
B. billi dan l-impatt pożittiv ivarja minn reġjun għall-ieħor, din ir-risoluzzjoni tixtieq toffri rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' l-impatti tul il-perjodu l-ġdid ta" programmazzjoni 2007-2013;
C. billi l-abbozzi ta" l-Aġenda Territorjali ta" l-UE u tal-Karta ta" Leipzig, fuq imsemmija, qed jitħejjew sabiex jiġu adottati fil-laqgħa ministerjali informali dwar l-iżvilupp urban u l-koeżjoni territorjali li se ssir f'Leipzig fl-24 u l-25 ta' Mejju 2007;
D. billi sabiex jittejjeb l-impatt tal-Fondi Strutturali fuq il-koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea huwa meħtieġ li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) ikollhom irwol akbar fl-attivitajiet ta" Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni u fl-aċċess għas-servizzi ta" Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni fl-istituzzjonijiet pubbliċi ddedikati għar-riċerka;
E. billi skond ir-raba" rapport intermedjarju dwar il-koeżjoni msemmi hawn fuq, it-tkabbir fil-PGD bejn l-1995 u l-2005 fit-13-il pajjiż ta" koeżjoni kien akbar minn dak ta" l-Ewropa tal-Ħmistax, jiġifieri 3.6% fis-sena meta mqabbel mat-2.2% fis-sena fl-Unjoni Ewropea tal-Ħmistax;
F. billi kull euro li jintefaq fl-UE fil-politiki ta" koeżjoni jiġġenera medja ta 0.9 euro nfiq addizzjonali f'reġjuni anqas żviluppati (Objettiv Nru 1) u ta" 3 euro f'reġjuni li qed jiżviluppaw (Objettiv Nru 2);
G. billi ċ-ċaqliq ħieles tal-forzi tas-suq mhux biżżejjed sabiex tinħoloq il-koeżjoni li xtaqu l-fundaturi ta" l-Unjoni Ewropea, u billi din il-koeżjoni teħtieġ azzjonijiet pubbliċi li jippermettu li jerġa" jinħoloq bilanċ bejn ir-reġjuni;
H. billi l-politiki strutturali għandhom irwol importanti fit-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali u jeħtieġ li jadottaw ruħhom għall-isfidi ġodda li jiffaċċjaw it-territorji ta' l-UE, bħalma huma l-anzjanità demografika, l-iżvilupp tas-suq agrikolu, il-kwistjonijiet ta' l-immigrazzjoni, l-enerġija u l-bidla fil-klima;
I. billi l-"poliċentriżmu" huwa l-leitmotiv ta" l-Istrateġija Territorjali Ewropea, li għandha titqies fil-fażi ta" implimentazzjoni tal-politika ġdida ta' koeżjoni;
J. billi huwa meħtieġ li tikber il-viżibilità tal-politika ta" koeżjoni;
K. billi jeħtieġ li jiġi żgurat li l-intrapriżi li jirċievu finanzjament komunitarju ma jġorrux l-attivitajiet tagħhom għal post ieħor tul perjodu ta" żmien twil u determinat, u li jekk jagħmlu dan ma jingħatawx kofinanzjament, kif ukoll minħabba li huma obbligati jagħtu lura l-għajnuniet li jirċievu fil-każ ta" użu mhux korrett,
1. Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-politika ta' koeżjoni fl-appoġġ tas-suq intern, permezz tal-kummerċ u ta" l-impjiegi li jiġu ġġenerati permezz tat-tfassil u t-twettiq ta" proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea;
2. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata politika strutturali integrata u sostenibbli li b'mod koerenti tgħaqqad l-appoġġ mill-Fondi Strutturali u mill-Fondi ta' Koeżjoni mal-bqija tal-politiki Komunitarji l-oħra; jitlob li din l-idea ta' politika integrata jkollha segwitu permezz ta' komunikazzjonijiet u taħriġ sabiex issir magħrufa u użata minn dawn kollha konċernati, partikularment minn dawk involuti direttament fil-prattika;
3. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-ilħuq ta' l-objettivi li ġew integrati b'mod transversali fil-politiki u fl-azzjonijiet kollha fil-fażi ta' implimentazzjoni tal-politika ġdida ta' koeżjoni, sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali;
4. Jirrepeti t-talba tiegħu li l-intrapriżi li jkun rċevew għajnuniet pubbliċi u li jkunu ġarrew lejn post ieħor fl-UE ma jkunux jistgħu jieħdu għajnuniet pubbliċi għall-postijiet ġodda ta" l-attivitajiet tagħhom, u li jkunu esklużi mill-fondi strutturali u għajnuniet nazzjonali tul perjodu ta" seba" snin mid-data ta" meta jkun ġarrew;
5. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tanalizza liema linji politiċi pubbliċi nazzjonali u reġjonali jiffavorixxu l-konverġenza, u sabiex tħejji komunikazzjoni dwar dan is-suġġett, bil-għan li teżamina l-possibilità li jgħaqqdu l-appoġġ minn riżorsi tal-politika ġejjienija ta" koeżjoni ma" politika nazzjonali ta' tkabbir u tajba għat-tkabbir, li għandha tiġi definita permezz ta" indikaturi kwantifikabbli sabiex b'hekk tiżdied l-effiċjenza tal-politika ta" koeżjoni;
6. Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom itejbu l-kontribut mill-Fond Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni ta" l-Istrateġija Ewropea għall-Impjieġi, billi jsaħħu l-interrelazzjoni ta" bejniethom, u li dan it-titjib għandu jintwera immedjatament permezz ta' l-indikaturi relevanti sabiex tkun promossa l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet;
7. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfittex modi ġodda ta" kif tgħaqqad il-linji politiċi u l-istrumenti strutturali ma" linji politiċi u għodod komunitarji oħra li għandhom l-għan li jkabbru s-sinerġiji għall-promozzjoni tal-kompetittività, ir-riċerka u l-innovazzjoni sostenibbli fuq l-eżempju tax-xogħol tat-taskforce ta' bejn is-servizzi tal-Kummissjoni maħsuba għal dawn l-oqsma;
8. Jirrakkomanda lir-reġjuni u lill-Istati Membri li fil-programmi operattivi jistabbilixxu objettivi kwantifikati fil-qasam tar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni;
9. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jeżaminaw jekk hux vijabbli rekwiżit bħal dak propost fir-Rapport Aho, jiġifieri li mill-inqas 20% tal-Fondi Strutturali jintużaw fil-qasam tar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni, sa mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u biex ma jiffukawx biss fuq il-proġetti kbar u fuq iċ-ċentri ta' eċċellenza, imma li jagħtu każ ukoll ta' proġetti iżgħar f'reġjunijiet anqas vantaġġati, b'mod partikulari dawk li jikkontribwixxu għal żvilupp reġjonali sostenibbli;
10. Jissuġġerixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-ħolqien ta" animaturi tat-teknoloġija, fuq l-iskala lokali u reġjonali (bl-użu tar-riżorsi eżistenti bħalma huma n-netwerks ta' l-Euro Info Centres u ta' l-Innovation Relay Centres), li jkunu ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u assoċjati mal-proġetti reġjonali, parks teknoloġiċi, clusters u netwerks, u li jiddinamizzaw l-innovazzjoni fl-intrapriżi, b'mod partikulari fl-SMEs, billi jiffaċilitawlhom l-aċċess għal għajnuniet u programmi Ewropej;
11. Jilqa" b'sodisfazzjon it-tfassil ta" l-abbozzi ta" l-Aġenda Territorjali ta" l-UE u tal-Karta ta" Leipzig fuq imsemmija, iżda f'dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li t-tnejn jispeċifikaw b'aktar preċiżjoni d-definizzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni ta" l-objettivi msemmija fiż-żewġ dokumenti ta" strateġija u x'għandu jkun l-involviment ta' l-Istati Membri; fil-qafas tal-laqgħa ministerjali informali ta' Leipzig ta' l-24 u l-25 ta' Mejju 2007 fuq imsemmija, jinsisti bil-qawwa li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom formalment favur żvilupp urban sostenibbli;
12. Iqis li evalwazzjoni ta' l-impatt fit-tul u f'livelli differenti tar-rikors għall-Fondi Strutturali hija indispensabbli għat-tħejjija ta" leġiżlazzjoni ġejjienija u għall-immaniġġjar baġitarju tajjeb f'dan il-qasam;
13. Jipproponi lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jippromwovu prassi tajba u biex ikejlu l-impatt tal-politiki Komunitarji fuq il-koeżjoni permezz ta' indikaturi relevanti, billi jagħtu lill-Osservatorju fin-netwerk ta' l-ippjanar tat-territorju Ewropew (ORATE) r-riżorsi u l-irwoli meħtieġa sabiex jaġixxi ta" osservatur veru ta" l-impatt tal-linji politiċi strutturali fuq il-koeżjoni;
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa wkoll l-impatt territorjali ta' l-allokazzjonijiet baġitarji ("earmarking") u b'mod partikulari biex tevalwa jekk dawn l-allokazzjonijiet partikulari ta' approprijazzjonijiet Ewropej għall-objettivi ta' l-istrateġija ta' Liżbona jgħinux tabilħaqq għal żvilupp reġjonali ekwilibrat u koerenti;
15. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni kif ukoll lill-awtoritajiet lokali b'mod partikulari dawk ta" l-objettiv ta' konverġenza, sabiex jagħtu prijorità lil miżuri li jiffavorixxu l-iżvilupp sħiħ u l-ħolqien ta" zoni poliċentriċi bil-għan li jiġu evitati żbilanċi territorjali;
16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali kif ukoll lil dawk lokali sabiex janalizzaw liema huma l-istrumenti l-aktar xierqa għall-kisba ta' bilanċ territorjali bejn zoni urbani u dawk rurali, li jiggarantixxu kumplimetarjetà bejn l-iżvilupp rurali u dak reġjonali, billi jiffavorixxu approċċ strateġiku integrat ta' l-iżvilupp taz-zoni urbani b'rabta maz-zoni periurbani u rurali tal-viċinanza (catchment areas), u filwaqt li jistimulaw l-iskambju ta' prassi tajba, b'mod speċjali fin-netwerks territorjali u settorjali, għal immaniġġjar aħjar tal-fondi, b'mod partikulari fil-qafas tal-"Ġimgħa Ewropea tar-reġjuni u ta' l-ibliet" fi Brussell;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jagħmlu aktar użu mill-Fondi Strutturali sabiex ikunu jistgħu jagħtu spinta lill-iżvilupp indipendenti u sostenibbli ta' reġjuni b'emigrazzjoni netta u sabiex jikkumbattu l-konsegwenzi negattivi tal-bidla demografika;
18. Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jinkuraġġixxu l-kontribuzzjoni tal-politika ta' koeżjoni biex titwettaq l-istrateġija ġdida għall-iżvilupp sostenibbli li tikseb l-enerġija tagħha minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded, li għandha sistema ta' trasport li tisfrutta b'aktar effiċjenza l-possibilitajiet intermodali, li tagħmel użu mill-ġdid u li tirriċikla;
19. Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni kif ukoll lill-awtoritajiet lokali sabiex jappoġġaw u jistimulaw attivitajiet ekonomiċi marbuta ma" l-iżvilupp ta" teknoloġiji ġodda fiz-zoni rurali, speċjalment minħabba li dawn m'għandhomx bżonn li jkunu fiżikament qrib taċ-ċentri urbani l-kbar;
20. Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni territorjali għall-politika ta" koeżjoni u jistieden lill-awtoritajiet maniġerjali sabiex jippromwovu l-koperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali permezz tal-ħolqien ta" netwerks territorjali u settorjali differenti ta" koperazzjoni; kif ukoll l-iskamjbu ta' esperjenzi u prattiki tajbin fil-livell reġjonali u lokali permezz ta' l-inizjattiva "Reġjuni favur bidla ekonomika";
21. Jitlob li minbarra l-PGD ras għal ras, jintużaw indikaturi territorjali oħrajn sabiex jitkejjel il-livell tal-koeżjoni, bħar-rata u l-kwalità ta" l-impjiegi, u l-koeżjoni territorjali, bħal-livell ta" differenza fil-PGD bejn reġjuni ġirien; l-indiċi ta' diċentralizzazzjoni u ta' l-aċċessibilità, l-allokazzjonijiet għall-infrastrutturi u għat-trasport, il-livell ta' attività fir-riċerka u l-innovazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, u d-diversità tal-produzzjoni fiż-żona;
22. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex flimkien mal-Eurostat, tikkunsidra l-użu ta" indikaturi kwantittativi u kwalitattivi ta" koeżjoni ġodda fil-qafas ta" l-evalwazzjoni intermedja tal-politika ġdida ta" koeżjoni fl-2009;
23. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tanalizza l-effett ta" "lieva" li għandhom il-Fondi Strutturali sabiex jattiraw l-investiment privat fil-qafas tal-politika l-ġdida ta" koeżjoni, u biex jenfasizza l-ħtieġa ta" koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat;
24. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tikseb tagħrif aħjar dwar il-kwalità u s-sostenibiltà ta' l-impjiegi li jonħolqu permezz tal-Fondi Strutturali;
25. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li n-nuqqas ta' ħiliet amministrattivi jista" jkun ostaklu kbir għall-ottimizzar ta" l-impatt tal-politiki ta" koeżjoni, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa l-istrument li jirrappreżenta il-kuntratti u l-konvenzjonijiet tripartitarji u biex tkompli l-proċess ta" tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi waqt il-fażi tat-twettiq tal-politika l-ġdida ta" koeżjoni permezz, fost l-oħrajn, ta' l-implimentazzjoni ta' netwerk ta' persunal ikkwalifikat biex jiggarantixxi l-koerenza ta' l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet amministrativi, b'mod partikulari fil-livelli reġjonali u lokali, ta' Stat Membru nnifsu;
26. Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, prinċipju li jeżiġi li l-imsieħba jinżammu infurmati l-ħin kollu, li l-pożizzjonijiet tagħhom jiġu meqjusa f'dokumenti ta' evalwazzjoni u li jiġu pprovduti bil-miżuri għat-taħriġ meħtieġa biex iwettqu xogħolhom;
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rigward tar-regolament ta" l-implimentazzjoni(9), tistudja miżuri għat-tkabbir tal-viżibilità ta" l-interventi strutturali, mhux biss għall-proġetti infrastrutturali l-kbar, iżda wkoll għall-proġetti ż-żgħar, biex teżerċita kontroll b'aktar reqqa fuq l-implimentazzjoni ta' miżuri obbligatorji ta' pubbliċità u biex tieħu passi kontra l-Istati Membri li jinstabu ħatja ta' ksur serju ta' dawn ir-regolamenti; jistieden lill-awtoritajiet amministrattivi biex jassoċjaw il-parlamentarji Ewropej mal-komunikazzjoni fir-rigward ta' twettiq iffinanzjat permezz tal-fondi strutturali;
28. Jenfasizza, peress li l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea huma xhieda tal-preżenza ta' Ewropa qrib u solidarji, il-ħtieġa li l-awtoritajiet reġjonali u l-Istati Membri jirrispettaw u jikkonformaw mal-miżuri previsti fir-regolament ta" implimentazzjoni fuq imsemmi sabiex tikber il-viżibilità tal-miżuri ta" l-interventi strutturali, u li jintensifikaw l-isforzi tagħhom ta' komunikazzjoni billi joħorġu fl-evidenza r-riżultati prattiċi għaċ-ċittadin tal-politika ta" koeżjoni;
29. Jemmen li jeħtieġ li jsiru studji ġodda biex jiġu żviluppati għadd ta' xenarji possibbli fil-futur għall-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni ta' l-UE; iqis li għal dan il-għan għandhom jitqabblu l-effetti tal-programmi prinċipali ta' finanzjament (Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali, Fond Soċjali Ewropew, l-ewwel pilastru tal-Politika Agrikola Komuni, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) fuq l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea b'27 Membru;
30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat- 8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1)