Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0206/2007

Dibattiti :

PV 24/05/2007 - 14.1
CRE 24/05/2007 - 14.1

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Testi adottati
PDF 202kWORD 39k
Il-Ħamis, 24 ta' Mejju 2007 - Strasburgu
Il-każ dwar l-istazzjoni televiżiv Radio Caracas fil-Venezuela
P6_TA(2007)0216RC-B6-0206/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Mejju 2007 rigward il-każ dwar l-istazzjoni televiżiv Radio Caracas fil-Venezuela

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  Billi l-pluraliżmu fil-media u l-libertà ta' l-espressjoni jikkostitwixxu element indispensabbli tad-demokrazija;

B.   billi l-libertà tal-media hija ta' importanza fundamentali għad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, peress li għandha rwol essenzjali fil-garazija tal-libertà ta' l-espressjoni ta' l-opinjonijiet u l-ideat u fil-kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoni effettiva ta' l-individwu fil-proċessi demokratiċi,

C.   billi ma ġietx imġedda l-liċenzja għax-xandir tal-grupp awdjoviżiv privat Radio Caracas Televisión (RCTV), li ser tiskadi fis-27 ta' Mejju 2007, u dan jista' jfisser li din il-media ser tisparixxi u li t-3000 impjegat li hija tħaddem ser jitilfu xogħolhom;

D.   billi n-nuqqas ta' tiġdid tal-liċenzja ta' din il-media awdjoviżiva, li hija waħda mill-eqdem u mill-iktar importanti fil-Venezuela, ser iċaħħad lil parti kbira mill-pubbliku minn informazzjoni pluralista u jmur kontra d-dritt ta' l-istampa li tikkritika lill-awtorita',

E.   billi l-President tal-Venezuela, Hugo Chávez, ħabbar li ma kienx ser iġedded il-liċenzja ta' l-RCTV li ser tiskadi fis-27 ta' Mejju 2007,

F.   billil-RCTV, meta jitqiesu d-dikjarazzjonijiet tal-gvern tal-Venezuela, hija l-unika media kkonċernata minn din il-miżura li ma jiġix imġedded il-kuntratt;

G.   billi, fl-Artikoli 57 u 58 tagħha, il-Kostituzzjoni tal-Venezuela tiggarantixxi d-drittijiet għal-libertà ta' l-espressjoni, għall-komunikazzjoni u għall-informazzjoni,

H.   billi l-Venezuela huwa firmatarju tal-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivli u Politiċi, tal-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u tal-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

I.   billi t-Tribunal Suprem tal-ġustizzja tal-Venezuela, li tressaq quddiemu appell min-naħa ta' l-RCTV, ma osservax l-iskadenza legali biex huwa jagħti d-deċiżjoni tagħha;

J.   billi, jekk l-awtoritajiet jikkunsidraw li dan huwa neċessarju, l-imġiba li biha qed tiġi akkużata d-diriġenza ta' l-RCTV għandha tagħti lok għal proċedura ġudizzjarja ordinarja;

K.   billi l-avviż fir-rigward ta' din id-deċiżjoni, magħmula pubblika fit-28 ta' Diċembru 2006 mill-Kap ta' l-Istat innifsu jistabbilixxi preċedent allarmanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà ta' l-espressjoni f'dan il-pajjiż;

1.  Ifakkar lill-gvern tal-Venezuela li huwa għandu jirrispetta u jiżgura r-rispett tal-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà ta' l-opinjoni u l-libertà ta' l-istampa, hekk kif tobbligah il-Kostituzzjoni tiegħu stess, il-Karta Demokratika Interamerikana, il-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,li tagħhom huwa firmatarju;

2.  Jitlob lill-gvern tal-Venezuela sabiex, f'isem il-prinċipju ta' imparzjalità ta' l-Istat, jiggarantixxi trattament ġuridiku indaqs għall-medias kollha, pubbliċi jew privati, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni politika jew ideoloġika;

3.  Jitlob li jkun hemm djalogu bejn il-gvern u l-media privati tal-Venezuela filwaqt illi jiddispjaċih ħafna li l-awtoritajiet tal-Venezuela, b'mod ġenerali, ma juru l-ebda xewqa li jiddjalogaw, u b'mod partikulari fil-każ ta' l-RCTV;

4.   jitlob għalhekk lid-delegazzjonijiet u lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew sabiex jeżaminaw din il-kwistjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani, lill-Assemblea Euro-Latina-Amerikana, lill-Parlament tal-Mercosur, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezuela.

Avviż legali - Politika tal-privatezza