Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar trattat dwar il-kummerċ ta" l-armi: l-istabbiliment ta" standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta" armi konvenzjonali
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-Konferenza tan-NU dwar il-kummerċ illeċitu f'armi żgħar u ħfief fl-aspetti kollha tiegħu(1), tal-15 ta' Novembru 2001 dwar armi żgħar(2), tad-19 ta' Ġunju 2003 dwar l-implimentazzjoni tal-programm tan-Nazzjonijiet Uniti biex jikkombatti l-kummerċ illegali f'armi ħfief(3) u tas-26 ta' Mejju 2005 dwar armi żgħar u ħfief(4) kif ukoll ir-riżoluzzjonijet annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Imġieba ta" l-UE tat-Trasferiment ta' l-Armi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar armi żgħar u ħfief(5) li tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tibda n-negozjati dwar trattat internazzjonali dwar il-kummerċ ta" l-armi (ATT) fi ħdan in-NU direttament wara l-Konferenza ta" Reviżjoni tan-NU dwar il-Programm ta" Azzjoni sabiex jistabilixxi strument li jorbot legalment li jirregola t-trasferimenti ta" l-armi fuq livell globali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. filwaqt li jilqa" l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni A/RES/61/89 ta" l-Assemblea Ġenerali tan-NU (UNGA) tas-6 ta" Diċembru 2006 li hu l-bidu formali ta" proċess lejn ATT u filwaqt li jinnota l-appoġġ qawwi għal dik ir-riżoluzzjoni minn 153 Stat, indikattiv ta" konvinzjoni politika globali qawwija li wasal iż-żmien għat-tmiem tal-kummerċ irresponsabbli ta' l-armi,
B. filwaqt li jinnota li, bħala l-ewwel pass, is-Segretarju Ġenerali tan-NU qiegħed jitlob il-fehmiet tal-Membri tan-NU dwar il-fattibilità, l-iskop u l-abbozz ta' parametri għal strument komprensiv u li jorbot legalment li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni, u t-trasferiment ta' l-armi konvenzjonali,
C. billi madwar 100 gvern taw il-fehmiet tagħhom, u billi l-Uffiċju għall-Affarijiet tad-Diżarm tan-NU indika li, sottomissjonijiet rċevuti qabel l-20 ta" Ġunju 2007 jiġu mdaħħla fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex ikun ippreżentat lill-Ewwel Kumitat UNGA dwar id-Diżarm u s-Sigurtà Internazzjonali f'Ottubru ta" l-2007, dawk l-Istati li ma jilħqux l-iskadenza ta" l-20 ta' Ġunju 2007 xorta jkun jista' jkollhom is-sottomissjonijiet tagħhom inklużi bħala addenda mar-rapport,
D. billi r-Riżoluzzjoni ta' l-UNGA msemmija hawn fuq tas-6 ta' Diċembru 2006 tagħti wkoll mandat lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex fl-2008 jlaqqa" Grupp ta" Esperti Governattivi (GGE) sabiex jibdew jeżaminaw fl-2008 il-fattibilità, l-iskop u l-abbozz ta' parametri għal strument komprensiv u li jorbot legalment li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni, u t-trasferiment ta' l-armi konvenzjonali,
E. billi riżultat pożittiv ta" dan il-proċess ta" konsultazzjoni huwa kruċjali fl-importanza biex jitqiegħdu l-fondazzjonijiet għan-negozjati futuri ta' l-ATT,
F. jafferma mill-ġdid li, sakemm dawn in-negozjati jkunu ġew konklużi b'suċċess, trasferimenti irresponsabbli ta' l-armi se jkomplu joħolqu tbagħtija umana inaċċettabbli u jiggravaw il-kunflitt armat, l-instabilità, l-attakki terroristiċi, it-tmexxija ħażina u l-korruzzjoni kif ukoll ksur gravi ta' l-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali, kif ukoll jiġi mxekkel l-iżvilupp sostenibbli,
G. huwa konvint li, fl-istennija tar-riżultat ta' dawn in-negozjati, l-Istati ma għandhomx ikomplu jippermettu li embargoes ta' l-armi li qabel kien intlaħaq ftehim fuqhom ikunu injorati b'mod dispreġġjattiv u mwaqqa' għaċ-ċajt minn min għandu sehem f'kunflitti armati u minn fornituri ta' armamenti bla skrupli,
H. filwaqt li jilqa" u jappoġġja l-isforzi f'kampanji kontinwi min-naħa ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,
1. Jistieden lill-153 Stat li vvutaw favur ir-riżoluzzjoni ta' l-UNGA tas-6 ta' Diċembru 2006 imsemmija hawn fuq, li nkludiet l-Istati Membri kollha ta" l-UE, sabiex iressqu minnufih is-sottomissjonijiet tagħhom biex jappoġġjaw l-ATT lis-Segretarju Ġenerali tan-NU;
2. Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex iħejji programm ta" attivitajiet li jużaw diversi fora internazzjonali, inklużi n-NATO, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-EU, sabiex jinkoraġixxi lill-Istati biex iressqu s-sottomissjonijiet tagħhom;
3. Iħeġġeġ lill-Istati kollha sabiex fis-sottomissjonijet tagħhom jagħmlu enfasi li l-ATT għandha tikkodifika l-obbligi eżistenti skond il-liġi internazzjonali f'dak li hu trasferiment ta" armi, u b'mod speċjali dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja;
4. Jirrakkomanda bil-qawwi li sabiex l-ATT ikun effettiv, l-Istati għandhom jibbażaw is-sottomissjonijiet tagħhom fuq il-parametri li ġejjin:
i)
l-Istati huma responsabbli għal u għandhom jirregolaw it-trasferimenti ta" l-armi kollha li huma fil-ġurisdizzjoni tagħhom;
ii)
l-Istati għandhom jevalwaw it-trasferimenti internazzjonali ta" l-armi kollha fid-dawl ta" tliet kategoriji li ġejjin ta" restrizzjoni skond il-liġi eżistenti:
a)
projbizzjonijiet espliċiti li permezz tagħhom l-Istati ma għandhomx jitrasferixxu armi f'ċerti sitwazzjonijiet fuq il-bażi ta' projbizzjonijiet eżistenti f'dak li huma produzzjoni, il-pussess, l-użu u t-trasferiment ta" l-armi;
b)
projbizzjonijiet ibbażati fuq l-użu probabbli ta" l-armi, b'mod partikulari fejn l-armi aktarx jintużaw biex jitwettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tal-liġi umanitarja internazzjonali;
c)
kriterji u normi emerġenti li għandhom ikunu kkunsidrati meta jitqiesu t-trasferimenti ta" l-armi, inkluż il-kwistjoni jekk l-armi humiex se jintużaw għal attakki terroristiċi jew għall-kriminalità vjolenti u/jew organizzata, l-effett negattiv fuq l-iżvilupp sostenibbli jew fuq is-sigurtà jew l-istabbilità reġjonali, jew tinvolvi prattiċi ta' korruzzjoni;
iii)
l-Istati għandhom jiftehmu fuq mekkaniżmu ta" monitoraġġ u ta" infurzar li jaħseb għall-investigazzjoni f'waqtha, imparzjali u trasparenti ta" ksur allegat ta" l-ATT u penali xierqa għal min jikser il-liġi;
5. Jistieden lill-Istati kollha sabiex jappoġġjaw ix-xogħol ta" u jaħdmu mal-GGE, sabiex ikun żgurat li jsir progress sinifikanti lejn ATT ta" valur;
6. Jibqa" konvint li s-suċċess ta' l-ATT jiddependi essenzjalment mit-trasparenza akbar u rieda ġdida li jsir skambju ta" informazzjoni dwar trasferiment ta" l-armi, inkluż informazzjoni dwar l-utenti aħħarin, u li dan jirrikkjedi l-użu ta" mekkaniżmi, bħal ma huma verżjoni mtejba tar-Reġistru tan-NU dwar l-armi konvenzjonali, sabiex tinħoloq garanzjia bbilanċjata u reċiproka tat-trasparenza globali;
7. Jistieden lill-Istati kollha, fl-istennija għall-adozzjoni ta" l-ATT, sabiex jieħdu miżuri effiċjenti biex jitwaqqfu s-senserija u t-trasport irresponsabbli ta" l-armi, munizzjoni u t-tagħmir militari assoċjat u għas-sigurtà ta" kull tip, inkluż komponenti u oġġetti ta' użu doppju, kif ukoll it-trasferiment u l-liċenzjar ta" produzzjoni barranija ta" dan it-tip ta" tagħmir lil partijiet suġġetti għal embargoes internazzjonali ta" l-armi jew li b'mod persistenti jikkommettu ksur serju tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tal-liġi umanitarja internazzjonali;
8. F'dan il-kuntest jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/468/CFSP tat-23 ta' Ġunju 2003 dwar il-kontroll tas-senserija ta' l-armi(6) sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza ta" l-isforzi sabiex titwaqqaf is-senserija irresponsabbli fil-bejgħ ta' l-armi;
9. Jikkundanna kategorikament il-kummerċ fl-armi u fil-munizzjoni bi ksur ta" embargoes ta' l-armi tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jagħraf li t-trasport ta" dan it-tip ta" prodotti jsir prinċipalment bl-ajru; jistieden lill-Istati Membri ta" l-UE sabiex itejbu l-koperazzjoni tagħhom ma' Stati oħra f'dan il-qasam; jistieden lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u lill-organizzazzjonijiet reġjonali xierqa sabiex jirrakkomandaw, f'koordinazzjoni ma" l-industrija tat-trasport bl-ajru, miżuri preventivi xierqa;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-UNGA, lis-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, lill-OSCE, lill-Unjoni Afrikana, lill-Forum Parlamentari dwar Armi u Armamenti Żgħar u lill-Grupp ta' NGOs magħruf bħala l-Isteering Committee ta" NGOs dwar it-Trattat għall-kummerċ ta" l-Armi.