Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0267(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0170/2007

Testi mressqa :

A6-0170/2007

Dibattiti :

PV 20/06/2007 - 17
CRE 20/06/2007 - 17

Votazzjonijiet :

PV 21/06/2007 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0279

Testi adottati
PDF 440kWORD 120k
Il-Ħamis, 21 ta' Ġunju 2007 - Strasburgu
Organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' l-informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali *
P6_TA(2007)0279A6-0170/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsilldwar l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju bejn l-Istati Membri ta' l-informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali (COM(2005)0690 – C6-0052/2006 – 2005/0267(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0690)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra Artikolu 39(1)(a) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0052/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0170/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  Il-fatt li reġimi legali differenti jistgħu japplikaw għal kundanna kriminali waħda jwassal għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni mhux ta' min wieħed joqgħod fuqha bejn l-Istati Membri u joħloq inċertezza legali għall-persuna kkundannata. Biex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, l-Istat Membru li jagħti s-sentenza għandu jitqies bħala s-sid tad-data dwar kundanni kriminali mogħtija fit-territorju tiegħu kontra ċittadini ta' Stati Membri oħra. Għalhekk, l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna kkundannata, li lilu din id-data tiġi trażmessa, għandu jiżgura li tinżamm aġġornata billi titqies kwalunkwe bidla jew tħassir li jsiru fl-Istat Membru li jkun qed jikkundanna. Hija biss data li tkun inżammet aġġornata b'dan il-mod li għandha tintuża internament mill-Istat Membru tan-nazzjonalità jew anki mibgħuta minnu lil kwalunkwe Stat ieħor, kemm jekk hu Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.
Emenda 2
Premessa 10
(10)  L-informazzjoni ta" natura personali trattata bħala parti mill-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni Qafas hija protetta f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas XXX dwar il-protezzjoni ta" l-informazzjoni ta" natura personali trattata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali. Din id-Deċiżjoni Qafas tintegra wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta" Novembru 2005 dwar l-iskambju ta" l-informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali li tistipola l-limiti għall-użu mill-Istat Membru li jitlob ta" l-informazzjoni li tkun intbagħtet lilu wara talba min-naħa tiegħu. Din tikkompletahom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna jitrażmetti mill-ġdid informazzjoni dwar il-kundanni trażmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna.
(10)  L-informazzjoni ta" natura personali trattata bħala parti mill-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni Qafas hija protetta f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Qafas XXX dwar il-protezzjoni ta" l-informazzjoni ta" natura personali trattata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali u b'mod partikulari bil-prinċipji fundamentali ta' protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 9. Din id-Deċiżjoni ta' Qafas tintegra wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta" Novembru 2005 dwar l-iskambju ta" l-informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali li tistipola l-limiti għall-użu mill-Istat Membru li jitlob ta" l-informazzjoni li tkun intbagħtet lilu wara talba min-naħa tiegħu. Din tikkompletahom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna jitrażmetti mill-ġdid informazzjoni dwar il-kundanni trażmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna.
Emenda 3
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  It-titjib ta' l-iskambju u ċ-ċirkolazzjoni ta' l-informazzjoni dwar kundanni jista' jkabbar il-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fuq il-livell ta' l-UE iżda din il-koperazzjoni tista' tixxekkel jekk ma tiġix supplimentata mill-adozzjoni mgħaġġla ta' sett uniformi ta' garanziji proċedurali bażiċi għal suspettati u konvenuti fi proċedimenti kriminali applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Emenda 5
Artikolu 2, punt (a)
a) "kundanna": kwalunkwe deċiżjoni definittiva ta' qorti kriminali jew ta' awtorità amministrattiva li d-deċiżjoni tagħha tista' tagħti lok għal rikors quddiem qorti kompetenti b'mod partikolari fi kwistjonijiet kriminali, li tistabbilixxi l-ħtija ta' persuna għal infrazzjoni kriminali jew għal att li jista' jkun ikkastigat skond il-liġi nazzjonali bħala ksur tar-regoli tal-liġi.
a) "kundanna": kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti definittiva li tistabbilixxi l-ħtija ta' persuna fil- proċedimenti għal reat kriminali skond il-liġi nazzjonali.
Emenda 6
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  Għall-finijiet ta' din id-Deċizjoni Qafas, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali. Madankollu, għall-komunikazzjoni ta" l-informazzjoni fit-titolu ta" l-Artikolu 4 u għar-risposti għat-talbiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu awtorità ċentrali waħda jew aktar.
1.  Għall-finijiet ta' din id-Deċizjoni ta' Qafas, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali. Madankollu, għall-komunikazzjoni ta" l-informazzjoni fit-titolu ta" l-Artikolu 4 u għar-risposti għat-talbiet għall-informazzjoni fl-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu awtorità ċentrali waħda jew aktar.
Emenda 7
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li kull kundanna mogħtija fit-territorju tiegħu tkun tinkludi, meta tiddaħħal fil-kondotta kriminali nazzjonali, in-nazzjonalità tal-persuna kkundannata jekk dan ikun ċittadin ta" Stat Membru ieħor.
1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li kull kundanna mogħtija fit-territorju tiegħu wara li jkunu ddaħħlu fil-kondotta kriminali, tkun tinkludi, meta tiddaħħal fil-kondotta kriminali nazzjonali, in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet tal-persuna kkundannata jekk dan ikun ċittadin ta" Stat Membru ieħor.
Emenda 8
Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 2
Jekk il-parti interessata hija ċittadin ta" diversi Stati Membri, l-informazzjoni rilevanti għandha tiġi trażmessa lil kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, anki jekk il-persuna kkundannata tkun ċittadin ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu kienet ġiet ikkundannata.
Jekk il-persuna kkundannata tkun magħrufa bħala ċittadin ta" diversi Stati Membri, l-informazzjoni rilevanti għandha tiġi trażmessa lil kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, anki jekk il-persuna kkundannata tkun ċittadin ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu kienet ġiet ikkundannata.
Emenda 9
Artikolu 4, paragrafu 3
3.  It-trażmissjoni ta" l-informazzjoni dwar il-kundanni għandha tinkludi wkoll l-ammont ta" żmien li l-kundanna għandha tibqa" fil-kondotta kriminali ta" l-Istat Membru li jikkundanna, hekk kif jirriżulta mill-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali ta" l-Istat Membru li jikkundanna fil-mument tat-trażmissjoni tal-kundanna lill-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna.
imħassar
Emenda 10
Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Kwalunkwe miżuri sussegwenti li jittieħdu fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali ta" l-Istat Membru li jikkundanna li jinvolvu emenda jew tneħħija ta' informazzjoni mill-kondotta kriminali għandhom jiġu trażmessi immedjatament mill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li jikkundanna lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna.
4.  Kwalunkwe tibdil jew tħassir sussegwenti ta' informazzjoni mill-kondotta kriminali għandhom jiġu trażmessi immedjatament mill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li jikkundanna lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna.
Emenda 11
Artikolu 5, paragrafu 1
1.  L-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għandha taħżen l-informazzjoni kollha trażmessa skond l-Artikolu 4, biex tkun tista" terġa" titrażmetti lura din l-informazzjoni f'konformità ma" l-Artikolu 4.
L-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għandha taħżen l-informazzjoni trażmessa skond l-Artikolu 4(2) u (4) u skond l-Artikolu 11, biex tkun tista" terġa" titrażmetti lura din l-informazzjoni f'konformità ma" l-Artikolu 7.
Emenda 12
Artikolu 5, paragrafu 3
3.  L-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna jista" juża" biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata f'konformità mal-paragrafu 2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 jista" jwassal biss għal trattament inqas favorevoli fi proċedimenti nazzjonali jekk il-persuna tkun ġiet ikkundannata minn qorti nazzjonali.
3.  L-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna jista" juża" biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata f'konformità mal-paragrafu 2.
Emenda 13
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Meta tintalab informazzjoni mill-kondotta kriminali ta" Stat Membru, l-awtorità ċentrali tista", f'konformità mal-liġi nazzjonali, tagħmel talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għall-informazzjoni u d-data rilevanti meħudin mill-kondotta kriminali.
1.  Meta, fil-qafas ta' proċedimenti penali kontra persuna jew għal xi raġuni oħra barra l-qafas tal-proċedimenti penali, tintalab informazzjoni mill-kondotta kriminali ta" Stat Membru, l-awtorità ċentrali tista", f'konformità mal-liġi nazzjonali, tagħmel talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għall-informazzjoni u d-data rilevanti meħudin mill-kondotta kriminali.
Emenda 14
Artikolu 6, paragrafu 1a (ġdid)
1a.  Fejn l-informazzjoni fir-reġistru ta' kondotta kriminali fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna tintalab għal kwalunkwe raġuni 'l barra mill-qafas tal-proċeduri penali, l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba għandu jispeċifika r-raġunijiet għal din it-talba.
Emenda 15
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Meta persuna titlob informazzjoni dwar il-kondotta kriminali tagħha, l-awtorità ċentrali ta" l-Istat membru fejn issir it-talba tista", f'konformità mal-liġi nazzjonali, tagħmel talba lill-awtorità ċentrali ta" Stat Membru ieħor għal informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali, jekk il-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta" l-Istat membru li ssirlu t-talba jew ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.
2.  Meta persuna titlob informazzjoni dwar il-kondotta kriminali tagħha, l-awtorità ċentrali ta" l-Istat membru fejn issir it-talba għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali, tagħmel talba lill-awtorità ċentrali ta" Stat Membru ieħor għal informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali, jekk il-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta" l-Istat membru li ssirlu t-talba jew ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.
Emenda 16
Artikolu 7, paragrafu 1, punt (a)
a) il-kundanni nazzjonali
a) il-kundanni nazzjonali mdaħħla fir-reġistru tal-kondotti kriminali;
Emenda 17
Artikolu 7, paragrafu 1, punt (d)
d) kwalunkwe kundanni mogħtija minn pajjiżi terzi trażmessi lilhom.
d) kwalunkwe kundanni mogħtija minn pajjiżi terzi u sussegwentement trażmessi lilu u mdaħħla fir-reġistru tiegħu tal-kondotti kriminali.
Emenda 18
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 1
2.  Meta informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali hija mitluba taħt l-Artikolu 6 mill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għal kwalunkwe raġuni oħra barra dik tal-proċedimenti kriminali, dak l-Istat għandu jirrispondi f'konformità mal-liġi nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundanni nazzjonali u l-kundanni mogħtija fil-pajjiżi terzi u sussegwentement trażmessi lilu.
2.  Meta informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali hija mitluba taħt l-Artikolu 6 mill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għal kwalunkwe raġuni oħra barra dik tal-proċedimenti kriminali, dik l-awtorità għandha tirrispondi fil-każ ta' kundanni nazzjonali u l-kundanni mogħtija fil-pajjiżi terzi u sussegwentement trażmessi lilha li ġew imniżżla fir-reġistru ta' kondotta kriminali tagħha skond il-liġi nazzjonali.
Emenda 19
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 2
L-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għandha tivverifika immedjatament ma" l-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru li jikkundanna jekk u safejn l-informazzjoni dwar il-kundanni mogħtija minn dan ta" l-aħħar u li ġew trażmessi lilu tistax tiġi trażmessa lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru li jagħmel it-talba.
Fil-każ ta' informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru li jikkundanna, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna għandu jgħaddi l-informazzjoni li jkun irċieva. Meta tiġi trasmessa informazzjoni skond l-Artikolu 4, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li jikkundanna tista' tinforma lill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna li l-informazzjoni dwar kundanni mogħtija minn dak ta' l-ewwel u trażmessi lil dak ta' l-aħħar jistgħu jiġu trażmessi lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor li jkun qed jitlobha biss bil-kunsens ta' l-Istat Membru li jikkundanna.
Emenda 20
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 3
L-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru li jikkundanna għandha tirrispondi lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna kmieni biżżejjed biex din tkun tista" tirrispetta d-dati ta" skadenza għar-risposti stipulati fl-Artikolu 8.
Meta jkun meħtieġ il-kunsens ta" l-Istat Membru li jikkundanna, l-awtorità ċentrali tiegħu għandha tirrispondi lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna kmieni biżżejjed biex din tkun tista" tirrispetta d-dati ta" skadenza għar-risposti stipulati fl-Artikolu 8.
Emenda 21
Artikolu 7, paragrafu 4
4.  Meta informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali hija mitluba mill-awtorità ċentrali ta" Stat Membru differenti lill-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna, dan ta" l-aħħar għandu jitrażmetti l-informazzjoni dwar il-kundanni nazzjonali lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Jekk it-talba ma tkunx marbuta mal-proċedimenti kriminali, dan għandu jirrispondi f'konformità mal-liġi nazzjonali.
4.  Meta informazzjoni meħuda mill-kondotta kriminali hija mitluba mill-awtorità ċentrali ta" Stat Membru differenti lill-Istat Membru tan-nazzjonalità tal-persuna, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jitrażmetti l-informazzjoni dwar il-kundanni mdaħħla fil-kondotti kriminali tiegħu lill-awtorità ċentrali ta" l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Jekk it-talba ma tkunx marbuta mal-proċedimenti kriminali, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jirrispondi f'konformità mal-liġi nazzjonali.
Emenda 22
Artikolu 9, paragrafu -1 (ġdid)
-1.  L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas għandhom ikunu konformi ma" ta' l-inqas dawn il-prinċipji bażiċi li ġejjin:
a) l-ipproċessar tad-data għandu jkun permess mil-liġi, u għandu jkun neċessarju u proporzjonat fir-rigward ta' l-iskopijiet ta' ġbir u/jew ta' proċessar ulterjuri;
b) id-data għandha tinġabar biss għal skopijiet speċifikati u leġittimi u pproċessata aktar b'mod kumpatibbli ma' dawk l-iskopijiet;
c) id-data għandha tkun korretta u aġġornata;
d) kategoriji speċjali ta' data dwar oriġini razzjali jew etnika, fhemiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma' partit jew trejdjunjin, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju għall-iskop ta' każ speċifiku u skond salvagwardji xierqa.
Emenda 23
Artikolu 9, paragrafu 1
1.  L-informazzjoni ta" natura personali kkomunikata fit-titolu ta" l-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet tal-proċedura kriminali tista" tintuża biss mill-Istat Membru li jagħmel it-talba għall-finijiet tal-proċedura kriminali li għaliha ġew mitluba, f'konformità mal-formola li tinsab fl-anness.
1.  L-informazzjoni ta" natura personali kkomunikata fit-titolu ta" l-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet tal-proċedura kriminali tista" tintuża biss mill-Istat Membru li jagħmel it-talba skond il-prinċipji msemmija fil-paragrafu -1 u, b'mod partikulari, għall-finijiet tal-proċedura kriminali li għaliha ġew mitluba, f'konformità mal-formola li tinsab fl-anness.
Emenda 24
Artikolu 9, paragrafu 2
2.  L-informazzjoni ta" natura personali trażmessa fit-titolu ta" l-Artikolu 7(2) u (4), għall-finijiet oħra barra dawk ta" proċedura kriminali tista" tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biss għall-finijiet li għalihom din l-informazzjoni ġiet mitluba u fil-limiti speċifikati fil-formola mill-Istat Membru li ssirlu t-talba.
2.  L-informazzjoni ta" natura personali trażmessa fit-titolu ta" l-Artikolu 7(2) u (4), għall-finijiet oħra barra dawk ta" proċedura kriminali tista" tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, f'konformità mal-liġi nazzjonali u mal-prinċipji msemmija fil-paragrafu -1 u, b'mod partikulari, biss għall-finijiet li għalihom din l-informazzjoni ġiet mitluba u fil-limiti speċifikati fil-formola mill-Istat Membru li ssirlu t-talba.
Emenda 25
Artikolu 9, paragrafu 3
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni ta" natura personali trażmessa taħt l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba biex jevita perikolu immedjat jew serju għas-sigurtà pubblika.
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni ta" natura personali provduta skond l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba jekk dan l-użu jkun neċessarju u proporzjonat għall-iskop li jevita perikolu immedjat jew serju għas-sigurtà pubblika; f'dan il-każ, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi lill-Istat Membru li ssirlu t-talba b'notifika ex post dwar it-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' neċessità, proporzjonalità, urġenza u serjetà tat-theddida.
Emenda 26
Artikolu 9, paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni ta" natura personali trażmessa lil pajjiż terz skond l-Artikolu 7(3), tkun suġġetta għall-istess limiti ta" użu bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri skond il-paragrafi 1, 2 u 3 ta" dan l-Artikolu.
4.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni ta" natura personali trażmessa lil pajjiż terz skond l-Artikolu 7(3), tkun suġġetta għall-istess limiti ta" użu bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri skond il-paragrafi 1, 2 u 3 ta" dan l-Artikolu.
Emenda 27
Artikolu 9, paragrafu 5
5.  Dan l-Artikolu ma japplikax għall-informazzjoni personali miksuba minn Stat Membru skond din id-Decizjoni Qafas u li tkun ġejja minn dan l-Istat Membru.
5.  Il-paragrafi 1 sa 4 ma japplikawx għall-informazzjoni personali miksuba minn Stat Membru skond din id-Deċiżjoni Qafas u li tkun ġejja minn dan l-Istat Membru.
Emenda 28
Artikolu 9, paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data jiġu infurmati b'mod sistematiku dwar l-iskambju ta' data personali taħt din id-Deċiżjoni Qafas, u b'mod partikulari dwar l-użu ta' data personali fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 9(3).
L-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data ta" l-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw l-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 u jikkoperaw ma" xulxin għan dak l-iskop.
Emenda 29
Artikolu 9 a (ġdid)
Artikolu 9a
Drittijiet tal-persuna konċernata
1.  Persuna kkonċernata għandha tiġi infurmata bil-fatt li data personali dwarha qed tiġi pproċessata u/jew trażmessa; Meta jkun neċessarju, l-għoti ta" dik l-informazzjoni għandha tinżamm sabiex ma jkunx hemm tfixkil ta" l-iskopijiet li għalihom id-data qed tiġi proċessata.
2.  Persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb mingħajr dawmien żejjed l-informazzjoni dwar liema data qed tiġi pproċessata, f'lingwa li l-persuna tifhem, u għandu jkollha wkoll id-dritt li tirranġa u, meta jkun xieraq, tħassar data li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 9(-1).
3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista" tiġi rifjutata jew miżmuma jekk verament ikun neċessarju:
(a) biex tkun mħarsa s-sigurtà u l-ordni pubblika;
(b) biex ikun evitat reat kriminali;
(c) biex ma jkunux imfixkla l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta" reati kriminali;
(d) biex ikunu mħarsa d-drittijiet u l-garanziji ta' partijiet terzi.
Emenda 30
Artikolu 11, paragrafu 2, punt (a)
a) informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem, kunjom, data tat-twelid, post tat-twelid, laqam jew alias jekk ikun hemm bżonn, sess, nazzjonalità, formola legali u l-uffiċċju rreġistrat għall-persuni legali);
a) informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem, kunjom, isem ta" qabel, data tat-twelid, post u pajjiż tat-twelid, laqam jew alias jekk ikun hemm bżonn, sess, nazzjonalità, formola legali u l-uffiċċju rreġistrat għall-persuni legali);
Emenda 31
Artikolu 11, paragrafu 2, punt (b)
b) informazzjoni dwar il-forma tal-kundanna (data u post, isem u natura ta' l-awtorità li tikkundanna);
b) informazzjoni dwar il-forma tal-kundanna (data u post, numru ta' referenza fejn dan ikun magħruf, u isem u natura ta' l-awtorità li tikkundanna);
Emenda 32
Artikolu 11, paragrafu 2, punt (c)
c) informazzjoni dwar il-fatti li wasslu għall-kundanna (data, post, natura, statut legali, liġi kriminali applikabbli);
c) informazzjoni dwar il-fatti li wasslu għall-kundanna (data, natura, statut legali, liġi kriminali applikabbli);
Emenda 33
Artikolu 11, paragrafu 6
6.  L-adattamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jintervjenu f'perjodu massimu ta" tliet snin mill-adozzjoni tal-format u tal-modalitajiet ta" l-iskambju elettroniku ta" l-informazzjoni dwar il-kundanni kriminali.
6.  L-adattamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jintervjenu f'perjodu massimu ta" sena mill-adozzjoni tal-format u tal-modalitajiet ta" l-iskambju elettroniku ta" l-informazzjoni dwar il-kundanni kriminali.
Emenda 34
Artikolu 14, paragrafu 5
5.  Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex impatt fuq l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet aktar favorevoli inklużi fi ftehim bilaterali jew multilaterali konklużi bejn l-Istati Membri.
5.  Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex impatt fuq l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet aktar favorevoli inklużi fi ftehim bilaterali jew multilaterali jew konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri.

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza