Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0066(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0172/2007

Testi mressqa :

A6-0172/2007

Dibattiti :

PV 21/06/2007 - 4
CRE 21/06/2007 - 4

Votazzjonijiet :

PV 21/06/2007 - 8.2
CRE 21/06/2007 - 8.2

Testi adottati :

P6_TA(2007)0278

Testi adottati
PDF 286kWORD 39k
Il-Ħamis, 21 ta' Ġunju 2007 - Strasburgu
Proċedura ta' reviżjoni dwar l-għoti ta" kuntratti pubbliċi ***I
P6_TA(2007)0278A6-0172/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE rigward it-titjib fl-effettività tal-proċeduri ta" reviżjoni rigward l-għoti ta" kuntratti pubbliċi (COM(2006)0195 – C6-0141/2006 – 2006/0066(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0195)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0141/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0172/2007),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ġunju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta' proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi
P6_TC1-COD(2006)0066

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari  taqbel ma' l-att leġislattiv aħħari, id-Direttiva 2007/66/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza