Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0214(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0080/2007

Testi mressqa :

A6-0080/2007

Dibattiti :

PV 20/06/2007 - 2
CRE 20/06/2007 - 2

Votazzjonijiet :

PV 20/06/2007 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0269

Testi adottati
PDF 523kWORD 105k
L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2007 - Strasburgu
Titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari ***I
P6_TA(2007)0269A6-0080/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari (COM(2005)0507 – C6-0331/2005 – 2005/0214(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0507)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikoli 42 u 94 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0331/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0080/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C ... / Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ġunju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari
P6_TC1-COD(2005)0214

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 94 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Il-moviment ħieles tal-persuni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-Komunità; it-Trattat jistipula, fl-Artikolu 42 tiegħu, li ║f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, għandhom jiġu adottati miżuri fil-qasam tas-sigurtà soċjali ║kif meħtieġ ║għall-moviment ħieles tal-ħaddiema.

(2)  Il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fil-qasam tal-pensjoni hija żgurata permezz ta" l-iskemi legali tas-sigurtà soċjali, sostnuti mill-iskemi komplementari tas-sigurtà soċjali marbuta mal-kuntratt ta" l-impjieg, liema skemi qegħdin dejjem jiżdiedu fl-Istati Membri.

(3)  Il-leġiżlatur jiddisponi minn diskrezzjoni wiesgħa f'dak li għandu x'jaqsam ma" l-għażla tal-miżuri l-aktar adegwati biex jintlaħaq l-għan ta" l-Artikolu 42 tat-Trattat; is-sistema ta" koordinazzjoni stipulata mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta" l-14 ta" Ġunju 1971, li jirrigwarda l-applikazzjoni ta" l-iskemi tas-sigurtà soċjali ║għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ║ġewwa l-Komunità(3) u mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72(4), tal-21 ta" Marzu 1972, li jiffissa t-termini ta" l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, b'mod partikolari, ir-regoli applikabbli f'dak li għandu x'jaqsam mat-totalizzazzjoni ma jirrigwardawx l-iskemi komplementari tal-pensjoni, ħlief għall-iskemi koperti mit-terminu "leġiżlazzjoni" , kif definit fl-ewwel inċiż ta" l-ewwel Artikolu, il-punt j), tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jew li kien is-suġġett ta" dikjarazzjoni għal dan il-għan minn Stat Membru skond dik id-dispożizzjoni. L-iskemi komplementari tal-pensjoni għalhekk għandhom ikunu s-suġġett ta" miżuri speċifiċi, biex tiġi kkunsidrata n-natura tagħhom u l-karatteristiċi partikolari tagħhom, kif ukoll id-diversità ta" dawn l-iskemi fl-Istati Membri u bejn Stat Membru u ieħor, u b'mod partikolari r-rwol li għandhom l-imsieħba soċjali fit-twettiq tagħhom.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta" Ġunju 1998, li tirrigwarda l-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni komplementarja ta" ħaddiema mpjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu minn post għal ieħor fil-Komunità(5), tikkostitwixxi miżura speċifika ewlenija li taħseb biex ittejjeb l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment ħieles ta' persuni mpjegati u dawk li jaħdmu għal rashom fil-qasam ta" l-iskemi komplementari ta" pensjoni.

(5)  Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat meta wieħed jikkunsidra li n-nuqqas ta" qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi komplementari ta" pensjoni huwa min-natura tiegħu qed jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fid-drittijiet ta" pensjoni komplementari tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, għandu jkun ipprovdut għal ċerti rekwiżiti minimi għall-ħolqien u l-ħarsien tad-drittijiet miksuba tal-pensjoni ta' ħaddiema li jkunu ħerġin bil-pensjoni fi skemakomplimentari tal-pensjoni marbuta mar-relazzjoni ta' l-impjieg.

(6)  Barra minn hekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u n-natura speċjali ta' skemi komplimentari tal-pensjoni u l-mod kif ivarjaw fi Stat Membru u bejn Stat Membru u ieħor. L-introduzzjoni ta' skemi ġodda, is-sostenibilità ta' skemi eżistenti u l-aspettattivi u d-drittijiet tal-membri ta' skemi tal-pensjoni attwali għandhom ikunu protetti adekwatament. Din id-direttiva għandha tqis b'mod partikolari l-irwol ta' l-imsieħba soċjali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' skemi supplimentari tal-pensjoni.

(7)  Din id-direttiva ma tobbligax l-Istati Membri li m'għandhomx skemi supplimentari tal-pensjoni li jadottaw leġiżlazzjoni biex jintroduċu skemi bħal dawn.

(8)  Din id-direttiva tapplika biss għal skemi komplimentari tal-pensjoni li, skond ir-regolamenti dwar l-iskemi tal-pensjoni jew il-liġi nazzjonali, huma bbażati fuq l-età tal-pensjoni jew meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Hija ma tapplikax għal regolamenti individwali tal-pensjoni mingħajr il-parteċipazzjoni ta' min iħaddem jew għall-pensjoni tad-diżabilità u l-pensjoni tar-romol.

(9)  Din id-direttiva tapplika għall-iskemi komplimentari tal-pensjoni kollha stabbiliti b'konformità ma' leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-prassi li joffru pensjonijiet komplimentari għall-ħaddiema, bħall-kuntratti ta' assigurazzjoni kollettiva, skemi pay-as-you-go konklużi minn sezzjoni waħda jew aktar jew minn settur wieħed jew aktar, skemi ta" kapitalizzazzjoni jew wegħdiet garantiti ta" l-irtirar minn proviżjonijiet għall-bilanċ ta" l-intrapriżi, jew kwalunkwe ftehim kollettiv ieħor jew wieħed komparabbli.

(10)  Jekk qabel ma tidħol fis-seħħ din id-direttiva ikun ġie deċiż li tingħalaq skema komplimentari tal-pensjoni, u għalhekk ma jkunux jistgħu jidħlu membri ġodda, l-introduzzjoni ta' regoli ġodda tista' titfa' piż mhux ġustifikabbli fuq l-iskema. Għalhekk id-direttiva m'għandhiex tapplika għal skemi bħal dawn.

(11)  Din id-direttiva m'għandhiex l-iskop li tarmonizza jew li teffettwa l-liġi nazzjonali dwar miżuri ta' rimedju u proċeduri ta' l-istralċ; għal dawn l-għanijiet huwa irrelevanti jekk tali proċeduri jinfetħux minħabba insolvenza jew le, jew jekk ingħatax bidu għalihom b'mod volontarju jew b'obbligu. Bl-istess mod, hija ma teffettwax leġiżlazzjoni nazzjonali skond id-Direttiva 2001/17/KE(6) dwar miżuri ta' rimedju. Madankollu, miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2003/41/KE(7) ma jikkostitwixxux miżuri ta' riorganiżżazzjoni.

(12)  Din id-direttiva m'għandhiex teffettwa regolamenti dwar il protezzjoni mill-insolvenza jew regoli ta' kumpens li ma jifformawx parti minn skema komplimentari tal-pensjoni marbuta ma relazzjoni ta' l-impjieg u li għandhom l-iskop li jipproteġu d-drittijiet tal-pensjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' insolvenza ta' l-intrapriża jew ta' l-iskema tal-pensjoni. Bl-istess mod, din id-direttiva m'għandhiex teffettwa l-fondi ta' riserva nazzjonali għall-pensjoni.

(13)  Peress li l-pensjoni komplimentari dejjem qed issir aktar importanti fl-Istati Membri kollha biex tassigura livell għoli ta' għajxien fix-xjuħija, il-kundizzjonijiet għall-akkwist, il-ħarsien u t-trasferiment tad-drittijiet ta' pensjoni miksuba għandhom jittejbu.

(14)  Jekk l-iskema tal-pensjoni jew min iħaddem iġorr ir-riskju ta' investiment (b'mod partikolari skemi b'benefiċċju definit), l-iskema għandha tagħti lura l-kontribuzzjonijiet ta' dawk li jispiċċaw mix-xogħol indipendentement mill-valur ta' l-investiment kurrenti tal-kontribuzzjonijiet. Jekk il-persuna li tirtira ġġorr ir-riskju ta' l-investiment (b'mod partikolari fi skemi b'benefiċċju definit), l-iskema tal-pensjoni għandha tagħti lura l-valur ta' l-investiment li jakkumula minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Il-valur ta' l-investiment jista' jkun ogħla jew aktar baxx mis-somma tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna li tirtira. Jekk il-valur ta' l-investiment ikun negattiv, l-ammont m'għandux jitħallas lura.

(15)  Ħaddiem li jirtira għandu jkollu d-dritt li jħalli d-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni tiegħu bħala drittijiet fissi fl-iskema komplimentari tal-pensjoni li fiha ġew stabbiliti d-drittijiet.

(16)  B'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prassi, għandhom jittieħdu passi biex il-valur ta' dawn id-drittijiet fissi jiġi meqjus b'mod ġust. Il-valur tad-drittijiet meta l-impjegat iħalli l-iskema tal-pensjoni jista' jiġi kkalkolat skond prinċipji ġenerali rikonoxxuti għall-kalkoli attwarjali. Fil-kalkolu tar-valur għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi partikolari ta' l-iskema, l-interessi tal-ħaddiem li jirtira, u dawk tal-membri li jkun fadal fl-iskema tal-pensjoni.

(17)  Jekk il-valur tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni ta' persuna li tirtira ma jabiżx il-limitu massimu stabbilit mill-Istat Membru, u biex jiġu evitati spejjeż eċċessivi li jirriżultaw mill-amministrazzjoni ta' numbru kbir ta' drittijiet inattivi ta' valur baxx, l-iskemi tal-pensjoni għandu jkollhom l-għażla li ma jippreservawx dawn id-drittijiet fissi tal-pensjoni, iżda li jħallsu somma kapitali proporzjonata għad-drittijiet fissi. L-ammont tal-ħlas kapitali għandu dejjem ikun determinat minn prinċipji ta' kalkolu attwarjali rikonoxxuti u għandu jirrefletti l-valur kurrenti tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni fil-mument tal-ħlas.

(18)  Din id-direttiva n'għandiex l-iskop li tillimita l-possibilitajiet ta' trasferiment tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni għall-ħaddiema li jispiċċaw mix-xogħol. Biex jippromwovu l-moviment ħieles tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex itejbu gradwalment it-trasferibilità tad-drittijiet stabbliti tal-pensjoni, kemm jista' jkun u partikolarment meta jintroduċu skemi komplimentari tal-pensjoni ġodda.

(19)  Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/41/KE, il-ħaddiema li jeżerċitaw jew jippjanaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles għandhom ikunu infurmati sew minn dawk responsabbli mill-amministrazzjoni ta" l-iskemi komplementari tal-pensjoni, b'mod partikolari dwar il-konsegwenzi ta" tmiem ta" impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari.

(20)  Minħabba d-diversità ta" l-iskemi komplementari ta" sigurtà soċjali, il-Komunità trid tillimita ruħha biex tiddetermina l-għanijiet li jridu jintlaħqu fi struttura ġenerali u minn hemm, id-Direttiva hija l-istrument ġuridiku adattat.

(21)  Billi l-għan ta"din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u għall-ħidma tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba d-daqs ta" l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ddedikat mill-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-istess Artikolu, din id-Direttiva, li hi msejsa b'mod partikolari fuq il-valutazzjoni ta" l-impatt imwettqa bl-għajnuna tal-kumitat fil-qasam tal-pensjonijiet komplementari, ma taqbiżx dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dan l-għan.

(22)  Din id-Direttiva tiffissa l-ħtiġijiet minimi, biex b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw jew li jżommu d-dispożizzjonijiet l-aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva ma tistax tiġġustifika rigressjoni meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti f'kull Stat Membru.

(23)  Fir-rigward tal-ħtieġa li titqies ta" l-effetti ta" din id-Direttiva, b'mod partikolari dwar is-sostenibilità finanzjarja ta" l-iskemi komplementari ta" pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn żmien supplementari biex jimplimentaw b'mod progressiv id-dispożizzjonijiet suxxettibbli li jinkludu dawn l-effetti.

(24)  F'konformità mad-dispożizzjonijeit nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta" l-iskemi komplementari tal-pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jafdaw f'idejn l-imsieħba soċjali tagħhom, fuq talba konġunta tagħhom, l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva f'dawk li huma d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ftehimiet kollettivi, bil-kondizzjoni li jagħmlu l-arranġamenti kollha neċessarji li jippermettulhom li jkunu f'kull ħin fil-pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati mitluba mid-Direttiva preżenti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment ħieles tal-individwu u tad-dritt għall-mobilità, u li tinħoloq minn kmieni assigurazzjoni komprensiva komplimentari tal-pensjoni, billi jitneħħew l-ostakoli maħluqa minn ċerti dispożizzjonijiet għal skemi komplementari ta" pensjoni.

Artikolu 2

L-ambitu

1.  Din id-Direttiva tapplika għall-iskemi komplementari tal-pensjoni, bl-eċċezzjoni ta' l-iskemi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali.

2.  Din id-direttiva, madankollu, ma tapplikax għal li ġej:

   a) skemi tal-pensjoni komplimentari li fil-mument li fil-...(8) ikunu waqfu milli jaċċettaw membri attivi ġodda u jibqgħu magħluqa għal membri ġodda;
   b) skemi komplimentari tal-pensjoni li huma suġġetti għal miżuri li jinkludu l-intervent minn awtorità ta' Stat Membru jew qorti, bl-intenzjoni li tiġi salvagwardjata jew irranġata s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, inklużi proċeduri ta'likwidazzjoni; jew
   c) regolamenti dwar protezzjoni mill-insolvenza, regoli ta' kompens u fondi nazzjonali ta' riserva għall-pensjoni.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" din id-Direttiva:

   a) "pensjoni komplementari" tfisser il-pensjonijiet ta" l-irtirar li jipprovdu għalihom dispożizzjonijiet legali ta" skema komplementari ta" pensjoni stabbilita f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali;
   b) "skema komplementari ta" pensjoni" tfisser kull skema tal-pensjoni stabbilita b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, marbuta mar-relazzjoni ta' l-impjieg, li hi intenzjonata li toffri pensjoni komplimentari għall-ħaddiema;
   c) "membri attivi" tfisser ħaddiem li, is-sitwazzjoni tax-xogħol tiegħu tagħtih id-dritt għall-pensjoni komplementari jew jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet tas-sħubija, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta" skema komplementari ta" pensjoni;
   d) "drittijiet fissi għall-pensjoni" tfisser kull dritt għall-pensjoni komplimentari li jkunu ġew akkwistati wara li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' sħubija skond id-dispożizzjonijiet ta" skema komplementari ta" pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;
   e) "perjodu ta' akkwiżizzjoni" tfisser perjodu ta' sħubija attiva fi skema, li hija neċessarja skond il-liġi nazzjonali jew skond regolamenti ta' skema komplimentari ta' pensjoni, biex wieħed ikollu dritt għal pensjoni komplimentari;
   f) "ħaddiem li spiċċa mill-impjieg" tfisser membru attiv fl-iskema li r-relazzjoni attwali ta' l-impjieg tiegħu tintemm qabel ma jkun akkwista pensjoni komplimentari;
   g) "membru mhux attiv" ifisser kull membru preċedenti fi skema ta' pensjoni komplimentari, li għandu drittijiet għal pensjoni akkwistati fil-qafas ta' din l-iskema, li madanakollu m'għadux membru attiv u li għad ma jirċevix pensjoni komplementari mill-iskema;
   ( h) "drittijiet inattivi għall-pensjoni" jfissru d-drittijiet stabbiliti għall-pensjoni, li huma miżmuma fl-iskema li fiha membru li m'għadux aktar attiv akkwistahom;
   ( i) "valur tad-drittijiet fissi" ifisser il-valur kapitali tad-drittijiet għall-pensjoni, ikkalkolati skond prinċipji ta' kalkolu attwarjali rikonoxxuti f'konformità mal-prassi nazzjonali.

Artikolu 4

Il-kondizzjonijiet tal-kisba

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:

   a) meta ħaddiem li jispiċċa mix-xogħol jkun għadu ma akkwistax drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti meta l-perjodu ta' l-impjieg jispiċċa, l-iskema tal-pensjoni supplementari għandha tkun ta' rimbors għall-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem li jirtira, jew imħallsa minn min jimpjega f'isem il-ħaddiem skond id-dispożizzjonijiet legali jew ftehim kollettiv jew kuntratti rilevanti, jew, jekk il-ħaddiem li jirtira jadotta r-riskju ta' l-investiment, bil-valur ta' l-investiment jinġabar minn dawn il-kontribuzzjonijiet;
   b) l-iskema komplimentari tal-pensjoni tistipula perjodu ta' akkwiżizzjoni, dan il-perjodu m'għandux jaqbeż ħames snin. Fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġi applikata kundizzjoni ta' akkwiżizzjoni ma' membru fi skema komplimentari tal-pensjoni ladarba dan il-membru jkun għalaq 25 sena;
   c) ħaddiem jista" jsir membru ta" skema komplementari ta" pensjoni wara perjodu massimu ta" impjieg ta" sena jew, fejn xieraq, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba;
   d) f'każijiet oġġettivament iġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-imsieħba soċjali li jinkludu fil-ftehim kollettiv tagħhom regolamenti mhux diskriminatorji li mhumiex koperti mill-punti (a) u (b), sakemm dawn ir-regolamenti joffru lill-persuni kkonċernati għallinqas protezzjoni ekwivalenti.

Artikolu 5

Il-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni fissi

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jqisu neċessarji biex jiżguraw li ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg ikunu jistgħu iżommu d-drittijiet għall-pensjoni fissi tagħhom fl-iskema komplimentari tal-pensjoni li fiha akkwistawhom skond il-paragrafi 2 u 3.

2.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex, filwaqt li jikkunsidraw in-natura ta' l-iskema tal-pensjoni, jiżguraw trattament ġust tal-valur tad-drittijiet fissi tal-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg u biex jipproteġu dawn id-drittijiet tal-pensjoni mir-riskju ta'insolvenza ta' l-impriża. Trattament ġust ifisser, b'mod partikolari, li:

   a) il-valur tad-drittijiet fissi jiżviluppa ġeneralment mal-valur tad-drittijiet tal-membri attivi fl-iskema; jew
   b) li d-drittijiet tal-pensjoni fl-iskema komplimentari huma stabbiliti bħala ammont nominali; jew
   c) il-membru ta' skema mhux attiv ikompli jibbenefika minn rata ta' interess inkorporata fl-iskema tal-pensjoni; jew
   d) il-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fissi jiġi aġġustat skond ir-rata ta' inflazzjoni, il-livell tas-salarji, il-ħlasijiet tal-pensjoni attwali jew ir-rendiment minn investiment miksub mill-fornitur tal-pensjoni komplimentari.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-iskemi komplementari ta" pensjoni li ma jżommux id-drittijiet stabbiliti, imma li jħallsu somma kapitali ekwivalenti għall-valur tad-drittijiet stabbiliti tal-pensjoni lill-ħaddiem li jirtira, sakemm il-valur tad drittijiet stabbiliti tal-pensjoni ma jaqbiżx jirrikorru għal trasferiment jew għal ħlas ta" kapital li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta" l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta" l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe limitu applikat. 

4.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-imsieħba soċjali li jinkludu fil-ftehim kollettiv regolamenti mhux koperti mill-paragrafi 2 u 3, sakemm dawn ir-regolamenti jipprovdu għall-inqas protezzjoni ekwivalenti għall-persuni kkonċernati.

Artikolu 6

L-informazzjoni

1.  Mingħajr ħsara għall-obbligi ta" l-istituzzjonijiet professjonali ta" l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE, li jipprovdu l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li jqisu neċessarji biex jiżguraw membri attivi fl-iskema tal-pensjoni jkunu jistgħu, b'konformità mal-paragrafu 2, jitolbu informazzjoni dwar il-konsegwenzi ta" tmiem ta" impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni komplementari.

2.  Informazzjoni suffiċjenti bil-miktub għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-membri attivi fl-iskema tal-pensjoni li jitolbuha. Tali informazzjoni għandha tkun relatata b'mod partikol, ma':

   a) l-kondizzjonijiet tal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari u l-konsegwenzi ta" l-applikazzjoni tagħhom meta jkun hemm tmiem ta" impjieg;
   b) l-benefiċċji tal-pensjoni maħsuba fil-każ ta" tmiem ta" impjieg; u
   c) l-ammont u l-ħarsien tad-drittijiet fissi għall-pensjoni.

3.  Membru ta' skema mhux attiv li jagħmel t-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta" l-iskema komplementari ta" pensjoni, l-informazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema komplementari ta" pensjoni li jikkonċernahom.

Artikolu 7

Ħtiġijiet minimi – l-ebda tnaqqis

1.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu d-dispożizzjonijiet relattivi għall-istabbiliment u l-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari ta' dawk lispiċċaw mill-impjieg, li jkunu aktar favorevoli minn dawk maħsuba f'din id-Direttiva.

2.  L-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva ma tista" fl-ebda każ tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fir-regolamenti li jeżistu fl-Istati Membri għall-ħolqien u l-ħarsien tad-drittijiet komplemnetari tal-pensjoni li jgawdu ħaddiema li spiċċawmill-impjieg.

Artikolu 8

L-implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminstrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta" Lulju 2008, jew jiżguraw li sa dik id-data l-imsieħba soċjali, ikunu waqqfu d-dispożizzjonijiet rikjesti bi ftehim. L-Istati Membri konċernati huma obbligati li jieħdu kull miżura neċessarja li tippermettilhom li jkunu dejjem f'pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti mill-imsemmija Direttiva. Dawn għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

2.  Minkejja l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu, jekk ikun neċessarju, minn żmien supplementari ta" 60 xahar li jibda jgħodd mill-1 ta" Lulju 2008 biex jimplimentaw l-għan maħsub fl-Artikoli 4 u 5. Kull Stat Membru li jixtieq juża" dan iż-żmien supplementari għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan filwaqt li jindika d-dispożizzjonijiet u l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika dan iż-żmien supplementari.

3.  Meta dawn il-miżuri jiġu addottati mill-Istati Membri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew din ir-referenza tiġi mehmuża magħhom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi biex issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 5.

Artikolu 9

Ir-rapport

1.  Kull ħames snin wara l-1 ta" Lulju 2008, il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta" l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-volontà ta' min iħaddem li joffri skema komplimentari ta' pensjoni wara d-dħul fis-seħħ din id-Direttiva.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi proposta dwar kif, meta drittijiet akkwistati tal-pensjoni jiġu trasferiti, ir-responsabilità ta' l-impriża għad-drittijiet akkwistati tal-pensjoni tista' tiġi eskluża.

3.  Sa mhux aktar tard minn ...(9), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, b'mod partikolari rigward il-kundizzjonijiet tat-trasferiment tal-kapital li jikkorrispondi mad-drittijiet tal-ħaddiema għall-pensjoni komplimentari. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi kwalunkwe emenda għal din id-direttiva u/jew strumenti oħra, li jirriżultaw neċessarji, sabiex jitnaqqsu ostakoli oħra għall-mobilità tal-ħaddiema li jġibu magħhom ċerti dispożizzjonijiet individwali dwar il-pensjoni komplimentari.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. 

Artikolu 11

L-indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 185, 8.8.2006, p. 37.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007.
(3) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 311/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6).
(5) ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.
(6) Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28).
(7) Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta" Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta" istituzzjonijiet għall-provvista ta" irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).
(8)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id- direttiva.
(9)* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza