Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0806(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0204/2007

Testi mressqa :

A6-0204/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2007 - 5.3
CRE 07/06/2007 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0221

Testi adottati
PDF 200kWORD 34k
Il-Ħamis, 7 ta' Ġunju 2007 - Brussell
Applikazzjoni ta' l-aquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen *
P6_TA(2007)0221A6-0204/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-aquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (9032/2007 – C6-0119/2007 – 2007/0806(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (9032/2007)(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta" l-Adeżjoni ta'l-2003(2), li skond dan, il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0119/2007),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0204/2007),

1.  Japprova l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda li jemenda t-test imressaq għall-konsultazzjoni b'mod sustanzjalii;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

Avviż legali - Politika tal-privatezza