Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-MEDA u appoġġ finanzjarju għall-Palestina - evalwazzjoni, implimentazzjoni u kontroll (2006/2128(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Barċellona adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja fit-28 ta" Novembru 1995 li bdiet is-sħubija Ewro-Mediterranja(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi li għandhom jakkumpanjaw ir-riforma ta' l-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas ta" l-isħubija Ewro-Mediterranja(2) (ir-"Regolament MEDA"),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1488/96(3) (ir-"Regolament MEDA II"),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Frar 2001 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jippreparaw ir-raba" laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewro-Mediterranji "insaħħu mill-ġdid il-Proċess ta" Barċellona"(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta" Ġunju 2003 dwar ir-rapport annwali dwar il-programm MEDA 2000(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-20 ta" Novembru 2003 dwar il-Euromed(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta" Frar 2004 dwar it-tisħiħ mill-ġdid ta" azzjonijiet ta" UE afir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni mas-sħab fil-Mediterran(7) u tas-27 ta" Ottubru 2005 dwar il-proċess ta" Barċellona rivedut(8),
– wara li kkunsidra l-prijoritajiet politiċi tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew ta' l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, ifformulati fil-21 ta' April 2005(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta" Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea dwar il-Viċinanzi(10),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta" Lulju 2006 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta" Sħubija(11),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta' Sħubija(12),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ta" l-4 ta" Diċembru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-Tisħiħ tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinanzi (COM(2006)0726),
– wara li kkunsidra r-rapport finali tat-18 ta" Lulju 2005 dwar l-Evalwazzjoni ta" nofs it-terminu tal-Programm MEDA II(13),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2006 dwar il-politika ta" l-iżvilupp tal-Komunità Ewropea u l-implimentazzjoni ta" l-għajnuna esterna fl-2005(14),
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri Nru 5/2006 dwar il-Programm MEDA(15),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2005 tal-Faċilità Ewro-Mediterranja għall-Investiment u l-Isħubija (FEMIP) tas-26 ta" Ġunju 2006(16),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tas-17 ta" Ottubru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill bit-titolu 'Evalwazzjoni tal-Faċilità għal Investiment u Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMPIP) u Għażliet Futuri' (COM(2006)0592),
– wara li kkunsidra l-isħubija strateġika għall-Mediterran u l-Lvant Nofsani, adottata mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006(17),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/817/KE tat-23 ta" Settembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Agenzija ta" Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) dwar għajnuna lir-refuġjati fil-pajjiżi fil-Lvant Qarib (2002 sa 2005)(18),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Ottubru 2003 dwar il-paċi u d-dinjità fil-Lvant Nofsani(19),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 669/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta" Marzu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1734/94 dwar il-koperazzjoni finanzjarja u teknika max-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaza(20),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta" Frar 2006 dwar ir-riżultat ta" l-elezzjonijiet Palestinjani u s-sitwazzjoni fil-Lvant ta" Ġerusalem(21),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-30 ta" Jannar 2006(22) u tad-9 ta" Mejju 2006(23) tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani (magħmul minn rappreżentanti ta" l-UE, tan-NU, ta" l-Istati Uniti u tar-Russja) fejn kien espress tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fit-territorji Palestinjani u esprima r-rieda tiegħu li jappoġġja mekkaniżmu temporanju għal għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta" Paċi fil-Lvant Nofsani tal-Kunsill ta" l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-15 ta" Mejju 2006(24) fejn il-Kunsill esprima t-tħassib serju tiegħu dwar it-taħsir tal-qagħda umanitarja, ekonomika u finanzjarja fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta" Gaza u laqa" r-rieda tal-Kwartett li jappoġġja mekkanizmu internazzjonali temporanju (TIM), li l-objettiv tiegħu huwa t-twassil dirett u s-superviżjoni diretta ta" għajnuna lill-poplu Palestinjan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar il-kriżi umanitarja fit-territorji Palestinjani u l-irwol ta' l-UE(25),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta" Settembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani(26),
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu lill-Iżrael u lit-Territorji Palestinjani fl-20-21 ta" Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-31 Jannar 2007 tal-Kumitat għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-House of Commons tar-Renju Unit bit-titolu 'Għajnuna għall-Iżvilupp u t-Territorji Palestinjani Okkupati'(27),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Frar 2007 tal-Bank Dinji bit-titolu 'Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta" Gaza - Reviżjoni ta' l-Infiq Pubbliku - Minn Kriżi għal Indipendenza Fiskali Akbar'(28),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0210/2007),
A. billi l-programm MEDA huwa l-istrument finanzjarju prinċipali għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u li jappoġġja miżuri biex jakkumpanjaw ir-riforma ta' strutturi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi msieħba sabiex jitnaqqas id-distakk bejn ż-żewġ partijiet tar-reġjun Mediterranju,
B. billi l-oqsma prinċipali fejn jintervjeni l-Programm MEDA jitnisslu direttament mill-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Barċellona ta' l-1995 li ġew riaffermati f'bosta okkażżjonijiet:
-
mill-kapitlu dwar il-politika u s-sigurtà: jinżamm djalogu politiku f'livelli bilaterali u reġjunali, jiġu stabbiliti miżuri biex jitnisslu sħubijiet u jintlaħaq ftehim għal Charter għall Paċi u l-Istabbiltà, l-iskop ġenerali huwa li jinħoloq spazju ta' paċi u stabbiltà bbażat fuq il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
-
mill-kapitlu dwar l-ekonomija u l-finanzi: tiġi stabbilita żona ħielsa għall-kummerċ fir-reġjun Ewro-Mediterranju (Tramuntana-Nofsinhar, Nofsinhar-Nofsinhar), jiġi pprovdut appoġġ finanazjarju ta' l-UE għat-tranżizzjoni ekonomika u għall-isfidi soċjali, jiżdied il-fluss ta' investimenti għall-imsieħba Mediterranji bħala riżultat tal-kummerċ ħielses, l-iskop ġenerali jkun il-ħolqien ta' żona ta' prosperità u żvilupp;
-
mill-kapitlu dwar affarijiet soċjali, kulturali u umani: jinħolqu skambji, jiġu żviluppati riżorsi umani, jingħata appoġġ lis-soċjetajiet ċivili u għal żvilupp soċjali, l-iskop ġenerali jkun l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili mseddqa u l-promozzjoni ta' fehim reċiproku bejn iż-żewġ partijiet;
C. billi l-impenji medji annwali huma l-istess għal MEDA I u MEDA II, madwar EUR 613-il miljun u EUR 618-il miljun rispettivament, u l-indikazzjonijiet għall-2005-2006 juru li dawn l-impenji se jiżdiedu għal madwar EUR 660 miljun,
D. billi MEDA II kien ippjanat li jipprovdi EUR 5 350 miljun bejn l-2000 u l-2006 għas-sħubija Ewro-Mediterranja,
E. billi l-impenji annwali ta' MEDA II varjaw bejn EUR 569 miljun (2000) u EUR 817-il miljun (2006), u billi minn MEDA 1 għal MEDA II żdiedu l-impenji għall-Alġerija, għat-territorji Palestinjani, għall-Ġordan, għall-Marokk, għas-Sirja, u għat-Tuneżija u għall-attivitajiet reġjonali, u tnaqqsu għall-Eġittu u għall-Libanu,
Impenji skond il-pajjiż, f'miljuni ta' EUR
1995
1996
1997
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
Total
MEDA I
Total
MEDA II
Alġerija
0
0
41
95
29
30
60
50
42
51
40
66
165
339
Eġittu
0
75
203
397
11
13
0
78
104
159
110
129
685
593
Ġurdan
7
100
10
8
129
15
20
92
43
35
58
69
254
332
Libanu
0
10
86
0
86
0
0
12
44
18
27
32
182
133
Marokk
30
0
236
219
176
141
120
122
143
152
135
168
660
980
Sirja
0
13
42
0
46
38
8
36
1
53
22
22
101
180
Tuneżija
20
120
138
19
132
76
90
92
49
22
118
71
428
517
XLG
3
20
41
5
42
97
0
100
81
73
80
92
111
522
Total
bilaterali
60
337
797
743
650
409
298
582
505
562
590
649
2 587
3 596
Reġjonali
113
33
114
66
145
160
305
29
110
135
145
168
471
740
Total
173
369
912
809
802
569
603
612
615
698
735
817
3 057
4 336
Sors: Uffiċju tal-Europe Aid (WBG= ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta" Gaza)
F. billi taħt MEDA II is-setturi ġodda jinkludu l-ġustizzja, il-pulizija, is-soċjetà ċivili/drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni; billi s-setturi l-oħrajn li rċevew żieda sostanzjali fil-finanzjament jinkludu l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-appoġġ ekonomiku istituzzjonali, imma għal setturi oħrajn bħall-agrikultura, l-iżvilupp lokali u r-riforma privata ġew impenjati anqas fondi taħt MEDA II milli taħt MEDA I,
G. billi r-Regolament ta' MEDA II jispeċifika li operazzjonijiet immaniġġjati mill-Bank għall-Investiment Ewropew jistgħu jirċievu fondi ta' l-UE mill-baġit tal-MEDA għal proġetti ambjentali u sabiex jiġu implimentati operazzjonijiet ta' riskju kapitali fil-pajjiżi Mediterranji msieħba; billi l-ammont totali ta' operazzjonijiet tal-Bank għall-Investiment Ewropew taħt MEDA II baqa' komparattivament l-istess bħal taħt MEDA I, imma l-kompożizzjoni tagħhom inbidlet, bi tnaqqis sinifikanti ta' programmi ta' sussidji b'riskju u żieda fl-operazzjonijiet b'kapital ta' riskju,
EIB: Mandat għal self tal-FEMIP
1995-1999
EUR 4808 miljuni
2000-2007
EUR 6400 miljuni
Sors: DG RELEX
H. billi minn Ottubru 2002 l-operazzjonijiet ta' l-EIB fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran inġabru flimkien taħt il-Faċilità Ewro-Mediterranja għall-Investiment u s-Sħubija (FEMIP);
I. billi r-regolament tal-MEDA intemm fl-2006 u l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u għas-Sħubija daħal fis-seħħ fl-2007,
J. billi mill-1994 sa l-2006 l-Kummissjoni pprovdiet madwar EUR 2 300 miljun għall-poplu Palestinjan, li jinkludu appoġġ għal refuġjati Palestinjani permezz tal-UNRWA, assistenza umanitarja permezz ta' l-Uffiċċju Umanitarju tal-Kommunità Ewropea (ECHO), sikurezza ta' l-ikel, attività fil-Proċess għall-Paċi fil-Lvant Nofsani u appoġġ għas-saħħa, l-edukazzjoni u għall-bini ta' istituzzjonijiet,
K. billi pagamenti għal zoni Palestinjani kienu pjuttost stabbli għal madwar 233 miljun Euro u 260 miljun Euro kull sena bejn l-2002 u l-2005 u billi r-rati varji ta' impenji jirriflettu l-karattru diffiċli tal-Proċess għall-Paċi, filwaqt li r-relazzjoni bejn pagamenti u impenji kibret minn 45% fl-2000 għal aktar minn 90% fl-2005,
GĦAJNUNA GĦAL ZONI AMMINISTRATI MILL-PALESTINA FFINANZJATI MILL-BAĠIT ĠENERALI 2000-2006
Impenji (f'miljuni ta" EUR)
Ġeoġ./Tematiċi
Programm
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
Ammont
kumplessiv
Programmi
Ġeografiċi
MEDA
119
0
105
93
74
92
102
483
UNRWA
40
57
55
58
61
64
64
335
Ftehima ta" paċi Iżrael/PLO
20
43
88
47
51
51
56
300
Total ġeografiku
179
100
248
198
186
207
222
1 118
Programmi
Tematiċi
Għajnuna alimentari
16
17
35
24
24
29
26
145
Drittijiet tal-Bniedem
2
1
3
0,5
2,5
4
1
13
NGO
2,5
1
1,5
4
5
0
2
14
ECHO
18
26
35
38
37
36
84
190
Oħrajn
7
4
5
0
1
1
0
18
Total tematiku
45,5
49
79,5
66,5
69,5
70
113
380
Ammont komplessiv
224,5
149
327,5
264,5
255,5
277
335
1 832
Impenji totali tal-KE 2000-2006 = EUR 1 832 miljun (eskluż attivitajiet tas-CFSP, madwar EUR 10 miljun fl-2006)
Sorsi: DĠBaġit, DĠ AidCo
Pagamenti (f'miljuni ta" EUR)
Ġeogr./tematiċi
Programm
2000
2001
2002
2003
2004
2005
Ammont
kumplessiv
Programmi
Ġeografiċi
MEDA
31
62
81
59
93
94
420
UNRWA
40
54
57
58
60
60
329
Ftehima ta" paċi Iżrael/PLO
13
48
80
66
58
50
315
Total ġeografiku
84
164
218
183
211
204
1 064
Programmi
Tematiċi
Għajnuna alimentari
0
2
7
15
17
32
73
Drittijiet tal-Bniedem
2
0
1
0
3
4
10
NGO
0
2
2
2
1
3
10
ECHO
6
9
14
33
31
14
107
Oħrajn
5
1
4
0
0
3
13
Total tematiku
13
14
28
50
52
56
213
Ammont komplessiv
97
178
246
233
263
260
1 277
Sors: DĠ Baġit
L. billi l-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF) f'Marzu 2005 għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar l-għajnuna diretta tal-Kummissjoni lill-baġit ta" l-Awtorità Palestinjana u, fuq il-bażi ta" l-informazzjoni disponibbli fl-istqarrija ta" l-OLAF għall-istampa, tas-17 ta' Marzu 2005, ma nstabet l-ebda evidenza konklussiva ta" appoġġ għal attakki armati jew t'attivitajiet illegali ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Awtorità Palestinjana; billi, madanakollu, skond l-istqarrija għall-istampa, 'hemm indikazzjonijiet konsistenti li jappoġġjaw l-ipotesi li ma jistax ikun eskluż li ftit mill-assi ta" l-Awtorità Palestinjana jistgħu jkunu użati minn xi individwi għal għan ieħor li mhux il-għan intenzjonat',
M. billi l-Grupp għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku ta' l-Lvant Nofsani u tar-reġjun ta' l-Afrika ta' Fuq tal-Bank Dinji analizza bir-reqqa l-finanzi pubbliċi ta' l-Awtorità Palestinjana u pprovda l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fi Frar ta' l-2007,
N. billi l-Iżrael żamm id-dħul mil-likwidazzjoni tat-taxxa Palestinjana ta" madwar EUR 50 miljun fix-xahar, li jirrappreżenta madwar żewġ terzi tad-dħul pubbliku, minn mindu rebħu l-Ħamas fl-elezzjonijiet għall-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan f'Jannar 2006,
O. billi fid-9 ta" Mejju 2006 il-Kwartett indirizza s-sitwazzjoni umanitarja fit-territorji Palestinjani u ffaċċjat mis-serjetà ta' dik is-sitwazzjoni u l-problemi enormi tal-poplu Palestinjan talab lill-UE tiżviluppa u tipproponi mekkaniżmu internazzjonali temporanju (TIM) li jkun ta" ambitu u tul ta" żmien limitati, li jkun jopera b'mod trasparenti, ikun jagħti rendikont u jassigura li l-għajnuna lill-poplu Palestinjan titwassal b'mod dirett,
P. billi l-UE (baġit ta" l-UE u l-Istati Membri ta" l-UE) allokat kważi EUR 700 miljun lill-Palestina fl-2006, iktar milli fis-sena preċedenti;
Q. billi t-TIM kien sessegwentement żviluppat mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill Ewropew fis-16 ta" Ġunju 2006,
R. billi fl-2006 l-Kummissjoni allokat is-somma totali ta" EUR 107.5 miljuni lit-tliet 'twieqi' t'appoġġ tat-TIM:
‐
EUR 10 miljun għall-provvisti essenzjali u għall-ispejjeż ta" kuljum ta" l-isptarijiet u ċ-ċentri għall-kura tas-saħħa, prinċipalment permezz tal-Programm tal-Bank Dinji għall-Appoġġ tas-Servizzi ta" Emerġenza (Tieqa I),
‐
EUR 40 miljun għall-forniment mingħajr interruzzjoni ta" servizzi ta" l-enerġija inkluż il-fjuwil, permezz tal-Kontribuzzjoni Proviżorja għall-Għajnuna fl-Emerġenzi (Tieqa II),
‐
EUR 54.5 miljun biex ikunu appoġġjati l-Palestinjani vulnerabbli, permezz tal-ħlas ta" "allowances" soċjali lill-parti l-aktar fqira tal-popolazzjoni u lill-ħaddiema importanti li jwasslu servizzi pubbliċi essenzjali (Tieqa III),
‐
barra mit-TIM, ġew allokati EUR 12-il miljun mil-linja 19 08 02 01 tal-baġit tal-MEDA mill-Kummissjoni lill-Uffiċċju tal-President ta" l-Awtorità Palestinjana, għall-għajnuna teknika u għall-bini tal-kapaċità teknika,
Spejjeż u finanzjament tat-TIM fl-2006 f'miljuni ta' EUR
Baġit KE
+ donaturi
MIT - Tieqa II (Kontribuzzjoni Proviżorja għall-Għajnuna fl-Emerġenzi (IERC) Fażi II)
40
Total fuq l-intestatura 19.08.02.01 (MEDA)
40
MIT - Tieqa I (Proġett tal-Bank Dinji għall-Appoġġ tas-Servizzi ta" Emerġenza (ESSP))
10
+ 46,6
MIT - Tieqa III (ħlas ta" "allowances" soċjali)
57,5
+ 61,9
Total fuq l-intestatura 19 08 03 (Proċess ta' Paċi)
67,5
Total fuq iż-żewġ intestaturi
107,5
Sors: DĠ AIDCO
S. billi l-ġlied kmieni fl-2007 bejn dawk li jappoġġjaw lill-Ħamas u dawk li jappoġġjaw lill-Fataħ għamel l-operazzjonijiet tat-TIM diffiċli wisq,
1. Jikkonferma l-konvinzjoni espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta" Ottubru 2005 dwar il-Proċess ta" Barċellona rrivedut li anke jekk is-sħubija Ewro-Mediterranja għadha ma pproduċietx il-benefiċċji mistennija u għadha ma kkontribwietx għat-tnaqqis tat-tensjonijiet fiz-zona fil-potenzjal kollu tagħha, għadhom jistgħu jsiru miljoramenti u b'hekk il-Proċess ta" Barċellona jkompli jkun il-qafas xieraq għall-politika Mediterranja, li fih il-biedliet u r-rieda politika neċessarja huma meħtieġa biex joħorġu riżultati aħjar;
2. Jinnota li meta ngħatat ħarsa strateġika globali r-relevanza tal-Programm tal-MEDA bħala l-istrument għall-għajnuna tal-Komunità li jappoġġja l-Proċess ta" Barċellona u l-ftehimiet ta" assoċjazzjoni bilaterali ġiet iġġudikata bħala waħda sodisfaċenti skond il-'ġudizzju ġenerali' ta" l-evalwazzjoni ta" nofs it-term tal-programm tal-MEDA II li jiddikjara wkoll li r-relevanza tal-programm tjiebet mill-perjodu tal-MEDA I għal dak tal-MEDA II u li jista" jkompli jsir titjib fis-snin li ġejjin;
3. Jenfasizza li l-effikaċja u l-effiċjenza ta" l-arranġamenti ta" l-immaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-MEDA qed titjieb imma li għadha mhix sodisfaċenti għal kollox;
4. Jinnota li f'dak li għandu x'jaqsam ma" l-effiċjenza finanzjarja l-Programm totali tal-MEDA II żborża fondi aktar malajr milli kien il-programm MEDA I: fuq perjodu ta" żmien jixbah lil dak tal-MEDA I ħa medja ta' tliet snin biex jintlaħaq il-livell ta" ħlas ta" 30%, filwaqt li matul il-MEDA II din tnaqqset għal sentejn;
IMPENJI TAL-MEDA/ŻBORŻAMENTI 1995-2006
f'miljuni ta' EUR
l-1995 sa l-1999
l-2000 sa l-2006
l-1995 sa l-2006
Impenji
Żborżamenti
Impenji
Żborżamenti
Impenji
Żborżamenti
Bilaterali
Alġerija
164
30
339
142
504
172
Eġittu
686
157
592
695
1279
852
Ġordan
254
108
331
345
585
454
Libanu
182
1
133
182
315
183
Marokk
660
128
980
917
1 640
1 045
Sirja
101
0
180
91
281
91
Tuneżija
428
168
518
489
946
657
ix-Xatt tal-
Punent u l-
Istrixxa ta"
Gaza
111
59
522
486
633
546
Bilaterali
totali
2 586
651
3 595
3 349
6 182
4 000
Reġjonali
471
223
1 052
712
1 483
934
Total
3 057
874
4 647
4 060
7 705
4 934
L-ammont totali disponibbli taħt il-MEDA I u II = 3 424 + 5 350 = EUR 8 774 miljuni. Minn dan ammont madwar EUR 852 ġie impenjat għat-Turkija matul il-perjodu mill-1996 sa l-2002 (hemm differenzi żgħar minħabba li n-numri nġiebu għad-dritt)
Sors: EuropeAid
5. Jinnota li skond ir-Rapport Speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri tal-5/2006 jidher ċar li l-immaniġġjar tal-Programm tal-MEDA mill-Kummissjoni tjieb mill-ewwel snin s'issa u jista" jitqies bħala wieħed sodisfaċenti, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet proċedurali u esterni, u l-isforzi ta' l-ipprogrammar irriżultaw f'allokazzjoni aktar ugwali ta' riżorsi matul iż-żmien; il-perjodi ta" tħejjija qed isiru aktar qosra u d-diżborżamenti żdiedu b'mod sinifikanti;
6. Jenfasizza l-fatt li l-affarijiet li nstabu mill-evalwazzjoni intermedjarja tal-Programm tal-MEDA II u tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-effikaċja u l-effiċjenza ta" l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar - "qed jitjiebu iżda għad m'humiex sodisfaċenti għal kollox" - ma jistgħux weħidhom jispjegaw id-differenzi fir-rendiment tal-MEDA bejn pajjiżi u programmi; jinnota li fatturi esterni (ir-regolazzjoni finanzjarja, il-governanza, fatturi kulturali) evidentement għandhom rwol importanti sabiex jiġu spjegati d-differenzi osservati fil-ħeffa tal-bidla u fir-ritmi tad-diżborżament finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn il-fatturi fl-ippjanar tagħha u fl-implimentazzjoni, fil-monioraġġ u fl-evalwazzjoni;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jagħtu prijorità għolja lill-Proċess ta' Barċellona bħala forza li tmexxi l-istabbiliment tal-politiki taħt l-Istrument Ewropew għall-Politika tal-Viċinat (perjodu 2007-2013) b'politiki u miżuri aktar effiċjenti li jqisu l-isfidi u l-problemi speċifiċi tal-pajjiżi Mediterranji sħab;
8. Ifakkar li skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-MEDA II il-Kummissjoni, flimkien ma' l-EIB, għandha tipproduċi rapport ta" evalwazzjoni ġenerali ta" l-għajnuna li diġà ġiet ipprovduta lill-imsieħba Mediterranji, inkluża l-effikaċja tal-programmi, għandha tevalwa ex-post il-proġetti rispettivi tagħhom u s-setturi prinċipali tagħhom ta' intervent u għandha teżamina l-progress fl-implimentazzjoni, u tressaq quddiem il-Parlament u l-Kunsill rapport annwali, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara; fir-rigward ta" dan l-obbligu, jistieden lill-Kummissjoni biex tinfurmah dwar l-istadju preżenti ta" l-elaborazzjoni ta" evalwazzjonijiet ex-post bħal dawn minn proġetti u setturi individwali, u li tittrasmetti dawn u l-aħħar rapporti annwali lill-Parlament u lill-Kunsill;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-fatturi li jikkontribwixxu għat-titjib ta" l-immaniġġjar futur:
a)
żieda fin-numru ta" proġetti u programmi, b'mod parallel ma' l-evalwazzjoni tal-kontenut tagħhom, ta' l-effett tagħhom u tal-valur kwalitattiv tagħhom;
b)
sehem akbar mill-appoġġ tal-baġit fil-programm kollu kemm hu;
c)
ċ) l-effett pożittiv totali tad-devoluzzjoni ta" responsabiltajiet mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni lid-delegazzjonijiet tagħha fil-qasam fir-rigward tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta" proġetti (l-effetti tad-deċentralizzazzjoni);
d)
il-koperazzjoni u l-parteċipazzjoni effettiva ta" l-awtoritajiet lokali;
e)
it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-pajjiżi Mediterranji sħab (Nofsinhar-Nofsinhar) biex jintlaħaq l-objettiv tad-dimensjoni reġjonali;
10. Jemmen li titjib ieħor jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematiċi u djalogu u koordinament aktar intensivi mal-kontroparti lokali u donaturi oħra; jistieden lill-Kummissjoni tikseb u tiżgura mekkaniżmi ta' monitoraġġ aktar regolari adattati għal kull wieħed mit-tipi ta' proġett;
11. Jaqbel mal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-ħtieġa li l-Kummissjoni:
a)
tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u ta" malajr lejn il-programmi tal-pajjiżi l-ġodda biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni futura,
b)
tiddefinixxi b'mod aktar ċar, fid-dokumenti ta" pprogrammar tal-pajjiżi l-ġodda, l-objettivi strateġiċi tagħha u tistabbilixxi indikaturi xierqa, sabiex tippermetti monitoraġġ u evalwazzjoni aħjar ta" l-impatt,
c)
tkompli tiffoka l-appoġġ tagħha fuq numru limitat ta" zoni ta" intervent sabiex tiżgura l-koerenza u biex il-programmi jibqgħu maniġġabbli,
d)
tkompli tfittex l-aħjar prattiki fl-immaniġġjar ta' proġetti sabiex ikun evitat id-dewmien.
12. Jappoġġja d-19-il rakkomandazzjoni ta" l-evalwazzjoni intermedjarja tal-Programm tal-MEDA II rigward ir-relevanza, l-effikaċja u l-effiċjenza ta' l-immaniġġjar tal-Programm tal-MEDA;
13. Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm ekwilibriju bejn l-effikaċja ta" l-għajnuna f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp istituzzjonali sostenibbli u l-effiċjenza ta" l-għajnuna f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħeffa tal-kapaċità ta" assorbiment u l-ħeffa tad-diżborżamenti finanzjarji, it-trasparenza u l-kontroll ta" l-immaniġġjar tal-baġit;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb il-kwalità ta" l-ipprogrammar strateġiku u indikattiv billi tinvesti f'ċentru ta" għarfien tal-MEDA biex ikun hemm fehim profond ta" l-aspetti tal-kundizzjonijiet ta" l-implimentazzjoni u tal-ħeffa istituzzjonali tal-bidliet fil-pajjiżi tal-MEDA, kif jidher mill-evalwazzjoni intermedjarja minħabba r-reviżjoni tar-regolament (Strument Ewropew għall-Pajjiżi Ġirien u s-Sħubija);
15. Hu tal-fehma li l-aspett ekonomiku tas-sħubija għandu jkun immirat mill-ġdid lejn il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli imma wkoll iqis li l-fatt li wieħed isegwi l-objettivi kollha tal-Proċess ta" Barċellona huwa importanti għar-reġjun kollu; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-attenzjoni kollha possibbli lill-kwistjonijiet tal-bini ta" l-istituzzjonijiet, ta' l-istat tad-dritt, tal-libertà ta" l-istampa, id-drittijiet tal-bniedem u ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;
16. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqanqal u timpenja lil sħabha fil-pajjiżi tal-MEDA biex isegwu wkoll l-objettivi kollha tal-programm tal-MEDA li mhumiex ta" natura ekonomika, u biex b'mod sistematiku jimmonitorjaw l-indikaturi li jirrigwardaw dawn l-objettivi;
17. Hu tal-fehma li, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiżi Mediterranji sħab, jeħtieġ appoġġ sinifikanti għall-proġetti ta" l-infrastruttura, b'mod partikulari fl-oqsma tat-trasport, is-saħħa, id-djar u tal-provvista ta" l-ilma tax-xorb;
18. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni biex iżżid il-kapaċità għall-immaniġġjar ta" proġetti fuq skala żgħira bbażati fuq inizjattivi tas-soċjetà ċivili u jirrakkomanda l-adozzjoni ta" miżuri li jsaħħu it-tkabbir u l-koeżjoni ekonomika, b'mod partikulari permezz ta" l-użu ta" self u faċilitajiet ta" mikrokreditu minn intrapriżi żgħar u ta" daqs medju f'pajjiżi sħab;
19. Jisħaq li r-rispett ta' l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" l-ugwaljanza bejn is-sessi jikkostitwixxi kwistjoni ta" rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija u jitlob li l-fatt li s-sessi jkunu aċċettati b'mod ġenerali jkun inkorporat orizzontalment b'mod espliċitu fil-Proċess ta" Barċellona u fit-tliet pilastri tas-sħubija;
20. Jenfasizza l-fatt li n-nisa għandhom parti sinifikanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi sħab u jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-eżekuzzjoni u l-applikazzjoni effettiva ta" l-impenji finanzjarji stipulati fil-Programm tal-MEDA biex tkun appoġġata l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja ekonomika u soċjali (edukazzjoni, taħriġ, impjieg);
21. Ifakkar fis-sinifikat tat-tisħiħ tal-kumplementarjetà u l-koerenza bejn il-MEDA, azzjonijiet esterni oħra ta" l-UE u attivitajiet ta' l-EIB;
22. Hu tal-fehma li l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja permezz tad-djalogu interparlamentari jista" jkollha rwol essenzjali fit-titjib tas-sħubija Ewro-Mediterranja, waqt li sussegwentement tiżviluppa relazzjonijiet interparlamentari stabbli, tagħti orjentamenti politiċi permezz tad-dikjarazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tagħha u tippromwovi kontroll u evalwazzjoni politiċi u sistematiċi ta" l-implimentazzjoni tal-Programm tal-MEDA;
23. Jilqa" b'sodisfazzjon it-twaqqif ta" l-FEMIP fi ħdan il-qafas ta' l-EIB, iżda jitlob li jsiru aktar diskussjonijiet bejn l-Istati Membri ta" l-UE u sħabhom Ewro-Mediterranji bil-għan li din l-inizjattiva tkun żviluppata u ssir strument finanzjarju ġenwin għall-koperazzjoni, li twieġeb għall-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda kemm tas-settur pubbliku kif ukoll ta' dak privat;
24. Ifakkar li d-diviżjoni tal-kompiti bejn id-DĠ Relex u l-EuropeAid hija funzjonali fis-sens illi d-dimensjoni politika tal-programm hija separata mill-formulazzjoni ta" l-għajnuna professjonali u l-funzjoni ta" twassil u li hemm, madankollu, skop għat-titjib f'dik li hi effiċenza u effikaċja;
25. Jagħraf il-progress li sar mill-Kummissjoni fl-iżgrar ta" profil ogħla għall-koperazzjoni esterna Komunitarja u jħeġġiġha tkompli bl-isforzi li qed isiru bħalissa; madankollu jiddeplora l-fatt li l-pubbliku ma jafx bl-involviment mill-qrib ta" l-UE f'ħafna proġetti u programmi; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel appelli lil organizzazzjonijiet u NGO's internazzjonali bil-ħsieb li:
a)
tiżgura li jkun hemm kuxjenza pubblika dwar il-kontribut u l-involviment ta" l-UE,
b)
ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu li jsiru operazzjonijiet ta" evalwazzjoni, verifika u kontroll kif għandu jkun ukoll f'rabta ma" proġetti u programmi mmexxija b'mod konġunt ma" jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew NGO's internazzjonali;
26. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħhu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar il-kriżi umanitarja fit-territorji Palestinjani u l-irwol ta" l-UE li fiha stieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżviluppaw mekkaniżmu internazzjonali temporanju (TIM) sabiex tkun evitata kriżi umanitarja serja f'dawn it-territorji; Ifakkar li kien laqa' b'sodisfazzjon, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kwartett f'Ġunju 2006, it-twaqqif mill-UE tat-TIM għall-Awtorità Palestinjana u t-tiġdid tagħha wara;
27. Jinnota li din il-miżura finanzjarja proviżorja għamlitha possibbli, b'mod trasparenti u bi sħubija mal-President ta' l-Awtorità Palestinjana, li jiġu limitati l-agħar tbatijiet umanitarji ikkaġunati mill-iffriżar ta' l-għajnuna finanzjarja Ewropea u internazzjonali, il-pagament parzjali mill-Iżrael tad-dħul fiskali u doganali Palestinjan u l-impossibilità ġenerali li tiżviluppa ekonomija vijabbli fis-sitwazzjoni preżenti ta' okkupazzjoni;
28. Jifraħ lill-Kummissjoni għad-disinn u l-implimentazzjoni tat-TIM taħt ċirkustanzi diffiċli u jidhirlu li l-ispiża amministrattiva tat-TIM fil-livell ta" 5% għat-Twieqi II u III (29) hija waħda modesta u li l-metodu tal-pagament dirett permezz tal-banek kummerċjali lill-familji benefiċjarji huwa adegwat; iktar minn hekk, jenfasizza li taħt it-TIEQA III, il-Bank internazzjonali u li jopera lokalment (HSBC) jirċievi 8 EUR għal kull trasferiment (3% ta' l-ammont ta' l-ammont totali allokat);
29. Jenfasizza li l-ħlas taħt it-TIM ma wasalx lil, u lanqas għadda minn, l-Uffiċċju tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana jew il-Ministeru tal-Finanzi, iżda pprovda għal ħlas dirett ta' l-irċevuti, jew ħlas f'kontanti lill-benefiċjarji individwali ta' allokazzjonijiet; Jinnota li l-allokazzjonijiet ma koprewx l-istaff tas-sigurtà u appoġġ għal politiċi;
30. Jiddispjaċih madankollu li din l-għajnuna finanzjarja ma tikkumpensax għas-sitwazzjoni traġika fil-Palestina u li l-kundizzjonijiet hemmhekk marru għalll-agħar fl-aħħar xhur f'termini ekonomiċi, soċjali u umani(30);
31. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li permezz tat-TIM u mingħajr l-involviment tal-Gvern immexxi mill-Ħamas aktar minn 140 000 familja bi dħul baxx li jinkludu aktar minn 800 000 persuna jistgħu b'mod dirett jiġu pprovduti allokazzjonijiet modesti imma ta" għajnuna permezz tat-Tieqa III, u li l-operazzjoni ta" l-isptarijiet u ta" servizzi bażiċi oħra tista" tiġi mħarsa milli tikkrolla għal kollox minħabba l-appoġġ tat-TIM għall-provvista bla interruzzjoni ta' servizzi essenzjali permezz tat-Tieqa II;
32. Madanakollu jiddispjaċih għall-fatt li l-implimentazzjoni tat-Tieqa I tat-TIM, li tappoġġja l-forniment ta" provvisti essenzjali u l-ispejjeż ta' kuljum ta" l-isptarijiet permezz tal-Programm ta" Appoġġ tal-Bank Dinji għas-Servizzi ta" Emerġenza (ESSP), qiegħda ssir bil-mod; jinnota li l-ewwel kunsinna ta" mediċini taħt l-ESSP seħħet biss fl-24 ta" Jannar 2007, lill-isptarijiet ta' Gaża; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għal dan id-dewmien u biex tissuġġerixxi alternattivi biex tkun assigurata l-implimentazzjoni f'waqtha ta" l-objettivi tat-Tieqa I tat-TIM;
33. Jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' kontroll u verifika interna li ġew stabbiliti mill-Awtorità Palestinjana (PA) fl-2003 jikkostitwixxu garanzija solida kontra l-frodi u l-korruzzjoni;
34. Itenni l-istedina tiegħu lill-Iżrael biex jirrispetta l-obbligi legali tiegħu billi jerġa" jibda t-trasferimenti tad-dħul mit-taxxi u d-dwana Palestinjan; jistieden lill-Iżrael, jekk jirrifjuta li jagħmel hekk, li għall-inqas jikkunsidra li jiddirieġi t-taxxa miżmuma għal ġot-TIM u b'dan il-mod ikun qed iħalli lill-poplu Palestinjan jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi tiegħu; jistieden lill-Iżrael biex jikkontribwixxi għall-ħtieġa tal-poplu Palestinjan li joħloq ekonomija vijabbli u awtonoma u biex ma jibqax joħloq ostakoli inġustifikati għal dan l-objettiv;
35. Jinnota x-xogħol analitiku li ta' min joqgħod fuqu rifless fir-reviżjoni dwar l-infiq pubbliku maħruġ mill-Bank Dinji dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaza; jilqa l-fatt li skond din ir-reviżjoni l-Awtorità Palestinjana wettqet progress l-aktar fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra ta' l-Lvant Nofsani u ta' l-Afrika ta' Fuq, u fil-governanza u fil-ġestjoni finanzjarja pubblika fejn l-Awtorità Palestinjana implimentat numru ta' riformi bejn l-2002 u l-2004 li naqqsu l-koperazzjoni u tejbu t-trasparenza; Jistieden lill-partijiet kollha involuti sabiex jattivaw mill-ġdid il-proċess tar-riforma u għalhekk jikkunsidraw serjament ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati tar-rapport tal-Bank Dinji, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mar-riforma tas-servizz ċivili u mal-ġestjoni finanzjarja pubblika inkluż il-kontroll finanzjarju u tal-verifika;
36. Jilqa' l-fatt li fost l-objettivi u l-impenji (eż. ftehim reċenti ma' intrapriża internazzjonali tal-verifika) tal-Ministeru tal-Finanzi, jinsabu l-għanijiet ta' riforma tal-finanzi pubbliċi u ta' trasparenza u affidabilità sħaħ, inkluża l-osservanza ta' standards ta' kontabilità internazzjonali;
37. Jistieden lill-partijiet kollha fi ħdan iz-zoni Palestinjani biex jagħmlu ħilithom kollha sabiex isolvu l-kunflitti b'mod paċifiku u biex jiffurmaw u jmantnu gvern stabbli u effettiv, li jkun kapaċi jikkopera mal-komunità internazzjonali u juża b'mod effettiv il-finanzjament ta" l-UE u tad-donaturi internazzjonali;
38. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2007 li titlob lill-UE li jerġa' jibda relazzjonijiet normali ma' l-Awtorità Palestinjana immedjatament sabiex jiżviluppa kundizzjonijiet għall-assistenza urġenti prattika u finanzjarja, li tinkludi appoġġ dirett finanzjarju lill-gvern il-ġdid kif ukoll biex tiġi żgurata l-provvista ta' assistenza ta' emergenza u umanitarja lill-populazzjoni ta' Gaża b'mod partikolari permezz tat-T.I.M.;
39. Iqis li huwa importanti għaż-żamma ta" l-ordni pubblika li forzi tas-sigurtà impenjati gaħll-paċi u l-istabilità jkunu mħarrġa u mgħammra inkluż b'armi tal-pulizija; Hu tal-fehma li l-finanzjament ta" taħriġ u tagħmir bħal dan għandu jitwettaq bis-salvagwardji xierqa, taħt l-awtorità tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas, sabiex ikun evitat li l-fondi jintużaw għal għanijiet oħra jew għal atti illegali; Jenfasizza li n-nuqqas tal-ħlas tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil, inkluż il-forzi tas-sigurtà, jikkontribwixxi għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni politika, soċjali u ekonomika fit-territorji Palestinjani okkupati;
40. Jenfasizza l-perikoli tal-kollass preżenti ta' l-awtoritajiet amministrattivi Palestinjani; jenfasizza l-ħtieġa għall-Unjoni Ewropea u l-komunità internazzjonali sabiex imorru lil hinn mill-impenn umanitarju tagħhom u jerġgħu jinvestu fil-bini ta' kapaċità u sigurtà biex jevitaw li jipperikolaw l-kundizzjonijiet ta' l-għixien tal-Palestinjani fuq perjodu ferm itwal;
41. Jitlob lill-Kummissjoni tqis strateġiji, bl-użu tat-TIM jew korp ieħor ta" natura permanenti, f'koperazzjoni ma" strumenti finanzjarji oħra, li fil-futur qarib jistgħu jkopru, mhux biss problemi urġenti imma numru akbar tal-ħtiġijiet ta" proporzjoni akbar tal-popolazzjoni Palestinjana; f'kull każ, huwa favur l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi li bil-mod inaqqsu d-dipendenza ta' l-Awtorità Palestinjana fuq l-għajnuna internazzjonali;
42. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħhu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta l-Awdituri, lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-imsieħba Mediterranji.
ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1. Revokata mir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu Strument Ewropew tal-Viċinanzi u ta' Sħubija (ĠU L 310,"9.11.2006, p. 1).
Sorsi: Komunikazzjoni ta' l-4 ta' Ġunju 2007 minn DĠ AidCo - Unità tal-Finanzi, Kuntratti u Verifika għall-Ewropa, l-Mediterran u l-Lvant Nofsani: Twieqi II u III tat-TIM - Sommarju ta' l-Allowances u tal-Miżati tal-Bank.
Rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan dwar il-missjoni mil-Lvant ta' Ġerusalemm, Ramallah u Gaza mid-29 ta' April - 3 ta' Mejju 2007; Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta" Gaza - Reviżjoni ta' l-Infiq Pubbliku : "Minn Kriżi għal Indipendenza Fiskali Akbar" - Dokument tal-Bank Dinji, Frar 2007.