Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0202(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0205/2007

Testi mressqa :

A6-0205/2007

Dibattiti :

PV 06/06/2007 - 17
CRE 06/06/2007 - 17

Votazzjonijiet :

PV 07/06/2007 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0230

Testi adottati
PDF 704kWORD 314k
Il-Ħamis, 7 ta' Ġunju 2007 - Brussell
Protezzjoni ta' data personali *
P6_TA(2007)0230A6-0205/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (Konsultazzjoni Mġedda) (7315/2007 – C6-0115/2007 – 2005/0202(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kunsill (7315/2007),

–   wara li kkunsidra l-emendi tal-Kunsill (7315/1/2007),

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (COM(2005)0475),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta" Settembru 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 30, 31 u 34(2)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0115/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0205/2007),

1.  Japprova il-proposta mill-Kunsill kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta l-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tiegħu b'mod sostanzjali;

5.  Jiddispjaċih ħafna għan-nuqqas ta" kunsens fil-Kunsill dwar il-kamp ta" applikazzjoni mwessa" tad-Deċiżjoni Kwadru, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipproponu l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha għal data pproċessata fuq livell nazzjonali wara l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tad-Deċiżjoni Kwadru u mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha sabiex tkun żgurata l-koerenza tar-regoli tal-ħarsien tad-data fl-Unjoni Ewropea;

6.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jappoġġjaw b'mod formali l-ħmistax-il prinċipju relatati mal-ħarsien tad-data personali pproċessata fil-qafas ta" koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex tkun interpretata bħala miżura li tirrikjedi li l-Istati Membri jnaqqsu l-livell ta" ħarsien li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom l-għan li jestendu l-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja.
Emenda 2
Premessa 10 a (ġdida)
(10a)  B'referenza għad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta" Marzu 2006 dwar iż-żamma tad-data maħluqa jew ipproċessata fir-rigward tad-dispożizzjoni ta" servizzi ta" komunikazzjoni elettronika jew netwerks ta" komunikazzjoni pubblika li huma disponibbli għall-pubbliku1, li tagħti dispożizzjoni biex data miżmuma minn persuni privati tkun disponibbli għall-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta" reati serji, għandu jkun hemm livell minimu ta" armonizzazzjoni ta" l-obbligi ta" persuni individwali privati li jipproċessaw data bħala parti mir-responsabilitajiet tagħhom fis-servizz pubbliku; ir-regoli li jippermettu aċċess għal tali data mill-awtoritajiet kompetenti ta" Stat Membru għandhom ikunu armonizzati wkoll.
____________
1 ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.
Emenda 3
Premessa 12
(12)  Meta tiġi ttrasferita data personali minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi jew korpi internazzjonali, din id-data għandha, fil-prinċipju, tgawdi minn livell adegwat ta' protezzjoni.
(12)  Meta tiġi ttrasferita data personali minn Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għal pajjiżi terzi jew korpi internazzjonali, din id-data trid tgawdi minn livell adegwat ta' protezzjoni.
Emenda 4
Premessa 13
(13)  Jista' jkun meħtieġ li s-suġġetti tad-data jkunu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom, speċjalment fejn ikun hemm invażjoni partikolarment serja tad-drittijiet tagħhom bħala riżultat ta' miżuri sigrieti għall-ġbir tad-data, sabiex ikun żgurat li s-suġġetti tad-data jkun jista' jkollhom protezzjoni legali effettiva.
(13)  Suġġetti tad-data għandhom, mingħajr dewmien, jkunu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom, speċjalment fejn ikun hemm invażjoni partikolarment serja tad-drittijiet tagħhom bħala riżultat ta' miżuri sigrieti għall-ġbir tad-data, sabiex ikun żgurat li s-suġġetti tad-data jkun jista' jkollhom protezzjoni legali effettiva.
Emenda 5
Premessa 14
(14)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali mingħajr ma jkun ipperikolat l-iskop ta' stħarriġ kriminali, huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti d-drittijiet tas-suġġett tad-data.
(14)  Jeħtieġ li jiġu definiti d-drittijiet tas-suġġett tad-data, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tad-data personali mingħajr ma jkun ipperikolat l-iskop ta' stħarriġ kriminali.
Emenda 6
Premessa 15
(15)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' l-ipproċessar, dwar ir-responsabbiltà u s-sanzjonijiet għal użu illegali minn awtoritajiet kompetenti kif ukoll ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli għas-suġġett tad-data.<0} {0><}100{>Madankollu, hu f'idejn kull Stat Membru biex jiddetermina n-natura tar-regoli tiegħu dwar id-danni u dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-vjolazzjonijiet ta' dispożizzjonijiet interni dwar il-protezzjoni tad-data.<0}
(15)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' l-ipproċessar, dwar ir-responsabiltà u s-sanzjonijiet għal użu illegali minn awtoritajiet kompetenti kif ukoll ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli għas-suġġett tad-data. Madankollu, hija r-responsabiltà ta' kull Stat Membru biex jiddetermina n-natura tar-regoli tiegħu dwar id-danni u dwar is-sanzjonijiet, inklużi pieni kriminali, applikabbli għall-vjolazzjonijiet ta' dispożizzjonijiet interni dwar il-protezzjoni tad-data.
Emenda 7
Premessa 16
(16)  Il-ħolqien fl-Istati Membri ta' awtoritajiet ta' kontroll, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b'indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.
(16)  Il-ħatra fl-Istati Membri ta' awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b'indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja bejn l-Istati Membri. Il-funzjonijiet ta' dawn l-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali għandhom jiġu assenjati lill-awtoritajiet ta" kontroll tad-data nazzjonali stabbiliti f'konformità ma' l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 8
Premessa 17
(17)  Tali awtoritajiet għandu jkollhom il-mezzi neċessarji biex iwettqu d-doveri tagħhom, inkluż poteri ta' investigazzjoni u intervent, b'mod partikolari f'każijiet ta' lmenti minn individwi, u poteri biex jimpenjaw ruħhom fi proċedimenti legali.<0} {0><}100{>Dawn l-awtoritajiet għandhom jgħinu biex jiżguraw trasparenza ta' pproċessar fl-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni fuqhom.<0} {0><}100{>Madankollu, il-poteri tagħhom m'għandhomx jinterferixxu fir-regoli speċifiċi stabbiliti għall-proċedimenti kriminali jew fl-indipendenza tal-ġudikatura.
(17)  Tali awtoritajiet għandu jkollhom il-mezzi neċessarji biex iwettqu d-doveri tagħhom, inkluż poteri ta' investigazzjoni u intervent, b'mod partikolari f'każijiet ta' lmenti minn individwi, u poteri biex jibdew u altrimenti jimpenjaw ruħhom fi proċedimenti legali. Dawn l-awtoritajiet għandhom jgħinu biex jiżguraw trasparenza ta' pproċessar fl-Istati Membri li għandhom ġurisdizzjoni fuqhom. Madankollu, il-poteri tagħhom m'għandhomx jinterferixxu fir-regoli speċifiċi stabbiliti għall-proċedimenti kriminali jew fl-indipendenza tal-ġudikatura.
Emenda 9
Premessa 18
(18)  Id-Deċiżjoni Kwadru għandha wkoll l-għan li tgħaqqad flimkien il-korpi ta' kontroll eżistenti għall-protezzjoni tad-data, li s'issa ġew stabbiliti separatament għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, l-Europol, l-Eurojust, u s-Sistema ta' Informazzjoni tad-Dwana tat-tielet pilastru, f'awtorità ta' kontroll għall-protezzjoni tad-data waħda.<0} {0>could, where appropriate<}99{>Għandha tinħoloq awtorità ta' kontroll waħda, li tista', fejn adatt, taġixxi wkoll f'kapaċità konsultattiva.<0} {0><}99{>Awtorità ta' kontroll waħda tippermetti li t-titjib fil-protezzjoni tad-data tat-tielet pilastru javvanza b'mod deċiżiv.
(18)  Id-Deċiżjoni Kwadru għandha wkoll l-għan li tgħaqqad flimkien il-korpi ta' kontroll għall-protezzjoni tad-data li jeżistu fuq livell Ewropew, li s'issa ġew stabbiliti separatament għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, l-Europol, l-Eurojust, u s-Sistema ta' Informazzjoni tad-Dwana tat-tielet pilastru, f'awtorità ta' kontroll għall-protezzjoni tad-data waħda. Għandha tinħoloq awtorità ta' kontroll waħda, li għandha, fejn xieraq, taġixxi wkoll f'kapaċità konsultattiva. Awtorità ta' kontroll waħda tippermetti li t-titjib fil-protezzjoni tad-data tat-tielet pilastru javvanza b'mod deċiżiv.
Emenda 10
Premessa 18 a (ġdida)
(18a)  Dik l-awtorità ta" kontroll konġunta għandha tiġbor l-awtoritajiet ta" kontroll nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Emenda 11
Premessa 22
(22)  Huwa xieraq li din id-Deċiżjoni Kwadru tapplika wkoll għad-data personali li hija pproċessata fil-qafas tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u l-iskambju relatat ta' informazzjoni supplimentari skond id-Deċiżjoni ĠAI/2006/... dwar l-istabbiliment, l-operat u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.
(22)  Huwa xieraq li din id-Deċiżjoni Kwadru tapplika wkoll għad-data personali li hija pproċessata fil-qafas tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u l-iskambju relatat ta' informazzjoni supplimentari skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/.../JHA tal-... dwar l-istabbiliment, l-operat u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) u fil-qafas tas-Sistema ta" Infromazzjoni tal-Visa skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/.../JHA dwar l-aċċess għal finijiet ta" konsultazzjoni għas-Sistema ta" Informazzjoni tal-Visa (VIS) mill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri responsabbli mis-sigurta' interna u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra.
Emenda 12
Premessa 25 a (ġdida)
(25a)  Bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħqu l-obbligi internazzjonali ta" l-Istati Membri, din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex tkun interpretata bħala li tiggarantixxi livell ta" ħarsien inqas minn dak li jirriżulta mill-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill ta" l-Ewropa u l-Protokoll Addizzjonali tagħha jew mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali jew il-każistika relatata magħha. B'mod simili, f'konformità ma" l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea, b'referenza partikolari għall-Artikoli 1, 7, 8 u 47 tagħha, l-interpretazzjoni tal-livell ta" ħarsien stipulat f'din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkun l-istess bħal dik stipulata minn dawk iż-żewġ Konvenzjonijiet.
Emenda 13
Premessa 26 a (ġdida)
(26a)  Din id-Deċiżjoni Kwadru hija biss l-ewwel pass lejn qafas aktar komprensiv u konsistenti għall-ħarsien tad-data personali użata għal raġunijiet ta" sigurtà. Qafas bħal dan jaf ikun imsejjes fuq il-prinċipji annessi ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 14
Premessa 32
(32)  Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.<0} {0><}99{>Din id-Deċiżjoni Kwadru tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data personali fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,
(32)  Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni Kwadru tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data personali fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li huma espressjonijiet speċifiċi tad-dritt għad-dinjità tal-bniedem imħaddan fl-Artikolu 1 tal-Karta, li l-Artikolu 47 tagħha tiggarantixxi wkoll id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust.
Emenda 15
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  L-għan ta' din id-Deċiżjoni Kwadru hu li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi, u b'mod partikolari l-privatezza, ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'kwistjonijiet kriminali, prevista mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jkun ggarantit livell għoli ta' sigurtà pubblika.<0}
1.  L-għan ta' din id-Deċiżjoni Kwadru hu li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari l-privatezza, ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, prevista mit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 17
Artikolu 1, paragrafu 2
2.  L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom, b'konformità ma' din id-Deċiżjoni Kwadru, jiggarantixxu li d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi, u b'mod partikolari l-privatezza, tas-suġġetti tad-data jkunu protetti bis-sħiħ meta tiġi trasmessa data personali bejn l-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet u l-korpi stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew ipproċessati ulterjorment għall-istess fini mill-Istat Membru jew istituzzjonijiet u korpi destinatarji stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.  L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom, b'konformità ma' din id-Deċiżjoni Kwadru, jiggarantixxu li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari l-privatezza, tas-suġġetti tad-data jkunu protetti bis-sħiħ meta tiġi trasmessa data personali bejn l-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet u l-korpi stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew ipproċessati ulterjorment għall-istess fini mill-Istat Membru jew istituzzjonijiet u korpi destinatarji stabbiliti abbażi ta' atti tal-Kunsill skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 16
Artikolu 1, paragrafu 4
4.  L-awtoritajiet jew uffiċċji oħrajn li jittrattaw speċifikament kwistjonijiet ta' sigurtà nazzjonali ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
imħassar
Emenda 18
Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti bil-għan li testendi l-kamp ta' applikazzjoni biex ikopri l-ipproċessar ta" data personali fil-qafas ta" koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fuq livell nazzjonali.
Emenda 19
Artikolu 2, punt (g)
(g) "il-kunsens tas-suġġett tad-data" għandha tfisser kwalunkwe indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqat tiegħu mogħtija liberament mis-suġġett tad-data li biha juri l-qbil tiegħu li tiġi pproċessata d-data personali dwaru;
imħassar
Emenda 20
Artikolu 2, punt (k)
k) "tagħmel anonomu" għandha tfisser il-modifika ta' data personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti jew ikunu jistgħu jiġu attribwiti biss b'investiment sproporzjonat ta' ħin, nefqa u xogħol lil individwu identifikat jew identifikabbli.<0}
k) "tagħmel anonimu" għandha tfisser il-modifika ta' data personali b'tali mod li d-dettalji dwar ċirkostanzi personali jew materjali ma jkunux jistgħu jiġu aktar attribwiti lil individwu identifikat jew identifikabbli.
Emenda 21
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  Id-data personali tista' tinġabar biss mill-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet leġittimi stabbiliti espliċitament skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tista' tiġi biss ipproċessata għall-istess għan li għalih tkun inġabret id-data.<0} {0>essential andand must not be excessive.<}98{>L-ipproċessar tad-data jrid ikun essenzjali għal dan il-għan, u m'għandux ikun eċċessiv.
1.  Id-data personali tista' tinġabar biss mill-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet leġittimi stabbiliti espliċitament skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tista' tiġi pproċessata biss b'mod ġust u legali għall-istess għan li għalih tkun inġabret id-data. L-ipproċessar tad-data jrid ikun meħtieġ, xieraq u proporzjonali, għal dan il-għan.
Emenda 22
Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Id-data personali għandha tkun evalwata b'kunsiderazzjoni għall-iskala ta' preċiżjoni jew affibabilità tagħha, is-sorsi tagħha, il-kategoriji tas-suġġetti tad-data, l-iskop li għalihom hija pproċessata u l-fażi li fiha hija użata. Data li mhix korretta jew mhix sħiħa għandha titħassar jew tkun rettifikata.
Emenda 23
Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid)
1b. 'Data mining' u kwalunkwe forma ta' proċessar fuq skala kbir ta' kwantita kbira ta' data personali, b'mod partikolari fejn tkun relatata ma' persuni mhux suspettati, inkluż it-trasferiment ta' data bħal din lil kontrollur differenti, se jkunu permessi biss jekk isiru b'konformità mar-riżultati ta' eżaminazzjoni magħmula minn awtorità ta' sorveljanza jew qabel il-bidu tagħhom jew fil-kuntest tal-preparazzjoni ta' miżura leġiżlattiva.
Emenda 24
Artikolu 3, paragrafu 1 c (ġdid)
1c.  Data personali għandha tkun ipproċessata billi jkunu separati l-fatti u l-evalwazzjonijiet oġġettivi mill-opinjonijiet jew l-evalwazzjonijiet personali, u d-data relatata mal-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati miżmuma b'mod legali għal skopijiet amministrattivi.
Emenda 25
Artikolu 3, paragrafu 2, punt (c)
c) l-ipproċessar ikun essenzjali u xieraq għal dak il-għan.
c) l-ipproċessar ikun meħtieġ, xieraq u proporzjonali għal dak il-għan.
Emenda 26
Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data personali disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta" Stati Membri oħrajn tkun verifikata b'mod regolari sabiex ikun żgurat li d-data li jsir aċċess għaliha tkun preċiża u aġġornata. Stati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali li ma għandhiex preċiża jew aġġornata ma tkunx trasmessa jew issir disponibbli.
Emenda 27
Artikolu 7
L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija f'trejd unjon u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ u meta jkunu pprovduti salvagwardji addizzjonali.
L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew l-adeżjoni ma' trejdjunjin u l-ipproċessar ta' data personali li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit.
Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta" din id-data jista" jsir :
- jekk hemm dispożizzjoni fil-liġi għall-ipproċessar, wara awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja kompetenti, skond il-każ, u jkun meħtieġ b'mod assolut għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba jew il-prosekuzzjoni ta" reati terroristiċi u ta" reati kriminali serji oħrajn,
- jekk l-Istati Membri jipprovdu għal salvagwardji speċifiċi xierqa, pereżempju aċċess għad-data kkonċernata għal persunal biss li huwa responsabbli għal ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar.
Dawn il-kategoriji speċifiċi ta" data ma għandhomx jiġu pproċessati b'mod awtomatiku sakemm il-liġi domestika tipprovdi salvagwardji xierqa. L-istess kundizzjoni għandha tapplika għad-data personali relatata ma" sentenzi kriminali.
Emenda 28
Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jipprovdu salvagwardji xierqa bbażati fuq verifikar minn qabel rigward operazzjonijiet ta' ipproċessar li x'aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, bħal b'mod partikolari l-ipproċessar ta' profili tad-DNA, ta' data bijometrika, ta' data ta' persuni mhux suspettati u l-użu ta' tekniki ta' sorveljanza partikolari jew teknoloġiji ġodda.
Emenda 29
Artikolu 10, paragrafu 1
1.  Wara li jittrasmetti d-data, il-korp li jittrasmetti għandu jindika l-iskadenzi għaż-żamma tad-data previsti taħt id-dritt nazzjonali, fejn wara li dawn jiskadu d-destinatarju għandu wkoll iħassar id-data jew reviżjoni irrispettivament ta' jekk tkunx meħtieġa jew le.<0} {0><}100{>Irrispettivament ta' dawn l-iskadenzi, id-data trasmessa għandha titħassar ladarba ma tkunx aktar meħtieġa għall-għan li għalih kienet trasmessa jew li għalih setgħet tiġi pproċessata ulterjorment b'mod konformi ma' l-Artikolu 11.<0}
1.  Wara li jittrasmetti d-data, il-korp li jittrasmetti għandu jindika l-iskadenzi għaż-żamma tad-data previsti skond id-dritt nazzjonali, fejn wara li dawn jiskadu d-destinatarju għandu wkoll iħassar id-data jew ir-reviżjoni irrispettivament jekk tkunx meħtieġa jew le għall-każ speċifiku li għall-fini tiegħu id-data kienet trażmessa u għandu jinforma l-awtorità ta" kontroll u l-korp ta' trażmissjoni. Irrispettivament ta' dawn l-iskadenzi, id-data trażmessa għandha titħassar ladarba ma tkunx aktar meħtieġa għall-għan li għalih kienet trasmessa jew li għalih setgħet tiġi pproċessata ulterjorment b'mod konformi ma' l-Artikolu 12.
Emenda 30
Artikolu 11, paragrafu 1
1.  It-trasmissjonijiet kollha ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li jiżgura l-integrità u s-sigurtà kif suppost tad-data.
1.  It-trasmissjonijiet kollha ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li jiżgura l-integrità u s-sigurtà kif suppost tad-data, kif inhu l-aċċess kollha għal data bħal din.
Emenda 31
Artikolu 12, paragrafu 1, introduzzjoni
1.  Id-data personali li tasal jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tsta' tiġi pproċessata ulterjorment biss għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa :
1.  Data personali li tasal jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi pproċessata ulterjorment biss permezz tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa:
Emenda 32
Artikolu 12, paragrafu 1, punt (a)
(a) il-prevenzjoni, l-istħarriġ, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali minbarra dawk li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli;
(a) il-prevenzjoni, l-istħarriġ, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fl-istess qasam jew l-esekuzzjoni ta' pieni kriminali minbarra dawk li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli;
Emenda 33
Artikolu 12, paragrafu 1, punt (d)
(d) kwalunkwe għan ieħor bil-kunsens biss minn qabel ta' l-awtorità kompetenti li tkun ittrasmettiet jew għamlet disponibbli d-data personali, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata ma tkunx kisbet il-kunsens tas-suġġett tad-data,
(d) kwalunkwe għan ieħor speċifikat, sakemm dan ikun leġittimu u mhux eċċessiv meta relatat ma' l-għan li għalih ġiet irreġistrat skond l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta-Data Personali (minn issa 'l quddiem imsejjħa "Konvenzjoni 108"), imma biss bil-kunsens minn qabel ta' l-awtorità kompetenti li mingħandha waslet id-data jew li għamlet id-data personali disponibbli,
Emenda 34
Artikolu 12, paragrafu 1, l-aħħar subparagrafu
u fejn ikunu sodisfatti l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3(2). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jużaw id-dejta personali trasmessa għal għanijiet storiċi, ta' statistika jew xjentifiċi, sakemm l-Istati Membri jipprovdu salvagwardji adatti, bħal per eżempju, li d-data ssir anonima.
u fejn jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3(2). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jużaw id-data personali trasmessa għal għanijiet storiċi, ta' statistika jew xjentifiċi, sakemm l-Istati Membri jifformulaw id-data anonima.
Emenda 35
Artikolu 12, paragrafu 2
2.
2.  Eċċezzjonijiet li jqumu wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, li jkunu differenti minn dawk indikati fil-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi biss f'każijiet straordinarji, fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-Kusnill speċifika, sostanzjata sew wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Emenda 36
L-awtorità li tittrasmetti għandha tinforma lid-destinatarju bir-restrizzjonijiet ta' pproċessar applikabbli taħt il-liġi nazzjonali tagħha fir-rigward ta' l-iskambju ta' data bejn l-awtoritajiet kompetenti f'dak l-Istat Membru.<0} {0>.<}99{>Id-destinatarju għandu wkoll jikkonforma ma' dawn ir-restrizzjonijiet ta' pproċessar.
L-awtorità li titrasmetti d-data għandha tinforma r-reċipjent bir-restrizzjonijiet ta' l-ipproċessar applikabbli taħt il-liġi nazzjonali tagħha dwar l-iskambju ta' data bejn l-awtoritajiet kompetenti f'dak l-Istat Membru. Min jirċievi għandu jikkonforma wkoll ma dawn ir-restrizzjonijiet ta' pproċessar jew japplika l-liġi nazzjonali tiegħu jekk din ta' l-aħħar toffri aktar protezzjoni
Emenda 37
Artikolu 14
Data personali li tasal jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi ttrasferita lil Stati terzi jew korpi internazzjonali biss jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri li ttrasmettiet id-data tkun tat il-kunsens tagħha għat-trasferiment b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħaha.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali tista' tkun trasferita f'pajjiżi terzi jew lil korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti bi ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk
(a) tali trasferiment huwa neċessarju għall-prevenzjoni, l-istħarriġ, is-sejba jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra,
(b) l-awtorità li tirċievi fil-pajjiż terz jew il-korp jew organizzazzjoni internazzjonali li tirċievi, hija responsabbli mill-prevenzjoni, l-istħarriġ, is-sejba jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali,
(c) l-Istati Membru minn fejn tkun ġiet id-data jkun ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment skond il-liġi nazzjonali tiegħu, u
(d) il-pajjiż terz jew il-korp internazzjonali kkonċernat jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għad-data li se tiġi pproċessata skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta' individwji fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali dwar awtoritajiet superviżorji u ċaqliq transkonfinali ta' data, u l-każistika korrispondenti skond l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu reġistri ta' trasferimenti bħal dawn u jippubblikawhom lill-awtoritajiet nazzjonali għal protezzjoni tad-data wara talba.
Emenda 38
Artikolu 14, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Il-Kunsill, li jaġixxi fuq il-bażi ta' opinjoni meħuda mill-awtorità superviżorja konġunta kif stipulat fl-Artikolu 26, u wara li kkonsulta l-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jista' jistabbilixxi li pajjiż terz jew korp internazzjonali għandu jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni tal-privacy u tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali ta' l-individwu permezz tal-leġiżlazzjoni domestika jew il-ftehimiet internazzjonali.
Emenda 39
Artikolu 14, paragrafu 1 b (ġdid)
1b.  Bħala eċċezzjoni, imma skond il-prinċipji tal-jus cogens, id-data personali tista' tingħadda lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew lil korpi internazzjonali li ma jiżgurawx livell xieraq ta' protezzjoni jew fejn dan il-livell ta' protezzjoni ma jkunx żgurat, fil-każ ta' ħtieġa assoluta sabiex ikunu protetti l-interessi essenzjali ta' Stat Membru jew ikunu evitati theddidiet serji imminenti għas-sikurezza pubblika jew għas-sikurezza ta' persuna jew aktar b'mod partikulari. F'dan il-każ, id-data personali tista' tkun proċessata min-naħa li tirċievi biss jekk dan ikun assolutament neċessarju għall-għan speċifiku li għalieh ingħatat id-data. Tali trasferimenti ta' data għandhom ikunu notifikati lill-awtorità superviżorja kompetenti.
Emenda 40
Artikolu 14 a (ġdid)
Artikolu 14a
Trażmissjoni lill-awtoritajiet minbarra awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali tista' tkun trażmessa lill-awtoritajiet ta' Stat Membru minflok lil awtoritajiet kompetenti biss f'każijiet individwali partikulari u ġustifikati b'mod xieraq u f'każ li jintlaħqu r-rekwiżiti kollha li jmiss:
(a) it-trażmissjoni hija soġġetta għal obbligu jew awtorizzazzjoni legali ċara;
(b) it-trażmissjoni hija
- meħtieġa għall-iskop speċifiku li għalih inġabret, ġiet trażmessa jew kienet disponibbli d-data kkonċernata, jew għall-iskop tal-prevenzjoni, ta' l-investigazzjoni, is-sejba jew il-persekuzzjoni ta' offiżi kriminali jew għall-iskop tal-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika jew għal persuna, minbarra fejn kunsiderazzjonijiet bħal dawn ikunu sekondarji għall-ħtieġa li jkunu protetti l-interessi jew id-drittijiet fundamentali ta' min hu suġġett tad-data,
(c) it-ttrasmissjoni hija meħtieġa minħabba li d-data kkonċernata hija indispensabbli għall-awtorità li għaliha se tkun trażmessa aktar data biex tippermettilha tilħaq il-ħidma legali tagħha stess u dejjem jekk l-iskop tal-ġbir jew l-ipproċessar li se jitwettaq minn din l-awtorità ikun kompatibbli ma' l-ipproċessar oriġinali, u l-obbligi legali ta' l-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li titrażmetti d-data m'humiex kuntrarju għal dan
Emenda 41
Artikolu 14 b (ġdid)
Artikolu 14b
Trażmissjoni lill-persuni privati
Mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali ta' proċedura kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li data personali tkun trasmessa lil persuni privati fi Stat Membru jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha biss li jmiss:
(a) it-trażmissjoni tagħha hija s-suġġett ta' obbligu jew ta' awtorizzazzjoni legali ċara;
(b) it-trażmissjoni tagħha hija meħtieġa biex jinkiseb l-iskop li għalih id-data konċernata nġabret, kienet trażmessa jew ippubblikata, jew għall-iskopijiet li jkunu evitati jew misjuba offiżi kriminali, jew investigazzjoni jew prosekuzzjoni relatati magħhom, jew biex ikun evitat theddid għas-sikurezza pubblika jew għal persuna, minbarra fejn il-ħtieġa li jkunu protetti l-interessi jew id-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data tieħu preċedenza fuq dan it-tip ta' analiżi.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw u jipproċessaw data personali kkontrollata minn persuni privati biss każ b'każ, f'ċirkustanzi preċiżi, għal raġunijiet speċifiċi u suġġetti għal kontroll ġudizzjarju fl-Istati Membri.
Emenda 42
Artikolu 14 c (ġdid)
Artikolu 14c
L-ipproċessar ta' data minn persuni privati meta jwettqu mandat tas-servizz pubbliku
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri għandha tipprovdi li, fejn persuni privati jiġbru u jipproċessaw data bħala parti minn mandat tas-servizz pubbliku, huma jkunu suġġetti għal rekwiżiti li jkunu, mill-inqas, ekwivalenti għal jew inkella jkunu aktar minn dawk imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 43
Artikolu 16
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-suġġett tal-ġbir tad-data personali bil-fatt li d-data relatata miegħu tkun qed tiġi pproċessata, bil-kategoriji ta' data involuti u bl-għan ta' l-ipproċessar, sakemm il-provvediment ta' tali informazzjoni juri, fil-każ partikolari, li jkun inkompatibbli ma' l-għanijiet permissibbli ta' l-ipproċessar, jew jinvolvi sforz sproporzjonat meta mqabbel ma' l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.
Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwar il-fatt li d-data personali tagħha qiegħda tkun ipproċessata, dwar il-kategoriji tad-data kkonċernata, dwar l-identità tal-kontrollur u/jew ir-rappreżentant tiegħu jekk ikollu, dwar il-bażi legali u l-iskopijiet għall-ipproċessar, dwar l-eżistenza tad-dritt għall-aċċess u r-ratifikazzjoni tad-data li tikkonċerna lilha, sakemm id-dispożizzjoni ta' informazzjoni bħal din ma tkunx impossibbli jew inkompatibbli ma' l-iskopijiet ta' l-ipproċessar jew tinvolvi sforz sproporzjonat b'relazzjoni ma' l-interessi tal-persuna kkonċernata, jew fejn il-persuna kkonċernata diġà jkollha dik l-informazzjoni.
Emenda 44
Artikolu 17, Paragrafu 1, Punt (b a) (ġdid)
(ba) l-iskopijiet li għalihom id-data tiġi pproċessata u kkomunikata;
Emenda 45
Artikolu 17, Paragrafu 2, Punt (a)
a) ikun ifixkel it-twettiq tajjeb tal-kompiti ta' l-awtorità kompetenti;
a) ikun ifixkel operazzjoni fis-seħħ;
Emenda 46
Artikolu 17, Paragrafu 2, Punt (b)
ikun ifixkel l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika jew ikun altrimenti ta' ħsara għall-interessi nazzjonali;
imħassar
Emenda 47
Artikolu 17, Paragrafu 2, Punt (c)
c) id-data jew il-fatt tal-ħażna tagħha għandhom jinżammu sigriet skond dispożizzjoni legali jew minħabba n-natura tagħha, b'mod partikolari minħabba l-interessi superjuri ta' parti terza;
c) id-data jew il-fatt tal-ħażna tagħha għandhom jinżammu sigrieti skond dispożizzjoni legali jew minħabba n-natura tagħha;
Emenda 48
Artikolu 18, Paragrafu 1
1.  Is-suġġett tad-data huwa intitolat li jistenna mill-awtorità kompetenti li din tissodisfa d-dmirijiet tagħha fir-rigward tar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta' data personali li toħroġ minn din id-Deċiżjoni Kwadru.
1.  Is-suġġett tad-data ser ikun intitolat li jistenna mill-awtorità kompetenti li din tissodisfa d-dmirijiet tagħha fir-rigward tar-rettifika, tat-tħassir jew ta' l-imblukkar ta' data personali li toħroġ minn din id-Deċiżjoni Kwadru. Is-suġġett tad-data huwa intitolat ukoll għall-aċċess u r-rettifika tad-data tiegħu stess.
Emenda 49
Artikolu 20
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih jista' jsir provvediment qabel ma ssir referenza lill-awtorità ġudizzjarja, is-suġġett tad-data għandu jkollu l-opportunità li jfittex rimedju ġudizzjarju għall kwalunkwe ksur tad-drittijiet iggarantiti lilu mil-liġi nazzjonali applikabbli.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih jista' jsir provvediment qabel ma ssir referenza lill-awtorità ġudizzjarja, is-suġġett tad-data għandu jkollu l-opportunità li jfittex rimedju ġudizzjarju għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet iggarantiti lilu mil-liġi nazzjonali applikabbli, li għandha tkun il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-awtorità kompetenti.
Emenda 50
Artikolu 21
Il-persuni li għandhom aċċess għal data personali li taqa' fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Kwadru jistgħu jipproċessaw biss tali data bħala membri jew fuq struzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti, sakemm ma jkunx hemm obbligi legali biex isir hekk. Il-persuni li jiġu msejħa biex jaħdmu għal awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandhom ikunu marbutin bir-regoli kollha għall-protezzjoni tad-data li japplikaw għall-awtorità kompetenti in kwistjoni.
Staff awtorizzat b'mod xieraq li għandhom aċċess għal data personali li taqa' fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni Kwadru jistgħu jipproċessaw biss tali data bħala membri jew fuq struzzjonijiet ta' l-awtorità kompetenti, sakemm ma jkunx hemm obbligi legali biex isir hekk. Staff awtorizzat b'mod xieraq li jiġu msejħa biex jaħdmu għal awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandhom ikunu marbutin bir-regoli kollha għall-protezzjoni tad-data li japplikaw għall-awtorità kompetenti in kwistjoni.
Emenda 51
Artikolu 22, Paragrafu 2, Punt (g)
g) jiżguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar tad-data u meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);
g) jiżguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet jew ġiet ipproċessata f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar tad-data u meta u minn min tkun iddaħħlet jew ġiet ipproċessata d-data (kontroll tad-dħul u l-ipproċessar);
Emenda 52
Artikolu 23, Parti introduttorja
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-ipproċessar ta' data personali għandha tkun soġġetta għal kontroll minn qabel mill-awtorità ta' kontroll kompetenti fejn:
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-ipproċessar tad-data personali jkun soġġett għal kontroll minn qabel u awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti kif stipulat fil-liġi nazzjonali u mill-awtorità ta' kontroll kompetenti fejn:
Emenda 53
Artikolu 24
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi pieni amministrattivi u/jew kriminali bi qbil mal-liġi nazzjonali li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 54
Artikolu 25, paragrafu 2, punt (c)
c) is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Kwadru jinkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji.<0} {0><}99{>Id-deċiżjonijiet ta' l-awtorità ta' kontroll li jwasslu għal ilmenti jista' jsir appell kontrihom permezz tal-qrati.
c) is-setgħa li tibda jew inkella li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Kwadru jinkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji. Id-deċiżjonijiet ta' l-awtorità ta' kontroll li jwasslu għal ilmenti jista' jsir appell kontriehom permezz tal-qrati.
Emenda 55
Artikolu 26, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-awtorità ta' kontroll konġunta għandha tinkludi l-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Emenda 56
Artikolu 26, paragrafu 2
2.  Il-kompożizzjoni, il-kompiti u l-poteri ta' l-awtorità ta' kontroll konġunta għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 34(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<0} {0>The joint supervisory authority shall in particular monitor the proper use of data processing programs by which personal data are to be processed and advise the Commission and Member States on any proposed amendment of this Framework Decision, on any additional or specific measures to safeguard the rights and freedoms of natural persons with regard to the processing of personal data for the purpose of the prevention, investigation, detection and prosecution of criminal offences and on any other proposed measures affecting such rights and freedoms.<}99{>L-awtorità ta' kontroll konġunta għandha b'mod partikolari tissorvelja l-użu tajjeb ta' programmi għall-ipproċessar ta' data li bihom trid tiġi pproċessata d-data personali u tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe emenda proposta ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, dwar kwalunkwe miżuri addizzjonali jew speċifiċi biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u dwar kwalunkwe miżura oħra proposta li taffettwa tali drittijiet u libertajiet.
2.  Il-kompiti u l-poteri ta' l-awtorità ta' kontroll konġunta għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill skond l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. L-awtorità ta' kontroll konġunta għandha b'mod partikolari tissorvelja l-użu tajjeb ta' programmi għall-ipproċessar ta' data li bihom trid tiġi pproċessata d-data personali u tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe emenda proposta ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, dwar kwalunkwe miżuri addizzjonali jew speċifiċi biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u dwar kwalunkwe miżura oħra proposta li taffettwa tali drittijiet u libertajiet.
Emenda 57
Artikolu 27
1.  Din id-Deċiżjoni Kwadru hi mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu u impenn li jorbot lill-Istati Membri jew lill-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' Stati terzi.
1.  Din id-Deċiżjoni Kwadru hi bla ħsara għal kwalunkwe obbligu u impenn li diġà kienu eżistenti li jorbtu lill-Istati Membri jew lill-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' ftehim bilaterali u/jew multilaterali ma' Stati terzi.
Emenda 58
Artikolu 27, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Kwalunkwe ftehima bilaterali u/jew multilaterali li tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni Kwadru;
Emenda 59
Artikolu 27 a (ġdid)
Artikolu 27a
Evalwazzjoni u reviżjoni
1.  Mhux aktar minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, flimkien ma' proposti għal kwalunkwe emenda li hija meħtieġa biex testendi l-qasam ta' applikazzjoni tagħha skond l-Artikolu 1(5a).
2.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-osservazzjonijiet imressqa mill-parlamenti u mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, mill-grupp ta' ħidma stabbilit permezz ta' l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-awtorità ta' kontroll konġunta msemmija fl-Artikolu 26 ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 60
Anness (ġdid)
Anness
15.  Prinċipji dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
Prinċipju 1
(Protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet)
1.  Id-data personali għandha tkun ipproċessata billi jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet, tal-libertajiet fundamentali u tad-dinjità tas-suġġetti tad-data, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.
Prinċipju 2
(Minimizzazzjoni)
1.  L-użu tad-data personali għandha tkun ikkonfigurata billi jiġi mminimizzat l-ipproċessar tagħhom jekk ir-raġunijiet imfittxa jistgħu jintlaħqu billi tintuża informazzjoni anonima jew mhux identifikabbli.
Prinċipju 3
(Trasparenza)
1.  L-ipproċessar tad-data personali għandha tkun trasparenti skond it-termini stipulati fil-liġi.
2.  It-tip tad-data u ta' l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar, il-perjodu rilevanti taż-żamma u l-identità tal-kontrollur u tal-proċessur/i għandhom jiġu speċifikati u magħmula disponibbli.
3.  Ir-riżultati milħuqa permezz ta' kategoriji diversi ta' ipproċessar li sar għandhom ikunu ppubblikati regolarment sabiex jiġi evalwat jekk l-ipproċessar huwiex ta' għajnuna aktar konkretament.
Prinċipju 4
(Leġitimità ta' ipproċessar)
1.  Id-data personali tista' tiġi pproċessata biss jekk dan hu stipulat f'liġi li tipprovdi li l-ipproċessar minn awtoritajiet kompetenti hu meħtieġ sabiex dawn l-awtoritajiet jilħqu l-obbligi leġittimi tagħhom.
Prinċipju 5
(Kwalità ta' data)
1.  Id-data personali għandha tkun:
-ipproċessata b'mod ġust u legali;
-miġbura għal raġunijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u m'għandhomx ikunu ipproċessati b'mod inkompatibbli ma' dawk ir-raġunijiet;
-xierqa, relevanti u mhux eċċessiva meta mqabbla mar-raġunijiet li għalihom ġiet miġbura u/jew ipproċessata aktar;
-korretta u, fejn meħtieġ, miżmuma aġġornata;
-miżmuma f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli meħtieġ għar-raġunijiet li għalihom id-data nġabret u/jew ipproċessata aktar, b'mod partikolari fejn id-data hija disponibbli 'on line'.
2.  Id-data personali għandha tkun evalwata b'kunsiderazzjoni għall-livell ta' preċiżjoni jew affidabilità tagħha, is-sorsi tagħha, il-kategoriji tas-suġġetti tad-data, l-iskop li għalihom hija pproċessata u l-fażi li fiha hija wżata. Se jittieħed kwalunkwe pass raġjonevoli sabiex ikun żgurat li data li mhix preċiża jew mhix kompluta tkun imneħħija jew irratifikata.
3. 'Data mining' u kwalunkwe forma ta' proċessar ta' kwantita kbira ta' data personali, b'mod partikolari fejn tkun relatata ma' persuni mhux suspettati, inkluż it-trasferiment ta' data bħal din lil kontrollur differenti, se jkunu permessi biss jekk isiru b'konformità mar-riżultati ta' eżaminazzjoni magħmula minn awtorità ta' sorveljanza jew qabel il-bidu tagħhom jew fil-kuntest tal-preparazzjoni ta' miżura leġiżlattiva.
4.  Data personali għandha tkun ipproċessata billi jkunu separati l-fatti u l-evalwazzjonijiet oġġettivi mill-opinjonijiet jew l-evalwazzjonijiet personali, u d-data relatata mal-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati mid-data miżmuma b'mod legali għal skopijiet amministrattivi.
5.  Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa qabel u wara skambju ta' data.
6.  Il-kontrollur għandu jieħu miżuri adegwati sabiex jiffaċilità r-rispett tal-prinċipji stipulati hawn, inkluż permezz ta' 'software' ad hoc, kif relatati wkoll man-notifika possibli tar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar għal destinatarji terzi.
Prinċipju 6
(Kategoriji speċjali ta' data)
1.  L-ipproċessar ta' data personali bbażata biss fuq l-iżvelar ta' l-oriġini razzjali jew etnika, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew l-adeżjoni ma' trejdjunjin u l-ipproċessar ta' data personali li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit. L-ipproċessar ta' din id-data tista' ssir biss jekk ikun assolutament neċessarju għall-iskop ta' inkjesta partikolari.
2.  Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jipprovdu salvagwardji xierqa bbażati fuq verifikar minn qabel rigward operazzjonijiet ta' ipproċessar li x'aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, bħal b'mod partikolari l-ipproċessar ta' profili tad-DNA, ta' data bijometrika, ta' data ta' persuni mhux suspettati u l-użu ta' tekniki ta' sorveljanza partikolari jew teknoloġiji ġodda.
Prinċipju 7
(Informazzjoni li tingħata lis-suġġett tad-data)
1.  Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwar il-fatt li d-data personali tagħha qed tiġi pproċessata, dwar il-kategoriji tad-data kkonċernata, dwar l-identità tal-kontrollur u/jew ir-rappreżentant tiegħu jekk ikollu, dwar il-bażi legali u l-iskopijiet għall-ipproċessar, dwar l-eżistenza tad-dritt għall-aċċess u r-rettifika tad-data li tikkonċerna lilha, sakemm id-dispożizzjoni ta' informazzjoni bħal din ma tkunx impossibbli jew inkompatibbli ma' l-iskopijiet ta' l-ipproċessar, jew tinvolvi sforz sproporzjonat meta mqabbel ma' l-interess tal-persuna kkonċernata, jew fejn il-persuna kkonċernata diġà għandha din l-informazzjoni.
2.  L-għoti ta' l-informazzjoni lill-persuna kkonċernata tista' tiġi ttardjata sakemm ikun meħtieġ sabiex ma ttellifx l-iskopijiet li għalihom id-data nġabret u/jew kienet ipproċessata aktar.
Prinċipju 8
(Dritt ta' aċċess għad-data u għar-rettifika)
1.  Il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb mingħand il-kontrollur, f'intervalli raġonevoli mingħajr diffikultà u mingħajr dewmien eċċessiv, is-segwenti:
a. il-konferma dwar jekk id-data dwarha hiex qed tiġi pproċessata u informazzjoni tallinqas dwar l-iskopijiet ta' l-ipproċessar, dwar il-kategoriji tad-data kkonċernati u dwar id-destinatarji jew il-kategoriji ta' destinatarji li lilhom tingħata d-data,
b. il-komunikazzjoni lilha f'forma intelliġibbli tad-data li qed tiġi pproċessata u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar is-sors tagħha;
c. it-tagħrif tal-loġika involuta fi kwalunkwe ipproċessar awtomatiku tad-data li jikkonċernaha tallinqas fil-każ tad-deċiżjonijiet awtomatizzati msemmija fil-prinċipju 9;
2.  Il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt:
a. li tirretifika jew, jekk xieraq, li tħassar id-data li tiġi pproċessata bi ksur ta' dawn il-prinċipji, b'mod partikolari minħabba n-natura inkompleta jew mhux korretta tad-data,
b. li t-terzi persuni li jkunu ngħataw id-data jiġu nnotifikati bi kwalunkwe rettifika jew tħassir li jkun sar skond il-paragrafu (a), ħlief jekk dan jirriżulta li jkun impossibli jew jinvolvi sforz sproporzjonat.
3.  Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi rifjutata jew ttardjata jekk ikun hemm bżonn tali rifjut jew dewmien:
a. għall-protezzjoni tas-sigurtà u l-ordni pubbliku jew biex ma jsirux reati; jew
b. għall-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali; jew
(c) għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta' terzi persuni.
Prinċipju 9
(Deċiżjonijiet individwali awtomatizzati)
1.  Kulħadd għandu dritt li ma jkunx suġġett ta' deċiżjoni li tipproduċi effetti legali li jikkonċernawh jew taffetwah b'mod sinifikanti u li hi bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat ta' data maħsuba biex tevalwa ċerti aspetti personali relatati miegħu.
2.  Suġġett għal prinċipji oħra, persuna tista' tkun soġġetta għal deċiżjoni tat-tip msemmija hawn jekk dik id-deċiżjoni tkun awtorizzata b'liġi li tistipula wkoll miżuri xierqa biex l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data jkunu salvagwardjati.
Prinċipju 10
(Kunfidenzjalità u sigurtà ta' l-ipproċessar)
1.  Il-kontrollur u kwalunkwe persuna li tkun taħdem taħt l-awtorità tiegħu m'għandhomx jikxfu jew b'xi mod ieħor jagħmlu disponibbli kwalunkwe data personali li għaliha l-aċċess hu meħtieġ minħabba x-xogħol tagħhom, ħlief jekk awtorizzati jew mitluba li jagħmlu hekk bil-liġi.
2.  Il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzativi xierqa biex jipproteġi d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew kontra l-liġi, it-telf aċċidentali jew il-kxif, il-bdil jew l-aċċess mhux awtorizzat jew il-forom l-oħra kollha illegali ta' ipproċessar. Dawn il-miżuri għandhom ikunu ta' livell xieraq għar-riskji riżultanti mill-ipproċessar u min-natura tad-data li jeħtieġ li tkun protetta, billi jiġu kkunsidrati wkoll il-kredibbiltà u l-kunfidenzjalità tad-data, u għandhom jiġu riveduti perjodikament.
Prinċipju 11
(Komunikazzjoni ta' data personali)
1.  Il-komunikazzjoni ta' data personali għandha tkun permessibbli biss jekk jeżisti interess leġittimu għal komunikazzjoni bħal din fil-qafas tal-poteri legali ta' l-awtoritajiet kompetenti.
2.  Data ikkomunikata skond il-prinċipji stabbiliti hawnhekk għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom ġiet żvelata jew, jekk stabbilita mil-liġi jew miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti, fejn teżisti rabta konkreta ma' l-investigazzjoni li tkun għaddejja.
3.  Komunikazzjoni lill-korpi pubbliċi oħra jew lill-partijiet privati għandha tkun permissibbli biss jekk, f'każ partikolari:
a. jeżisti obbligu legali ċar jew awtorizzazzjoni, jew bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità ta' kontroll, jew jekk
b. din id-data hija indispensabbli għar-riċevitur sabiex ikun possibbli għalih li jissodisfa l-kompitu legali tiegħu u sakemm l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar li għandu jsir mir-riċevitur mhux inkompatibbli ma' l-ipproċessar oriġinali u l-obbligi legali tal-korp li jkun qed jikkomunika ma jkunux kuntrarju għal dan.
4.  Barra minn hekk, komunikazzjoni ma' korpi pubbliċi oħra hija eċċezzjonalment permissibbli jekk f'każ partikolari:
a. il-komunikazzjoni mingħajr dubju hija fl-interess tal-persuna kkonċernata u jew il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens tagħha jew iċ-ċirkustanzi huma tali li jippermettu preżunzjoni ċara ta' kunsens bħal dan, jew jekk
b. il-komunikazzjoni hija meħtieġa sabiex ikun evitat periklu serju u imminenti.
5.  Il-komunikazzjoni ta' data lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi internazzjonali għandha tkun suġġetta għall-eżistenza Kwadru legali xieraq li jirriżulta minn eżaminazzjoni li tkun saret minn qabel mill-awtorità ta' kontroll jew fil-kuntest ta' miżura leġiżlattiva, li tipprovdi b'mod partikolari, li t-talba għal komunikazzjoni bħal din tinkludi indikazzjonijiet ċari dwar il-korp jew il-persuna li qed jitolbuha, l-iskop, il-proporzjonalità u l-miżuri ta' sigurtà ta' l-ipproċessar u l-garanziji xierqa li jiżguraw qafas obbligatorju dwar l-użu tad-data. Garanziji bħal dawn għandhom ikunu evalwati b'mod ġenerali fuq il-bażi ta' proċedura standard b'kunsiderazzjoni għall-prinċipji kollha stabbiliti f'dan l-Anness.
Prinċipju 12
(Notifikazzjoni u verifika minn qabel)
1.  L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-kategoriji ta' fajls permanenti jew ad hoc li għandhom ċans kbir li jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, li għandha tkun innotifikata bihom l-awtorità ta' kontroll jew li jkunu suġġetti għal verifika minn qabel skond kundizzjonijiet u proċeduri li għandhom ikunu speċifikati fil-liġi nazzjonali.
Prinċipju 13
(Responsabilità)
1.  Il-kontrollur huwa responsabbli li jiżgura li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dawn il-prinċipji huma osservati, b'mod partikolari rigward kwalunkwe attività li tkun saret minn u/jew magħmula lil min jipproċessa d-data skond l-istruzzjonijiet tiegħu.
Prinċipju 14
(Rimedji ġudizzjarji u responsabilità)
1.  Kull persuna għandha dritt għal rimedju legali ġudizzjarju għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet garantiti lilha minn dawn il-prinċipji.
2.  Il-persuna kkonċernata għandha dritt għal kumpens għal kwalunkwe dannu li tkun sofriet minħabba l-ipproċessar illegali tad-data personali li tikkonċerna lilha.
3.  Il-kontrollur jista' jkun eżentat mir-responsabilità tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk juri li mhux responsabbli għall-ġrajja li tat lok għad-danni.
Prinċipju 15
(Kontroll)
1.  L-osservanza tal-prinċipji tal-protezzjoni ta' data personali għandha tkun immoniterjata u infurzata minn awtorità pubblika ta' kontroll waħda jew aktar. L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom b'mod partikolari jkollhom poteri ta' investigazzjoni u intervenzjoni li jippermettulhom b'mod partikolari li jinstigaw, kif xieraq, ir-ratifikazzjoni u t-tħassir ta' data personali li l-ipproċessar tagħha mhux konformi mal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Anness. Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu b'mod kompletament indipendenti fl-eżerċitar tal-funzjonijiet afdati lilhom.
2.  L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jiġu kkonsultati meta jkunu qed ifasslu l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet individwali rigward l-ipproċessar ta' data personali jew mod ieħor li jħalli impatt fuqhom.
3.  L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom ikollhom:
a. setgħat investigattivi, bħal ma huma setgħat ta' aċċess għad-data li hija s-suġġett ta' l-operazzjonijiet ta' pproċessar u setgħat ta' ġbir ta' l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet ta' kontroll tagħhom;
b. setgħat effettivi ta' intervenzjoni, bħal per eżempju, dik li jagħtu opinjonijiet qabel ma jitwettqu operazzjonijiet ta' pproċessar, skond il-prinċipju 12 u li tordna t-tħassir jew il-qerda tad-data, li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar, li twissi jew twiddeb lill-kontrollur, jew li tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jew istituzzjonijiet politiċi oħrajn,
c. is-setgħa li jibdew proċeduri legali fejn il-prinċipji ġew miksura jew li dawn il-ksur jinġabu għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji.
Id-deċiżjonijiet ta' l-awtoritjiet ta' kontroll li jwasslu għal ilmenti jista' jsir appell minnhom permezz tal-qrati.
4.  L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jisimgħu u jiddeċiedu dwar talbiet li jsiru minn kwalunkwe persuna, jew minn assoċjazzjoni li tirrapreżenta dik il-persuna, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali. Il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwar ir-riżultat tat-talba.
L-awtorità ta' kontroll għandha, b'mod partikolari, tisma' talbiet għal kontrolli dwar il-legalità ta' l-ipproċessar tad-data magħmula minn kwalunkwe persuna meta jiġi applikat il-prinċipju 8.3. Il-persuna għandha f'kull każ tiġi infurmata li sar kontroll.
5.  L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jagħmlu rapport dwar l-attivitajiet tagħhom f'intervalli regolari. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat.

(1) Testi Adottati f'dik id-data, P6_TA(2006)0370.

Avviż legali - Politika tal-privatezza