Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2103(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0220/2007

Testi mressqa :

A6-0220/2007

Dibattiti :

PV 19/06/2007 - 13
CRE 19/06/2007 - 13

Votazzjonijiet :

PV 20/06/2007 - 5.9
CRE 20/06/2007 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0274

Testi adottati
PDF 556kWORD 171k
L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2007 - Strasburgu
L-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju f'nofs it-triq
P6_TA(2007)0274A6-0220/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju - il-punt f'nofs triq (2007/2103(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tat-8 ta' Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

–   wara li kkunsidra r-Rapporti suċċessivi dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem imħejjija mill-Programm ta" Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005 dwar l-irwol ta" l-Unjoni Ewropea biex jintlaħqu l-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju (MDGs)(1),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar l-Armonizzazzjoni, adottata fil-25 ta' Frar 2003, wara l-Forum ta" Livell Għoli dwar l-Armonizzazzjoni, u d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja ta" l-Għajnuna, adottata fit-2 ta" Marzu 2005 wara l-Forum ta" Livell Għoli dwar l-Implimentazzjoni, l-Allinjament u r-Riżultati ("id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi"),

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: 'Il-Konsensus Ewropew' ('Il-Konsensus Ewropew għall-Iżvilupp') iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2005(2),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'Strateġija ta' l-UE għall-Afrika: Lejn patt Ewro-Afrikan biex ikun aċċellerat l-iżvilupp ta" l-Afrika' (COM(2005)0489),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta" Novembru 2005 dwar strateġija ta" żvilupp għall-Afrika(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jwaqqaf strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ('Strument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp(4) (DCI)),

–   wara li kkunsidra r-rapporti annwali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju, li l-aħħar wieħed minnhom sar f'Lulju ta" l-2006,

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Forza tax-Xogħol għall-Proġett tal-Millennju tan-NU mmexxija mill-Professur Jeffrey Sachs imsejjaħ "L-Investiment fl-Iżvilupp: pjan prattiku biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju',

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) imsejjaħ 'Il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati - Rapport 2002 - Kif jiskappaw min-Nassa tal-Faqar,

–   wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-UNICEF dwar l-Istat tat-Tfal tad-Dinja u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta" l-1989,

–   wara li kkunsidra l-Karta ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni msejjħa "Ir-Rapport tal-KE dwar l-Għanijiet ta" Żvilupp tal-Millennju 2000-2004" (SEC(2004)1379),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ Globali ta' l-MDGs tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), li l-aktar wieħed riċenti kien ippubblikat f'April ta" l-2007,

–   wara li kkunsidra r-Rapport dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku ta" l-2006 (OECD), li l-aktar wieħed riċenti kien ippubblikat f'Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet finali ta" konferenzi internazzjonali, b'mod partikulari l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (Monterrey, 2002), is-Samit Dinji ta" l-2005 (New York, 2005), is-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Johannesburg, 2002), it-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) (Brussell, 2001), ir-Raba" Konferenza Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (Doha, 2001), il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) (il-Kajr, 1994), is-sessjoni speċjali ta" l-Assemblea Ġenerali tan-NU ta" l-1999 biex tirrevedi l-progress li kien sar lejn il-kisba ta" l-għanijiet ta" l-ICPD ("il-Kajr + 5'), u l-Forum Dinji dwar l-Edukazzjoni (Dakar, 2000),

–   wara li kkunsidra r-riservi nazzjonali espressi mill-Istati Membri ta" l-UE fid-dikjarazzjonijiet u l-konklużjonijiet finali tal-konferenzi msemmija hawn fuq,

–   wara li kkunsidra l-impenji li saru mill-Kunsill Ewropew f' Barċellona f'Marzu ta" l-2002 qabel ma saret il-Konferenza ta" Monterrey,

–   wara li kkunsidra l-impenji dwar il-volum ta' l-għajnuna, dwar l-għajnuna lill-Afrika "l isfel mis-Saħara, u dwar il-kwalità ta' l-għajnuna mogħtija mill-G8 fi Gleneagles fl-2005,

–   wara li kkunsidra r-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma II għall-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima bl-isem 'Tibdil fil-Klima 2007: Impatti, Adattament u Vulnerabilita?' ("Ir-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima"),

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tar-Reviżjoni Stern dwar l-Ekonomiji tat-Tibdil fil-Klima,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-UNDP, il-Proġett tal-Millennju tan-NU u l-Bank Dinji fir-rapport tagħhom ta' l-2006 dwar l-Enerġija u l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 177-181 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'L-Għajnuna ta' l-UE: "Inwettqu l-impenji aktar, aħjar u aktar malajr' (COM(2006)0087),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata "Inżidu l-impatt ta" l-għajnuna ta" l-UE: qafas komuni biex jitfasslu dokumenti dwar l-istrateġiji tal-pajjiżi u pprogrammar multiannwali konġunt" (COM(2006)0088),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "L-aċċellerar tal-progress sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju - Il-Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Effikaċja ta" l-Għajnuna" (COM(2005)0133),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill ta" l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) li saret fl-10 u l-11 ta" April 2006 dwar il-finanzjament għall-iżvilupp u l-effikaċja ta" l-għajnuna Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'Kodiċi ta' Kondotta ta' l-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp" (COM(2007)0072),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar l-effettività ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Frar 2007 dwar l-għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0220/2007),

A.   billi s-sena 2007 timmarka l-punt f'nofs it-triq lejn il-kisba ta" l-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju fl-2015 u għalhekk toffri opportunità unika biex wieħed iwieżen x'fadal li jsir,

B.   billi fl-Afrika "l isfel mis-Saħara ħafna pajjiżi m'humiex mixjin fi triq li twassalhom biex jilħqu xi wieħed mill-MDGs kif ukoll billi f'ħafna pajjiżi bi dħul medju hemm reġjuni u gruppi etniċi iffurmati minn miljuni ta" nies li qed jagħmlu progress li m'huwiex sodisfaċenti,

C.   billi l-Kunsill Ewropew stabbilixxa l-Aġenda għas-Samit tal-G8 fi Gleneagles f'Lulju ta" l-2005 billi ftiehem li f'Mejju ta" l-2005 0.7 % tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI) jingħata bħala Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) sa l-2015 u li din iż-żieda fl-għajnuna hija prerekwiżit fundamentali sabiex jintlaħqu l-MDGs,

D.   billi l-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) ta" l-OECD jippermetti li fejn jittaffa d-dejn dan ikun magħdud mal-kontribuzzjonijiet ta' Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) tal-pajjiż donatur avolja dan ma jirrappreżentax it-trasferiment ta" xi riżorsi ġodda mill-pajjiżi donaturi għall-pajjiżi riċevituri,

E.   billi li jittaffa d-dejn huwa wieħed mill-għanijiet ta' l-MDG 8, li għandu l-għan speċifiku li jittratta b'mod komprensiv il-problemi ta' dejn ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' miżuri nazzjonali u internazzjonali li jagħmlu d-dejn sostenibbli fiż-żmien twil',

F.   billi 24 pajjiż issa bbenefika minn kanċellazzjoni ta' dejn, inklużi 18 fl-Afrika, iżda għad hemm bżonn li jiġi kkanċellat aktar dejn,

G.   billi kull sena tinħtieġ is-somma ta" EUR 6.9 biljuni ta" ODA jekk għandu jintlaħaq l-Għan ta" Żvilupp għall-Millennju dwar l-edukazzjoni bażika u billi l-ODA globali kurrenti għall-edukazzjoni bażika hija ta" madwar EUR 1.6 biljun - li minnhom l-UE tikkontribwixxi EUR 0.8 biljun,

H.   billi l-finanzjament stmat li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-MDGs għas-saħħa huwa ta" EUR 21 biljun fis-sena u l-finanzjament preżenti jissodisfa biss 36% ta" din il-ħtieġa u billi anke b'żieda antiċipata fl-ODA ta" l-UE sa l-2010 l-fondi disponibbli se jkunu jkopru biss 41% tal-EUR 21 biljun meħtieġa - li jħallu nuqqas ta" EUR 11.9 biljun fis-sena fil-finanzjament,

I.   billi minkejja l-progress sinifikanti lejn l-edukazzjoni primarja universali f'dawn l-aħħar snin, għad hemm xi 77 miljun tifel u tifla ta' l-eta? li suppost imorru skola primarja iżda li mhux qegħdin fi skola, u ma ntlaħaqx l-għan li jiġi kkoreġut l-iżbilanċ bejn is-sessi fi skejjel primarji sa l-2005,

J.  Billi t-tħaddim tat-tfal iċaħħadhom mid-dritt għall-edukazzjoni, li huwa strument essenzjali għall-ġenerazzjonijiet futuri sabiex jevitaw il-faqar,

K.   billi it-tliet MDGs dwar is-saħħa, dawk dwar il-mortalita? tat-tfal, il-mortalita? ta' l-ommijiet u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, TB u l-Malarja huma fost l-anqas li x'aktarx jinkisbu sa l-2015,

L.   billi, skond ir-rapport tan-NU ta l-2006 dwar l-MDGs, minkejja l-progress li sar f'ċerti pajjiżi, ir-rata ta' infezzjoni HIV/Aids għadha qed tiżdied, u n-numru ta' persuni infettati qed jogħla minn 36.2 miljun fl-2003 għal 38.6 miljun fl-2005 (nofshom kienu nisa), u billi n-numru ta' imwiet attribut għall-Aids żdied ukoll fl-2005, minkejja li l-aċċess għal terapiji antiretrovirali tjieb,

M.   billi attwalment, aktar minn 90% ta' fondi għar-riċerka dwar is-saħħa jintefqu fuq mard li jaffettwa biss 10% tal-popolazzjoni dinjija, u minkejja li sistemi ta' privattiva x'aktarx kienu qed iservu ta' inċentiv għar-Riċerka u l-Iżvilupp f'pajjiżi żviluppati, dan ma kienx il-każ għall-mard li ma kienx qed jiġi kkunsidrat li jaffettwa lill-fqar,

N.   billi, skond ċerti stimi, hemm nuqqas ta' xi żewġ miljun għalliem u aktar minn erba' miljun ħaddiem tas-saħħa f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li f'ħafna każijiet, m'hemmx imwaqqfa strateġiji għat-taħriġ u r-reklutaġġ,

O.  Billi d-dritt għall-ikel huwa dritt essenzjali li jippermetti li jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-bniedem l-oħra kollha u l-osservazzjoni sħiħa tiegħu huwa prerekwiżit għall-kisba tal-firxa kollha ta' l-MDGs; u skond rapport tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2006 dwar l-MDGs, il-progress biex jitnaqqas il-ġuħ kien bil-mod wisq u n-numri żdiedu f'dawn l-aħħar snin u, għalhekk, 854 miljun persuna (17% tal-popolazzjoni globali) jibqgħu bil-ġuħ kuljum u kważi 16,000 tifel u tifla jmutu minħabba raġunijiet relatati mal-ġuħ,

P.   billi l-progress lejn it-trattament ta' malnutrizzjoni sejjer bil-mod b'mod alarmanti u li 27% tat-tfal huma malnutriti u 53% ta' l-imwiet fost it-tfal taħt il-ħames snin huwa assoċjat ma' malnutrizzjoni,

Q.   billi skond il-UNDP, mill-inqas 19-il pajjiż lestew l-evalwazzjonijiet għall-ħtiġijiet ta' l-MDG, u 55 oħra qegħdin fil-proċess li jfassluhom iżda li s'issa l-ebda pajjiż fl-Afrika li għandu dħul baxx m'hu qed jimplimenta dawn l-istrateġiji,

R.   billi l-istħarriġ bażiku għall-monitoraġġ tad-dikjarazzjoni ta' Pariġi li sar fl-2006 wasal għal riżultati diżappuntanti relatati ma' l-implimentazzjoni ta' wegħdiet dwar armonizzazzjoni, allinjament u sjieda,

S.   billi l-UE, ir-Renju Unit, l-Olanda, l-Iżvezja, l-Irlanda, id-Danimarka u l-Ġermanja qed iżidu l-proporzjon ta' għajnuna mħallsa permezz ta' l-Għajnuna Baġitarja Ġenerali,

T.   billi l-kwalita? ta' l-għajnuna għall-iżvilupp hija importanti daqs il-kwantita?, u tikkunsidra l-kapaċita? ta' assorbiment tal-pajjiżi kkonċernati,

U.   billi l-progress lejn il-kisba ta' l-MDGs titlob għal azzjoni radikali biex tindirizza l-kawżi strutturali tal-faqar, inkluża l-ħtieġa għal sistemi ta' kummerċ ibbażati fuq ir-regoli li jkunu ġusti u ekwi mfassla biex jippromwovu l-kummerċ u biex jikkoreġu l-iżbilanċi fil-kummerċ globali, speċjalment fejn tkun konċernata l-Afrika,

V.   billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Ġust(7), irrikonoxxa s-sehem tal-Kummerċ Ġust fit-titjib ta' l-għajxien ta' bdiewa u produtturi żgħar fid-dinja li qed tiżviluppa, u dan jipprovdi mudell sostenibbli ta' produzzjoni bi dħulijiet garantiti għall-produttur,

W.   billi appoġġ miżjud għas-settur privat, b'mod partikulari għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, huwa forza mexxejja għall-iżvilupp u l-ħolqien ta' swieq ġodda, kif ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi,

X.   billi l-kisba ta' l-MDGs hija waħda mill-prijoritajiet ta' l-UE u li l-irwol essenzjali ta' l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni ta' dawn l-objettivi kien rikonoxxut min-NU,

Y.   billi madwar żewġ biljun persuna fid-dinja m'għandhiex aċċess għal twassil modern ta' enerġija u billi l-ebda pajjiż ma rnexxielu jnaqqas il-faqar b'mod sostanzjali mingħajr ma jżid sew l-użu ta' enerġija;

Z.   billi r-Reviżjoni Soda dwar l-Ekonomiji tat-Tibdil fil-Klima u r-Raba' Rapport ta' Evalwazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima hawn fuq imsemmija juru mingħajr ebda dubju li t-tibdil fil-klima għandu l-akbar impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għal ħafna mill-komunitajiet l-aktar vulnerabbli fid-dinja, it-tibdil fil-klima diġa? hija realta?,

AA.   billi l-istimi preliminarji tal-Bank Dinji juri li se jkunu meħtieġa 10–40 biljun USD fis-sena sabiex l-iżvilupp fl-ifqar pajjiżi jkun protett mill-klima; u billi l-kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' adattament fi ħdan il-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima ma jammontawx għal aktar minn 150-300 miljun USD fis-sena,

AB.   billi l-istati fraġli affettwati minn kunflitt huma 9% tal-popolazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda 27% ta' l-iktar foqra, kważi terz mill-imwiet kollha tat-tfal u 29% ta' tfal ta' 12-il sena li ma lestewx l-iskola primarja fl-2005 jgħixu fi stati fraġli,

AC.   billi tmexxija tajba u kapaċita? istituzzjonali mtejba huma vitali biex ikun żgurat li jitwasslu servizzi soċjali u infrastruttura u sigurta? bażiċi liċ-ċittadini,

AD.   billi l-kisba ta' l-MDGs ma jfissirx biss pass ta' ġgant fit-tnaqqis tal-faqar u t-tbatija globali, iżda sservi wkoll biex turi l-abilita? Komunitarja tas-sistema internazzjonali biex twaqqaf u twettaq miri prattiċi għal sħubija globali,

ŻIEDA PROGRESSIVA FL-GĦAJNUNA

1.  Jenfasizza li l-għan estensiv ta' koperazzjoni għall-iżvilupp huwa, u għandu jkun, il-ġlieda kontra l-faqar; madankollu jenfasizza li din il-ġlieda mhijiex limitata għal tkabbir materjali u għalhekk it-tkabbir tad-demokrazija u l-promozzjoni ta' drittijiet bażiċi tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tal-ġustizzja, l-ekwita?, it-trasparenza u r-responsabbilta? għandhom dejjem ikunu temi ċentrali ta' koperazzjoni bħal din;

2.  Ifakkar fl-impenn magħmul mill-pajjiżi tal-G8 fi Gleneagles fl-2005 li jirduppjaw l-għajnuna għall-Afrika "l isfel mis-Saħara sas-sena 2010 u jesprimi d-diżappunt tiegħu li, skond l-OECD, l-ODA bl-esklużjoni tat-tafja tad-dejn għall-Afrika "l isfel mis-Saħara "kien statiku fl-2006";

3.  Jisħaq li sabiex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom lejn l-Afrika, kull wieħed mid-donaturi tal-G8 se jkollu jipprovdi lill-Afrika EUR 15-il biljun oħra sa l-2010, minbarra l-livelli tagħhom ta" l-2004, iżda li huma wisq "il bogħod milli jirnexxilhom jagħmlu dan;

4.  Jesprimi dispjaċir li waqt il-Laqgħa Għolja riċenti tal-G8 f'Heiligendamm, il-mexxeja naqsu milli jagħmlu biżżejjed sabiex jiggarantixxu l-wegħdiet tagħhom lill-Afrika u jinsab imħasseb li għalkemm il-G8 tennew il-wegħda tagħhom ta' l-2005 li jżidu l-ODA lill-Afrika b' EUR18.6bn kull sena sa l-2010, il-G8 ma kkomettewx ruħhom għal skeda, li tagħha jingħata kont, għat-twettiq ta' dawn il-wegħdiet ta' għajnuna;

5.  Jisħaq li t-tħabbira tal-G8 ta' EUR 44.7 biljun għall-HIV, s-saħħa, it-TB u l-Malarja tinkludi ammonti konsiderevoli ta' flus mill-livelli eżistenti ta' infiq u mhix biżżejjed sabiex il-G8 terġa' tibda' tlaħħaq ma' l-impenji ġenerali ta' l-ODA; għalhekk jistieden lill-G8 sabiex jiżguraw li dan l-impenn issa jkun akkumpanjat minn impenji oħrajn f'oqsma oħrajn tas-saħħa u fl-edukazzjoni , fil-kummerċ, fit-tmexxija u l-paċi u s-sigurtà sabiex jiġi verament żgurat li l-G8 iwettqu l-wegħdiet tagħhom lill-Afrika;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjoni l-azzjoni li ttieħdet minn ħafna pajjiżi ta" l-UE meta kkanċellaw id-dejn tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, li kanċellamenti ta" dejn bħal dawn kabbru l-figuri ta" l-għajnuna ta" l-UE artifiċjalment b'madwar 30% fl-2006, li jfisser li s-sena l-oħra l-Istati Membri nefqu 0.31 % tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI) f'għajnuna proprja, filwaqt li ma laħqux l-objettiv intermedjarju kollettiv ta" 0 33%;

7.  Jistieden lill-UE u lill-G8 biex jissuddividu l-ħfir u t-tnaqqis ta' dejn mill-figuri ta' għajnuna b'konformita? mal-Konsensus Monterrey ta' l-2002 u l-Konklużjonijiet tal-GAERC hawn fuq imsemmija ta' April 2006;

8.  Jiddispjaċih li meta ninsabu f'nofs triq tal-perjodu ta" implimentazzjoni għall-MDGs, l-ODA mill-UE ta" 15 qed tonqos bħala sehem mill-GNI minn 0.44% ODA/GNI fl-2005 għal 0.43% ODA/GNI fl-2006;

9.  Jilqa' l-fatt li l-għajnuna pprovduta mill-Kummissjoni żdiedet b'5.7% għal €7.5 biljun EUR fl-2006, u dan jirrifletti kapaċita? mtejba ta' għoti ta' għajnuna mil-livell ogħla ta' impenji li saru fis-snin riċenti;

10.  Ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li laħqu jew qabżu l-mira taz-0.7% ta' l-ODA/GNI u lil dawk li qegħdin iżidu l-livelli ta" għajnuna proprja tagħhom, imma jiddispjaċih li xi pajjiżi ta" l-UE ta" 15 ma laħqux il-mira intermedjarja ta" 0.33% b'marġini wiesgħa fl-2006;

11.  Jinnota li l-Portugall, li mistenni jospita s-Samit li se jsir bejn l-UE u l-Afrika matul il-Presidenza tiegħu, laħaq biss iz-0.21% ta' l-ODA/GNI fl-2006;

12.  Jinnota li l-agħar tkabbir artifiċjali ta" l-għajnuna sar mill-Awstrija (57%), Franza (52%), l-Italja (44%), il-Ġermanja (53%) u r-Renju Unit (28%), u jinnota wkoll li l-Ġermanja, li bħalissa għandha f'idejha l-Presidenza kemm ta" l-UE u kemm tal-G8, ma kinetx tilħaq il-mira ta" 0.33% ta" ODA/GNI kieku ma kabbritx l-għajnuna tagħha artifiċjalment;

13.  Jistieden lill-Istati Membri kollha li mhux qed jikkonformaw biex jonoraw il-wegħdiet li għamlu f'Barċellona, fi Gleneagles u Monterrey u biex urġentament jimpenjaw lilhom infushom ħalli jżidu b'mod progressiv l-għajnuna ġenwina fl-2007, u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dawn l-Istati Membri sabiex jippjanaw bir-reqqa għall-aspetti finanzjarji u organizzattivi minħabba ż-żidiet mistennija fil-livell ta' għajnuna futura biex ikun żgurat li jintlaħaq l-objettiv intermedju ta' l-UE għall-2010 ta' 0.56% tal-GNI;

14.  Isostni li r-reviżjoni tal-baġit, li għandha tibda fl-2008, għandha tikkunsidra s-sehem ta' l-UE fid-dinja, li dejjem qed isir aktar importanti, u għandha tippermetti li tiżdied in-nefqa għall-iżvilupp; f'dan il-kuntest, l-UE tista' tiddeċiedi li timplimenta forom ġodda ta' finanzjament ta' l-MDGs pereżempju permezz tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB) u jistieden lill-EIB biex jassigura li l-istess responsabilità politika tkun estiża għall-Parlament fl-iffinanzjar ta' proġetti bħal dawn bħal f'operazzjonijiet oħra ta' l-EIB;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippjana għall-possibilita? li l-għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew (EDF) ma jiġix ratifikat mis-27 Stati Membri kollha qabel l-2010, u għalhekk għandha b'mod urġenti tiżgura li l-fondi huma disponibbli matul il-perjodu ta' tranżizzjoni (2008-2010);

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tesplora sorsi innovattivi ta' finanzjament bħala mezzi alternattivi biex ikun żgurat fondi għall-programmi għall-iżvilupp;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw evalwazzjonijiet regolari tal-progress lejn l-objettivi ta' l-ODA, u jilqa' l-proposta mill-Kummissja li l-Istati Membri jħejju skadenzi nazzjonali biex jiżguraw li dawn ikunu fid-direzzjoni t-tajba biex jiksbu l-objettivi ODA tal-pajjiż kif kien miftiehem sa l-2010/2015, u biex itejbu t-tbassir fit-tul tal-flussi ta' l-għajnuna tagħhom;

18.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-G8 jagħrfu l-importanza li dejjem tikber ta" donaturi ġodda, u b'mod partikulari ċ-Ċina, u biex lil dawn id-donaturi ġodda jdaħħluhom fi djalogu fuq l-approċċi u l-istandards għall-assistenza barranija, inkluża l-importanza ta' l-applikazzjoni ta' regoli u standards, li ġew miftiehma internazzjonalment, fl-implimentazzjoni ta' l-għajnuna;

19.  Jistieden lill-pajjiżi tal-G8 biex ma jħallu l-ebda għajnuna marbuta ma' l-interessi ekonomiċi nazzjonali tagħhom, peress li bħala grupp, il-G8 bħalissa jimpenjaw 29% ta' l-għajnuna tagħhom għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, meta wieħed iqis il-medja totali ta' għotja ta' 24%;

EŻENZJONI MID-DEJN

20.  Jenfasizza li possibilment kważi 60 pajjiż għandhom bżonn li d-djun tagħhom jiġu kanċellati jekk dawn iridu li jkollhom il-possibilita? li jiksbu l-MDGs, u li hemm aktar pajjiżi li jeħtieġu aktar eżenzjonijiet ta' dejn, inklużi numru ta' pajjiżi bi "djun odjużi", bħalma huma dawk meħuda mis-sistema preċedenti ta' l-apartheid fl-Afrika t'Isfel;

21.  Jilqa' s-sejba tal-Bank Dinji li l-pajjiżi li jirċievu eżenzjoni ta' dejn taħt l-Inizjattiva favur il-Pajjiżi Foqra li għandhom Dejn Kbir (HIPC), bejn l-1999 u l-2005 aktar minn irduppjaw in-nefqa tagħhom fi pjanijiet biex jitnaqqas il-faqar;

22.  Jistieden lill-pajjiżi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jużaw b'mod trasparenti u responsabbli il-fondi rilaxxati minn tnaqqis jew kanċellazzjoni ta' dejn, u jkompli jsostni li t-tnaqqis ta' dejn għandu jieqaf jekk ikun hemm konsensus wiesa' fil-Parlament u fost l-organizzazzjonijiet tas-soċjeta? ċivili li mhux qed jintlaħqu standards ta' trasparenza u responsabbilta?;

23.  Jenfasizza li s-sostenibbilta? ta' dejn fit-tul se tiddependi wkoll fuq politiki responsabbli ta' self, forniment ta' finanzjament xieraq, il-manutenzjoni ta' politiki ekonomiċi sodi, maniġġjar msaħħaħ tad-dejn u responsabbilta? pubblika u parlamentari ta' kuntrazzjoni ta' self soda, kif ukoll rendiment ta' l-esportazzjoni u partikolarment divesifikazzjoni ta' l-esportazzjoni;

24.  Jistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw li kwalunkwe kundizzjonijiet ta' ristrutturizzazzjoni ekonomika marbuta mat-tħaffif tad-dejn ikunu limitati biex jintlaħaq ritorn għas-sostenibilità tad-dejn, u li kundizzjonijiet bħal dawn ma jikkostitwixxux irbit kontroproduttiv fuq il-finanzjament ta' miżuri kontra l-faqar;

25.  Jistieden lid-donaturi u l-kredituri kollha biex l-informazzjoni kollha relatata mal-kanċellazzjonijiet ta' self u dejn jagħmluha disponibbli u aċċessibbli b'mod faċli fil-pajjiżi msieħba kollha u biex jinsistu li jkun hemm l-istess trasparenza għall-kredituri kummerċali;

26.  Jistieden lill-Istati Membri biex jaġixxu fuq 'in-naħa tal-forniment' tal-korruzzjoni permezz ta' investigazzjoni, prosekuzzjoni u 'blacklisting' ta' min ixaħħam, u biex jipproteġu l-pajjiżi foqra minn 'Vulture Funds';

27.  Jistieden lill-Bank Dinji biex jagħmel finanzjament konċessjonali disponibbli għal pajjiżi li qed jaħdmu biex jiksbu l-MDGs;

IL-FINANZJAMENT TA' L-IŻVILUPP UMAN U SOĊJALI

28.  Iħeġġeġ lill-UE biex iżżid l-impenji ODA tagħha lejn l-edukazzjoni biex timla l-vojt finanzjarju ta' EUR 5.3 biljun, u minħabba li l-akbar sfida li qed taffaċċja l-Edukazzjoni għal Kulħadd - Inizzjattiva b'Mekkaniżmu Mgħaġġel (FTI) hija n-nuqqas ta' finanzjamenti esterni, il-Kummissjoni għandha tiġi mfaħħra talli bdiet l-isforzi biex iżżid il-wegħdiet ta' donaturi, iżda jiddispjaċih li għalkemm l-impenji li ttieħdu waqt il-Konferenza tad-Donaturi fi Brussel fit-2 ta' Mejju 2007 għandhom jippermettu lil xi miljun tifel u tifla aktar biex imorru l-iskola, xorta għad fadal 76 miljun oħra mingħajr edukazzjoni;

29.  Jistieden lill-UE żżid il-proporzjon tagħha ta" l-ODA globali għas-saħħa mis-6.6% li hemm bħalissa, sabiex tgħin biex tkopri l-vojt ta" EUR 11.9 biljun f'finanzjament fis-sena tat-total stmat ta" EUR 21 biljun fis-sena meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet globali ta" l-infiq fis-saħħa u jitlob li jingħata appoġġ kontinwu u akbar u prevedibbli għall-Fond Globali kontra l-AIDS, it-tuberkolożi u l-malarja;

30.  Jistieden lill-Unjoni Afrikana (AU) tkompli bl-appoġġ tagħha għad-Dikjarazzjoni ta" Abuja ta" l-2001 li tikkonferma li l-pajjiżi għandhom jallokaw għall-inqas 15% tal-baġits nazzjonali tagħhom għall-kura tas-saħħa imma jiddispjaċih li żewġ Stati Afrikani biss żammew din il-wegħda;

31.  Jenfasizza li l-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għamlu progress sew fl-aħħar għaxar snin fiż-żieda ta' investiment fis-saħħa u l-edukazzjoni, iżda f'ċerti każi ma ġewx sodisfati l-wegħdiet li kienu saru u għalhekk jistieden lil dawn il-gvernijiet biex ifasslu skeda sabiex jintlaħqu l-miri li jiġi investit mill-inqas 20% tal-baġit tal-gvern għall-edukazzjoni u 15% għas-saħħa;

32.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex fl-2008 timplimenta verifika ta' l-impenn fid-DCI li sa l-2009, 20% ta' l-ODA kollha ta' l-UE jiġi allokat għas-saħħa bażika u għall-edukazzjoni sekondarja bażika;

PRIJORITAJIET GĦALL-IŻVILUPP UMAN U SOĊJALI

33.  Jenfasizza li hija prijorita? li jkun żgurat li tfal li huma "diffiċli biex tilħaqhom" - dawn jinkludu tfal ġejjin minn stati fraġli affettwati minn kunflitt, dawk b'diżabilitajiet, jew minn reġjuni remoti, minn familji li huma foqra b'mod kroniku jew dawk li huma esklużi għal raġunijiet ta" etniċità - ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni bażika;

34.  Jistieden lill-UE biex b'mod urġenti tagħti attenzjoni lill-edukazzjoni fl-istati fraġli affettwati minn kunflitt, li attwalment jirċievu inqas minn 20% ta' l-għajnuna globali għall-edukazzjoni minkejja li hemm jinsabu aktar minn nofs it-tfal tad-dinja li qed jitilfu l-edukazzjoni, u b'mod partikulari jistieden lid-Dipartiment Għall-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni (ECHO) biex jimxu fuq linji gwida ċari għall-appoġġ ta' l-ECHO għall-edukazzjoni f'każijiet ta' rispons ta' emerġenza;

35.  Jistieden lill-UE biex tassisti lill-pajjiżi sabiex jibnu kapaċita? nazzjonali biex jittraċċaw ir-riżultati tat-tagħlim sabiex ikun żgurat li aċċess usa' għall-edukazzjoni jwassal ukoll għal edukazzjoni ta' kwalita?;

36.  Jiddeplora l-fatt li kważi l-ebda pajjiż fl-Afrika mhu qiegħed fil-kundizzjoni li jikseb l-MDGs għas-saħħa ta' l-ommijiet u t-tfal;

37.  Jinnota li l-progress fil-każ ta' mwiet tat-tfal qiegħed aktar lura minn MDGs oħra minkejja li hemm disponibbli interventi sempliċi u rħas li jistgħu jipprevjenu miljuni ta' mwiet kull sena, u jenfasizza li terapiji orali ta' re-idrazzjoni, xbieki tas-sodda miksija bl-insettiċida, treddigħ, u antibjotiċi komuni għal kontra mard respiratorji jistgħu jipprevjenu madwar 63% ta' mwiet tat-tfal;

38.  Jemmen li l-infrastruttura għall-kura tas-saħħa jistħoqqilha appoġġ finanzjarju stabbli u fit-tul minn baġits nazzjonali u għajnuna internazzjonali sabiex tilħaq riżultati fil-każ ta' MDGs relatati mas-saħħa, bħalma huma t-tnaqqis fl-imwiet tat-tfal permezz ta' żieda fil-kopertura ta' l-immunizzazzjoni, it-tnaqqis fl-imwiet ta' l-ommijiet permezz ta' aċċess miżjud għal professjonisti tas-sengħa, u appoġġ għal riċerka u żvilupp ta', u aċċess għal, djanjostiċi u terapiji ġodda, il-forniment ta' ilma tajjeb għax-xorb u sanita?, u tlaħħiq 'il fuq sinifikanti lejn l-objettiv ta' l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ għall-HIV/AIDS, Malarja, TB u mard ieħor sa l-2010, inklużi dawk għall-popolazzjonijiet marġinalizzati u dawk li huma l-aktar vulnerabbli għall-mard infettiv;

39.  Jistieden lill-komunita? internazzjonali ta' donaturi biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' azzjoni komprensivi dwar is-saħħa, fejn jittrattaw kwistjonijiet bħalma huma l-ħtieġa li jiġu żgurati finanzjament sostenibbli għall-infrastrutturi u salarji tas-saħħa, investiment miżjud fit-taħriġ u l-prevenzjoni ta' "brain drain" minħabba l-migrazzjoni ta' ħaddiema tas-saħħa li huma ta' sengħa għolja;

40.  Jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tat-tielet Sessjoni Ordinarja tal-Konferenza ta' l-AU tal-Ministri tas-Saħħa 9-13 ta' April 2007 dwar it-Tisħiħ tas-Sistemi tas-Saħħa għall-Ekwita? u l-Iżvilupp, bħala inizjattiva importanti lejn il-kisba ta' l-MDGs' dwar is-Saħħa'; jistieden lill-UE biex tappoġġja lill-istati membri ta' l-AU fl-implimentazzjoni tal-programmi bbażati fuq din id-dikjarazzjoni;

41.  Iħeġġeġ lill-UE sabiex tibqa' fuq quddiem fl-isforzi biex jiġu appoġġjati d-drittijiet tas-saħħa dwar is-sess u r-riproduzzjoni billi żżomm il-livelli ta' fondi għall-implimentazzjoni ta' l-ICPD, u jiddispjaċih li għalkemm l-Afrika 'l isfel mis-Sahara għandha l-ogħla rati ta' mwiet ta' l-ommijiet, għandha wkoll l-aktar rata baxxa ta' użu ta' kontraċettivi fid-dinja (19%) u 30% ta' l-imwiet ta' l-ommijiet fuq il-kontinent huwa kkawżat minn abborti mhux siguri;

42.  Juri li n-NU qed tippjana biex tadotta mira ġdida fl-MDG 5 dwar l-Aċċess Universali għas-Saħħa Sesswali u Riproduttiva, u għalhekk iqis il-Pjan ta' Azzjoni Maputo għall-Operattivita? tal-Qafas tal-Politika Kontinentali għas-Saħħa u Drittijiet Sesswali u Riproduttivi 2007-2010 adottat mis-Sessjoni Speċjali tal-Konferenza ta' l-AU tal-Ministri tas-Saħħa 18-22 ta' Settembru 2006;

43.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti biex tiġi ttrattata l-vjolenza, bbażata fuq is-sessi, fil-forom kollha għaliex il-vjolenza għandha impatt fuq l-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni u s-saħħa, u hija waħda mill-ħafna fatturi determinanti ewlenin tal-pandemija ta' l-HIV, u għalhekk hija ostaklu ewlieni għall-kisba ta' ugwaljanza akbar bejn is-sessi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex tiżgura li dawk li huma milquta l-agħar ikollhom aċċess aħjar - bi prezzijiet raġonevoli - għal riżorsi u politiki ta' prevenzjoni, trattament anti-retrovirali u servizzi tal-kura tas-saħħa (infrastruttura, persunal u mediċini) li huma kapaċi jissodisfaw it-talba li dejjem qed tikber;

45.  Jinnota li l-MDGs kollha huma dipendenti b'mod kritiku fuq il-waqfien ta' l-epidemija ta' l-AIDS, u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorita? biex tiġi indirizzata din il-pandemija globali billi tappoġġja rispons intensiv u komprensiv; juri li r-rispons għandu jiżgura aċċess universali għal-prevenzjoni u għat-trattament eżistenti kif ukoll għall-investimenti adegwati fl-iżvilupp u fl-aċċess universali għal medda wiesgħa ta' teknoloġiji ta' prevenzjoni inklużi l-mikro-bijoċidi u t-tilqim; u jistieden lill-UE biex tippromwovi parteċipazzjoni industrijali aktar wiesgħa, sforz xjentifiku aktar koordinat, u politiki u programmi li jaċċelleraw l-eżaminazzjoni ta' tilqim u mikro-bijoċidi ġodda;

46.  Jistieden lill-UE biex iżżid il-fondi sabiex tiżgura li l-progress fix-xjenza bażika u l-bijo-mediċina jirriżulta f'mediċina, tilqim u djanjostiċi ġodda u mhux għaljin għal kontra mard li mhux qed jingħata biżżejjed attenzjoni; biex tappoġġja l-fażijiet ta' żvilupp ta' l-R&D; u biex tiżgura l-użu ta' prodotti ġodda minn popolazzjonijiet minsija, filwaqt li tirrispetta d-dispożizzjonijiet tat-TRIPS;

47.  Jistieden lill-UE biex tappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tad-Dikjarazzjoni tad-Doha dwar il-Ftehima TRIPS u s-Saħħa Pubblika tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO 9-14 ta' Novembru 2001, u biex tiżgura li l-mediċini ma jkunux għaljin għal dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jieħdu miżuri b'konformita? mad-Dikjarazzjoni ta' Doha, barra minn hekk jistieden lill-UE biex tipprovdi għajnuna teknika lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-implimentazzjoni ta' miżuri favur is-saħħa pubblika fil-liġi tal-privattiva;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni komprensiva ta' dawk is-sistemi li qegħdin fis-seħħ li mhux qed jirnexxilhom isolvu l-problema ta' l-aċċess għall-mediċini; din tinkludi li jintbagħtu rakkomandazzjonijiet lid-WTO biex jiġu emendati r-regoli tagħha li jirregolaw l-esportazzjoni ta' mediċini skond liċenzja obbligatorja, magħrufa bħala d-deċiżjoni tat-30 ta' Awissu;

49.  Jinnota li skond xi stimi, hemm bżonn li jitħaddmu żewġ miljun għalliem u aktar minn 4 milljun ħaddiem tas-saħħa sabiex is-saħħa u l-edukazzjoni għal kullħadd jkunu realtà u jridu jkunu investiti EUR10 biljun kull sena f'taħriġ u salarji għal għalliema ta' kwalità u ħaddiema tas-saħħa;

50.  Jistieden lill-gvernijiet ta" pajjiżi foqra sabiex, bi qbil mat-trejdunjons tagħhom, jistabilixxu f'livelli dinjitużi s-salarji tal-ħaddiema tas-saħħa u ta' l-għalliema li hemm diġa;

51.  Jistieden lill-gvernijiet ta" pajjiżi foqra sabiex jassiguraw rappreżentazzjoni u superviżjoni parlamentari u taċ-ċittadini fil-monitoraġġ ta" servizzi pubbliċi u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u ta" l-awtoritajiet lokali fil-proċessi ta' ppjanar lokali u nazzjonali u f'dawk baġitarji, inkluż ftehimiet u kuntratti ffirmati mad-donaturi;

52.  Jenfasizza li f'xi pajjiżi r-rati ta" malnutrizzjoni qed jiżdiedu u li fl-Afrika kollha huwa stmat li fl-2015 3.7 miljun aktar tfal se jkunu malnutriti milli llum u jistieden lill-UE sabiex tirrevedi u tevalwa jekk l-investimenti indiretti tagħhom jittrattaw b'mod effettiv il-malnutrizzjoni;

53.  Jistieden lill-komunità ta' donaturi internazzjonali sabiex tirdoppja l-isforzi tagħha u tikkoordina politiki speċifiċi sabiex ikun indirizzat il-ġuħ kroniku u sabiex tkun garantita s-sikurezza ta' l-ikel billi jkun adottat approċċ globali li jindirizza d-diversi għeruq tal-problema; iħeġġeġ lill-gvernijiet sabiex jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom li jirrispettaw, jipproteġu u jilħqu d-dritt għall-ikel b'mod partikolari billi joħolqu aċċess għall-ikel għal kulħadd;

54.  Jistieden lid-donaturi ta" l-UE biex jibdew immedjatament billi jużaw indikaturi dwar in-nutrizzjoni miftehma internazzjonalment, sabiex jirrappurtaw dwar il-progress fuq is-sigurtà ta" l-ikel, miżuri ta' sikurezza u protezzjoni soċjali, tmexxija, ilma, sanità u saħħa;

KOPERAZZJONI TA" ŻVILUPP IKKONĊENTRATA FUQ IL-KWALITÀ TA" L-GĦAJNUNA U L-FAQAR

55.  Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw il-Kodiċi ta" Kondotta għal tqassim tax-xogħol imtejjeb bejn id-Donaturi ta' l-UE biex ikun żgurat li l-infiq u l-programmi relatati mas-saħħa u l-edukazzjoni huma kkoordinati aħjar u biex ikun żgurat konċentrazzjoni aħjar fuq il-pajjiżi li ma jirċievu għajnuna ta" xejn ("aid-orphan countries") li ġew ittraskurati, inkluż pajjiżi fi kriżi u stati fraġli;

56.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jimplimentaw b'mod sħiħ id-Dikjarazzjoni ta" Pariġi hawn fuq imsemmija dwar l-effettività ta' l-għajnuna u jisħaq li hemm bżonn isiru aktar sforzi mill-UE f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabilità reċiproka, is-sjieda ta" pajjiżi msieħba u riforma ta" assistenza teknika minħabba li Stati Membri li qegħdin fil-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) marru ħażin f'dawn it-tliet oqsma fl-istħarriġ bażiku riċenti ta" l-OECD dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta" Pariġi;

57.  Jistieden lill-UE sabiex tappoġġja lill-imsieħba sabiex jibnu l-kapaċità biex isir proċess koerenti ta" l-immaniġġjar ta" l-iżvilupp fi ħdan il-pajjiż innifsu, peress li dan jibqa ċentrali biex ikunu żgurati s-sjieda u t-tmexxija ġusti tal-proċess ta" l-iżvilupp tagħhom stess;

58.  Jemmen li l-micro ffinanzjar huwa wieħed mill-istrumenti l-aktar essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar peress li tagħti s-setgħa lil foqra nfushom sabiex jipparteċipaw b'mod attiv f'din il-ġlieda;

59.  Jenfasizza waħda mis-soluzzjoni prinċipali għall-problema tal-faqar u sabiex in-nisa u l-irġiel ikollhom is-setgħa hija li jkun iggarantit xogħol ta' kwalità għolja b'paga diċenti;

60.  Jemmen li jeħtieġ li fil-politika ta" l-iżvilupp ta' l-UE l-prijoritajiet speċifiċi skond is-sess u d-drittijiet tat-tfal jiġu ffukati mill-ġdid bħala drittijiet bażiċi u bħala parti mill-kriterji ta" governanza applikati skond il-Ftehima ta" Kotonù(8) u bnadi oħra;

61.  Jilqa l-Ftehima tal-KE/UN dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Iżvilupp u l-Paċi li tnediet riċentament, bl-għan li jkun assigurat li l-ġeneru ma jkunx mogħti l-ġenb fl-implimentazzjoni u r-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni ta" Pariġi;

62.  Jemmen li d-Dokumenti dwar l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar (PSRPs) u d-Dokumenti dwar l-Istrateġiji tal-Pajjiżi huma għodda potenzjalment importanti biex jintlaħqu l-MDGs, imma li għandhom ikunu abbozzati, implimentati, kkontrollati u evalwati f'konsultazzjoni mal-Parlamenti fil-pajjiżi ACP u ma" l-Istati Membri, mal-Parlament, mas-soċjetà ċivili u ma" l-awtoritajiet lokali u għandhom jiffokaw fuq li jintlaħqu l-objettivi ta" l-MDG;

63.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta" flessibiltà fl-ipprogrammar tal-KE li jiddefinixxi prijoritajiet limitati fil-bidu ta" ċiklu ta" programmar u mbagħad ma jippermettix li kwistjonijiet ġodda jkunu appoġġjati, anke jekk dan ikun mitlub direttament mill-gvernijiet imsieħba;

64.  Jenfasizza li l-għan fuq tul ta" żmien tal-koperazzjoni fl-iżvilupp għandu jkun li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp ekonmiku, soċjali u ambjentali sostenibbli; f'dan il-kuntest jenfasizza l-bżonn li jkunu promossi inizzjattivi għat-tkabbir fis-sħubiji pubbliċi-privati inkluż miżuri ta" appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jitkabbru l-produttività u l-impjieg;

65.  Jenfasizza l-potenzjal għoli li l-investiment dirett barrani għandu fuq l-iżvilupp, fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, fuq it-trasferiment ta" l-għarfien, fuq l-intraprenditorija u t-teknoloġija u fuq il-ħolqien ta" l-impjiegi; jenfasizza f'dan il-kuntest, l-importanza ta'klima trasparenti, prevedibbli u favorevoli għall-investiment, it-tnaqqis tal-burokrazija għan-negozji, li jkunu rispettati d-drittijiet tal-propjetà, li tkun promossa l-kompetizzjoni u l-impenn għal politiki makroekonomiċi sodi;

66.  Jistieden lid-donaturi u lir-riċevituri jappoġġjaw id-dejta mtejba għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta" l-MDGs;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li meta jintefqu fondi fuq infrastruttura, it-tnaqqis tal-faqar jibqa l-attenzjoni ewlienija tal-proġetti kollha;

68.  Jirrikonoxxi li l-Fondi u Faċilitajiet kurrenti ta" l-UE bħal ma huma l-Faċilità ta" l-Infrastruttura, il-Faċilità ta" l-Ilma u l-Faċilità għall-Enerġija, jindirizzaw kwistjonijiet importanti;

69.  Jistieden lill-UE ssaħħaħ is-sħubijiet tagħha ma" pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod li jinkuraġġixxi r-responsabilità lejn xulxin u l-obbligi reċiproki billi jkunu stabbiliti punti ta" referenza prevedibbli u dati ta" skadenza għaż-żidiet fl-ODA, sabiex ikun iffaċilitat l-ippjanar tal-pajjiżi riċevituri għal żidiet fl-investimenti pubbliċi;

70.  Jenfasizza li għandu jintuża kull mezz sabiex jintlaħqu l-MDGs u li dan jeħtieġ l-isħubiji l-aktar wiesgħa possibbli tal-partijiet interessati, b'mod partikulari bil-parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali ta" pajjiżi li qed jiżviluppaw kif ukoll msieħba privati;

71.  Huwa fiduċjuż li jintlaħaq ftehim waqt l-abbozzar ta' l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika dwar l-importanza fundamentali li jintlaħqu l-MDGs sa l-2015;

GĦAJNUNA BAĠITARJA ĠENERALI

72.  Jinsisti li l-UE u l-gvernijiet sħab jassiguraw li l-għajnuna baġitarja dejjem issir fuq bażi ta" għajnuna baġitarja mogħtija għal setturi partikolari li tassenja flus għal settur speċifiku li l-fondi għandhom jintefqu fih, jintużaw għanijiet relatati mal-faqar li jqisu b'mod dirett il-konklużjonijiet tal-politki minflok dħul u ħruġ baġitarju, jistabbilixxu mekkaniżmi u għodod ta" monitoraġġ biex ikun żgurat li proporzjon adegwat mill-Għajnuna ta" Appoġġ tal-Baġit Ġenerali jkun jappoġġja l-ħtiġijiet bażiċi, b'mod partikulari s-saħħa u l-edukazzjoni, u jisħaq li dan għandu jkun akkumpanjat mill-appoġġ għall-bini tal-kapaċità, u jisħaq li persentaġġ ta" 0.5% ta" l-għajnuna baġitarja mogħtija għandha tkun merfugħa b'mod esklussiv għall-għassiesa tas-soċjetà ċivili;

73.  Jistieden lill-UE sabiex jappoġġja l-immaniġġjar koerenti ta" l-MDG ta" l-Għajnuna Baġitarja Ġenerali matul partijiet differenti ta" l-eżekuttiv u tal-leġiżlaturi u biex jipprovdi appoġġ għal-iskrutinju ta" l-għajnuna baġitarja tas-soċjetà ċivili parlamentari u ta" l-awtoritajiet lokali sabiex tkun żgurata rabta soda u ċara bejn għajnuna mogħtija għall-għajnuna baġitarja u t-twettieq ta" l-MDGs;

74.  Jitlob għall-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ effikaċi tal-baġits permezz ta' 'Surveys' ta' Monitoraġġ ta' l-Infiq Pubbliku (PETS - Public Expenditure Tracking Surveys) li jagħmlu paragun dettaljat bejn "dħul" u "ħruġ" skond il-kriterji tad-DAC;

75.  Jistieden lill-UE żżid il-proporzjon ta" għajnuna minfuqa permezz ta" l-għajnuna baġitarja diretta lil dawk il-pajjiżi li taw prova ta' tmexxija governattiva tajba, ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija;

76.  Jisħaq li l-għajnuna baġitarja fil-forma l-aktar komuni tagħha hija essenzjalment ftehima oħra fuq żmien qasir bejn donaturi u gvernijiet, bi ftit ftehimiet li jaqbżu t-tliet snin u jistieden lid-donatur biex iżidu ż-żmien ta" l-impenji li jidħlu għalihom, jekk jista" jkun skond il-proposti mill-Kummissjoni għal "kuntratti MDG" li jinvolvu impenji ta' sitt snin u ftehim ċar u ċarezza dwar fejn u kif din l-għajnuna tiġi sospiża;

77.  Jistieden lill-pajjiżi sabiex jikkonċentraw fuq l-implikazzjonijiet ta" l-Għajnuna Baġitarja Ġenerali għall-ugwaljanza tan-nisa u r-relazzjonijiet bejn il-ġeneri peress li żidiet ġenerali fl-iffinanzjar mhux neċessarjament jegħlbu l-aċċess inugwali u l-istatus ta" gruppi marġinalizzati li jinkludu n-nisa u nies b'diżabilità;

IL-GOVERNANZA

78.  Ifakkar li l-Ftehima ta" Kotonù għandha qafas ta" djalogu bejn l-istati ta" l-UE u dawk ta" l-ACP dwar kwistjonijiet ta" governanza u jistieden lill-UE ssaħħaħ dan il-qafas minflok ma żżid inizzjattivi, strateġiji u politiki ġodda;

79.  Jisgħobbih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-governanza fil-qafas tal-kunsens Ewropew għall-iżvilupp (COM(2006)0421), li tipproponi sezzjoni ta' inizjattiva għall-għajnuna baġitarja, jnaqqas l-MDGs għal wieħed biss minn tlieta u għoxrin indikatur, b'indikaturi oħra bħal ma huma l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, il-kontroterroriżmu u l-immigrazzjoni li huma irrilevanti għall-implimentazzjoni ta" l-MDGs u jemmen li l-istrument tal-governanza għandu jikkonċentra fuq l-impenn tal-pajjiiż imsieħeb biex jimplimenta l-MDGs;

80.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħtaf l-opportunità li qed tingħata mir-Reviżjoni tal-Profil ta" Governanza ta" l-2008 biex tisma l-opinjonijiet tal-parlamenti u ta" l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta" l-Ewropa u ta" l-Afrika, kif ukoll ta" l-Istati Membri u tal-gvernijiet Afrikani, u jadatta l-approċċ tiegħu ta' governanza kif xieraq;

81.  Ifakkar lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-progess biex jintlaħqu l-MDGs spiss hu mfixxkel mill-korruzzjoni endemika, tmexxija fqira u strateġiji tal-kura tas-saħħa dubjużi, u jenfasizza li l-faqar qatt mhu se jiġi eliminat ħlief jekk in-nuqqasijiet sistemitiċi li jikkawżaw il-faqar jiġu wkoll rikonoxxuti, ittrattati u eliminati;

82.  Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex itejbu l-potenzjal tal-prosperità tagħhom billi jistitwixxu programmi ta' liberalizzazzjoni ekonomika, speċjalment fis-settur tad-drittijiet tal-proprjetà, li malajr jirrilaxxaw kapital sostanzjali għal investiment immedjat - li fih innifsu jiffaċilità l-ksib aktar kmieni ta' l-MDGs;

83.  Jistieden lid-donaturi bilaterali u multilaterali kollha u lill-aġenziji ta' kreditu fuq l-esportazzjoni biex jiżviluppaw sett ta' kundizzjonijiet ibbażati fuq ir-responsabilità tal-gvernijiet lejn iċ-ċittadini tagħhom u sistema ta' sħubija fejn l-għajnuna mhux umanitarja hija kundizzjonali fuq il-konformità ma' serje ta' kriterji speċifiċi u, b'mod partikolari, it-trasparenza pubblika dwar flussi ta' dħul;

IL-PAĊI U S-SIGURTÀ

84.  Ifakkar li l-paċi u s-sigurtà huma vitali biex jintlaħqu l-MDGs, u għalhekk iħeġġeġ lill-UE sabiex jassigura li l-politiki ta" l-iżvilupp tiegħu jkollhom impatt pożittiv fuq il-bini tal-paċi.

85.  Ifakkar fl-impenn biex ikun integrat is-sensitività għall-kunflitt fil-politiki u l-istrumenti kollha ta" l-UE kif irrakkomandat fil-Programm ta" Goteborg ta" l-2001 għall-Prevenzjoni ta" Kunflitti Vjolenti, u jistieden lill-UE sabiex timplimenta l-aħħar għodda adottati biex ikun evitat il-kunflitt bħal ma huma l-Istrateġija ta" l-UE għall-armi zgħar u ħfief, il-Qafas ta' Politika ta' l-UE għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Kunċett Konġunt ta" l-UE dwar id-Diżarm, id-Dimobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DDR);

86.  Jilqa" l-fatt li Trattat dwar il-Kummerċ ta" l-Armi issa għandu l-appoġġ ta" 80% tal-gvernijiet tad-dinja, u jħeġġeġ lill-UE twettaq il-parti tagħha billi tassigura li jista" jkun hemm trattat internazzjonali li jorbot legalment;

IL-KUMMERĊ

87.  Jistieden lill-UE tadotta politika koerenti bejn il-politiki tagħha tal-kummerċ, tas-sajd, tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u dawk agrikoli komuni biex ikunu evitati l-impatti diretti jew indiretti fuq l-ekonomija tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

88.  Jisħaq li l-ftuħ tal-kummerċ jista" jkun wieħed mill-iżjed muturi effettivi tat-tkabbir ekonomiku, iżda li hemm bżonn ikun akkumpanjat minn politiki ta" redistribuzzjoni u soċjali domestiċi biex ikun jista" jitnaqqas il-faqar;

89.  Jenfasizza l-wegħda tar-Rawnd dwar l-Iżvilupp li sar f'Doha u fuq il-ħtieġa li jkun hawn sistemi ta" kummerċ ibbażati fuq regoli internazzjonali ġusti u ekwi, liema sistemi jkunu ddisinjati biex jikkoreġu l-iżbilanċi kummerċjali fil-kummerċ globali, speċjalment f'dak li jikkonċerna lill-Afrika, jistieden lill-UE sabiex tagħmel li tista" biex jispiċċa l-waqfien min-negozzjati tad-WTO;

90.  Jinnota li skond il-President tar-Rawnd ta" Doha li hija wieqfa, sabiex ikun faċilitat ftehim li huwa favur l-iżvilupp, l-UE għandha taħseb biex taqta" b'figura stimata ta" 70% mis-sussidji fuq l-esportazzjoni agrikola li jgħawġu l-kummerċ, u li għandu jintlaħaq ftehim fuq tnaqqis fis-sussidji u fit-tariffi sabiex in-negozjati jkunu konklużi sa l-aħħar ta" l-2007;

91.  Jemmen li l-Kummerċ Ġust huwa għodda importanti fil-bini ta" kummerċ sostenibbli bi dħul xieraq għall-produtturi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tirrispondi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament hawn fuq imsemmija dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Ġust b'Rakkomandazzjoni li l-Kummerċ Ġust ikun appoġġjat kif indikat fil-paragrafi 1 u 2 tar-riżoluzzjoni;

92.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ftehimiet kummerċjali tagħha jagħtu kontribut, minflok ma jfixklu, it-twettieq ta" l-MDGs; b'mod partikulari, għandha tiżgura li l-Ftehimiet ta" Sħubija Ekonomika (EPAs) jikkostitwixxu strumenti għall-iżvilupp u għall-eradikazzjoni tal-faqar ta" l-ACP;

93.  Jemmen li TRIPS relatati mal-farmaċewtika li jaffettwaw is-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini li jmorru lil hinn mill-Ftehim TRIPS għandhom ikunu esklużi min-negozjati ta" l-EPAs u ftehimiet oħra futuri bilaterali jew reġjonali ma' pajjiżi bi dħul baxx;

94.  Jemmen li l-pajjiżi ACP kollha għandhom ikollhom dritt ċar li jgħażlu jekk jestendux jew le n-negozzjati lilhinn mill-kummerċ fil-prodotti, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tassigura li d-drittijiet ta" proprejtà? intellettwali u l-kwistjonijiet ta" Singapore (il-politika ta" kompetizzjoni, l-appalt pubbliku u l-investiment) jitneħħew minn fuq il-mejda tan-negozzjati jekk il-pajjiżi ACP ma jixtiequx jinnegozzjaw dawn il-kwistjonijiet;

95.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tevita li l-kummerċ għall-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku (ACP) jiġi sfrattat, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li jekk in-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) qabel tmiem l-2007, isiru arranġamenti sabiex tkun evitata l-inċertezza għall-imsieħba tagħna ta' l-ACP; jenfasizza li dan jirrikjedi garanzija li, minkejja l-istat tan-negozjati f'dak iż-żmien, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-ACP ta' l-aċċess għas-suq Ewropew jibqa' ekwivalenti għal dawk kurrenti, kif miftiehem fil-Ftehim ta' Cotonou; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif għandi isiru tali arranġamenti sabiex tkun evitata l-inċertezza għall-esportaturi u l-impurtaturi;

96.  Jieħu nota ta" studji riċenti mill-UNCTAD u oħrajn li juru li liberalizzazzjoni estensiva tal-kummerċ f'LDCs ma tantx kellha effett fuq l-objettivi kontinwi u sostanzjali għat-tnaqqis tal-faqar u tat kontribut għal tnaqqis negattiv fit-termini tal-kummerċ ta" pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikulari tal-pajjiżi Afrikani, u jistieden lill-UE sabiex tibda kampanja sinċiera u fit-tul sabiex iżżid ġenwinament il-kapaċità għall-esportazzjoni ta" dawn l-LDCs billi tippromwovi l-assistenza teknika biex tavvanza l-istandards fiżjosanitarji, il-liġi tal-propjetà, ħiliet tan-negozju u programmi ta' valur miżjud;

97.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadatta l-politiki ta" koperazzjoni u ta" kummerċ kemm jista" jkun sabiex tgħin lil-gvernijiet ta' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw iżommu u jiżviluppaw servizzi pubbliċi, b'mod partikulari dawk li jigarantixxu l-aċċess tal-popolazzjoni sħiħa għall-ilma tax-xorb, għas-servizzi tas-saħħa, għall-edukazzjoni u għat-trasport;

98.  Iħeġġeġ li jkun ikkunsidrat bi sħiħ il-fatt li l-pajjiżi ta" l-ACP spiss huma dipendenti ħafna fuq komoditajiet primarji, li huma partikularment vulnerabbli għall-oxxillazzjonijiet tal-prezzijiet u ż-żidiet fit-tariffi, u jisħaq l-importanza tad-diversifikazzjoni, ta" l-iżvilupp ta" industriji ta" l-ipproċessar u ta" l-SMEs f'dawk il-pajjiżi;

99.  Jisħaq l-importanza tal-bini ta" kapaċitajiet għall-kummerċ u tal-ħtieġa ta' riżorsi addizzjonali mill-UE sabiex tiżdied l-abilità tal-pajjiżi ACP li jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-istrateġiji, li jinnegozzjaw u li jappoġġjaw l-integrazzjoni reġjonali, għad-diversifikazzjoni u l-preparazzjoni għal-liberalizzazzjoni billi jtejbu l-produzzjoni, il-kapaċità ta" provvista u kummerċjalizzazzjoni u billi jkun hemm kumpens għall-ispejjeż ta" aġġustamenti kif ukoll billi tiżdied l-kapaċità ta' dawn il-pajjiżi li jattiraw l-investiment;

100.  Jistieden lill-Kummissjoni biex żżid l-assistenza tagħha relatata mal-kummerċ biex tappoġġja l-bini tal-kapaċità li huwa essenzjali jekk l-ifqar pajjiżi għandhom ikunu jistgħu jindirizzaw il-kompetizzjoni miżjuda li tirriżulta mil-liberalizzazzjoni tas-suq;

IL-BIDLA FIL-KLIMA

101.  Iħeġġeġ lill-UE biex tkompli jkollha rwol prinċipali fil-promozzjoni ta" metodi aktar nodfa u aktar effiċjenti għall-iżvilupp sostenibbli u b'livell baxx ta" karbonju;

102.  Jinnota li komunitajiet foqra f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw kkontribwew l-inqas għall-bidla fil-klima, iżda huma l-aktar probabbli li huma li se jbagħtu l-iktar severament mill-effetti; jistieden lill-UE biex tara li jkun disponibbli finanzjament sinifikattiv sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għaż-żidiet fil-livell tal-baħar, u għaż-żieda u l-frekwenza ta" avvenimenti ta" temp estrem bħal nixfa, maltempati kbar, għargħar, eċċ., kif ukoll għall-kriżijiet ta" saħħa, produzzjoni ta" l-ikel u ta" l-ilma, li jipperikolaw l-iżvilupp u jwasslu għal migrazzjoni u għal tħeddid lis-sigurtà fuq skala kbira;

103.  Jistieden lill-UE biex tara li jkun disponibbli finanzjament sinifikattiv sabiex il-pajjiżi foqra jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-bidla fil-klima u jisħaq li dawn il-flus ma jistgħax ikunu sempliċiment mgħoddija minn bagits eżistenti għall-għajnuna u barra minn hekk jemmen li proporzjon sinifikanti tad-dħul mill-irkant ta" l-allokazzjonijiet permezz ta" l-Iskema Ewropea għall-Kummerċ u t-tqegħid ta" taxxi fuq il-karbonju għandu jkun użat biex jiffinanzja l-iżvilupp nadif fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;

104.  Jisħaq li l-adattament m'għandux jiġi trattat biss bħala kwistjoni umanitarja jew bħala prijorità biss fi ħdan il-kuntest tal-konvenzjoni dwar il-klima; jenfasizza li t-tnaqqis tar-riskju u l-miżuri ta" "protezzjoni mill-klima" (climate proofing) għandhom ikunu integrati fl-aġenda ġenerali għall-iżvilupp, inkluż fil-PRSPs u fis-CSPs;

105.  Jirrikonoxxi li l-ħlasijiet ta' liċenzji ta' l-IPR fis-settur tat-teknoloġija nadifa jistgħu jikkostitwixxu barriera għat-trasferiment ta' teknoloġija bħal din għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li sabiex jiġi miġġieled il-faqar ta' l-enerġija u sabiex tkun assigurata triq sostenibbli ta' żvilupp, għandhom jiġu żviluppati sħubijiet IPR bejn pajjiżi industrijalizzati u pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex ikun żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà filwaqt li fl-istess ħin jiġu ffaċilitati ċ-ċirkolazzjonijiet tat-teknoloġija;

106.  Jisħaq li għalkemm l-enerġija m'hix indirizzata speċifikament fid-Dikjarazzjoni tal-Millennju, il-forniment tas-servizzi moderni ta" l-enerġija lill-foqra hija prerekwiżit kruċjali biex jintlaħqu l-MDGs; jinnota li l-prekundizzjonijiet għat-teknoloġiji ta" enerġija li tiġġedded huma eċċellenti f'bosta pajjiżi li jiżviluppaw, u jipprovdu mod effettiv biex jintlaħqu l-ispejjeż li qed jiżdiedu taż-żejt u jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-enerġija filwaqt li jiġi evitat impatt ta' ħsara ulterjuri fuq il-klima; jiddispjaċih li ma ġewx allokati biżżejjed riżorsi finanzjarji mill-UE biex tkun indirizzata l-isfida tal-faqar fl-enerġija; jenfasizza għal dan l-għan dwar il-bżonn ta" flussi akbar ta" għajnuna, kif ukoll ta" appoġġ imsaħħaħ għal investimenti privati f'teknoloġiji ta" enerġija li tiġġedded;

L-AĠENDA TA" WARA L-MGD

107.  Jisħaq li jekk jintlaħqu l-MDGs, il-proporzjon ta" nies li qed jgħixu fil-faqar se jonqos bin-nofs fi żmien għaxar snin, kisba enormi imma wkoll waħda li madanakollu se tħalli mijiet ta" miljuni ta" nies l-aktar foqra u vulnerabbli maqbuda f'faqar kroniku;

108.  Jitlob lill-UE tistabilixxi data għal ftehim għal Strateġija għall-Eliminazzjoni tal-Faqar wara l-2015;

o
o   o

109.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri u l-pajjiżi aderenti, l-Unjoni Inter-Parlamentari, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Kumitat għall-Għajnuna għall-Iżvilupp ta' l-OECD.

(1) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 311.
(2) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(3) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 475.
(4) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(5) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 316.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2007)0043.
(7) Testi Adottati, P6_TA(2006)0320.
(8) Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), fuq in-naħa l-waħda, u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3). Ftehima kif modifikata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru1/2006 tal-Kunsill tal-Ministru ACP-CE (ĠU L 247 tad-9.9.2006, p.22).

Avviż legali - Politika tal-privatezza