Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2184(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0182/2007

Testi mressqa :

A6-0182/2007

Dibattiti :

PV 20/06/2007 - 19
CRE 20/06/2007 - 19

Votazzjonijiet :

PV 21/06/2007 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0286

Testi adottati
PDF 318kWORD 80k
Il-Ħamis, 21 ta' Ġunju 2007 - Strasburgu
Teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas tas-sistema komuni Ewropea ta' l-ażil
P6_TA(2007)0286A6-0182/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-ażil: il-koperazzjoni prattika, il-kwalita? tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas tas-sistema komuni Ewropea ta' l-ażil (2006/2184(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra L-Artikolu 63(1) u (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar l-istandards minimi fuq proċeduri fi Stati Membri għall-għoti u t-tneħħija ta' l-istejtus ta' refuġjat(1)

–   wara li kkunsidra d-direttiva 2004/83/KE tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward ir-regoli minimi relatati mal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew dawk ta' mingħajr stat għandhom jissodisfaw biex ikunu jistgħu jiksbu stejtus ta' refuġjati, jew il-persuni li, għal raġunijiet oħra, għandhom bżonn ta' protezzjoni internazzjoni; u relatati mal-kontenut ta' dawn l-istejtus(2)

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (Regolament Dublin II) tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru huwa responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ta' ażil ippreżentata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/9/KE tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li stabilixxiet l-istandards minimi għal-ilqugħ ta' persuni li jfittxu l-kenn(4),

–   wara li kkunsidra l-Programme ta' the Hague ta' l-4 u l-5 ta' Novembru 2004,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2005 dwar l-abbozz tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-istandards minimi dwar proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u t-tneħħija ta' l-istejtus ta' refuġjat(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni prattika: strutturi ġodda, metodi ġodda: intejbu l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-sistema komuni Ewropea ta' l-ażil (COM(2006)0067),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adattament tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jikkonċernaw il-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jkun hemm protezzjoni ġudizzjarja aktar effettiva (COM(2006)0346),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0182/2007),

A.   billi l-konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali għandha tkun osservata b'mod sħiħ u l-prinċipju ta' non refoulment għandu jinżamm dejjem,

B.   billi l-ewwel fażi ta' l-introduzzjoni tas-sistema komuni ta' l-ażil tlestiet bl-adozzjoni ta' l-erba' strumenti kif stipulat fl-Artikolu 63(1) tat-Trattat KE; billi jeżistu kemm diffikultajiet politiċi kif ukoll tekniċi li jridu jingħelbu qabel ma tinbeda t-tieni fażi tas-sistema, li l-għan tagħha huwa li tkun introdotta proċedura komuni ta' ażil u stejtus uniformi għal persuni li għandhom dritt għall-ażil jew protezzjoni sussidjarja; u billi huwa ttamat li tinżamm l-iskadenza għat-tlestija ta' din il-fażi, jiġifieri l-2010,

C.   billi diġà kien ta l-appoġġ tiegħu għad-definizzjoni ta' 'refuġjat', meta din dehret fid-Direttiva 2004/83/KE tal-Kunsill u għaldaqstant dik id-definizzjoni hija valida wkoll għal din ir-riżoluzzjoni,

D.   billi, meta wieħed jiġi għall-adozzjoni ta' standards konġunti, l-adozzjoni ta' direttivi hija biss l-ewwel tarġa, u billi din il-fażi trid tiġi segwita bl-implimentazzjoni xierqa fl-Istati Membri kollha tad-dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju; billi l-iskrutinju ta' dak il-proċess ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni tikkostitwixxi inkarigu sinifikanti ħafna li għalih iridu jkunu disponibbli riżorsi adegwati,

E.   billi l-istrumenti adottati s'issa fil-qasam tal-politika dwar l-ażil stabbilixxew biss standards minimi, u meta nżommu f'moħħna li trid tingħeleb it-tendenza li jinkiseb qbil dwar fattur minimu komuni biex nevitaw ġirja 'l-isfel u t-tnaqqis tal-ħarsien u tal-kwalità ta" kif jintlaqgħu, tal-proċeduri, u tal-protezzjoni,

F.   billi fil-Programm ta" the Hague ta" l-4 u l-5 ta" Novembru 2004 l-Kunsill Ewropew stieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex iwaqqfu strutturi adattati li jinvolvu s-servizzi nazzjonali ta' l-ażil ta" l-Istati Membri, bil-għan li tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni prattika, u billli t-tkabbir ta" din il-kooperazzjoni prattika, u l-iskambju tat-tagħrif u d-dettalji ta" proċeduri ppruvati bejn l-Istati Membri, jirrapreżentaw strument importanti biex jinkiseb l-għan ta" procedura komuni dwar l-ażil u stejtus uniformi",

G.   billi t-tisħiħ tal-fiduċja miż-żewġ naħat huwa s-sies tal-proċess tat-twaqqif ta" sistema komuni ta" ażil, u billi l-kooperazzjoni prattika u regolari bejn il-livelli amministrattivi differenti fl-Istati Membri li għandhom responsabiltajiet simili, imwettqa b'mod trasparenti b'funzjonijiet ta" rrappurtar adattati, hija l-aħjar mod kif titrawwem din il-fiduċja, billi huwa meħtieġ tisħiħ tal-fiduċja reċiproka biex tkun żgurata l-kwalità kif ukoll sabiex tiżdied il-fiduċja pubblika fl-immaniġġjar ta' l-ażil, u b'hekk ikun iffaċilitat proċess anqas kontradittorju u aktar effiċjenti,

H.   billi l-implimentazzjoni effettiva tal-politika ta' l-ażil tiddependi fuq l-isforzi biex jintlaħqu numru ta' objettivi kumplimentari, bħalma huma t-titjib fil-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-ipproċessar fil-ħin u fiż-żgur ta' l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu li jippreżentaw biċ-ċar l-iskop tal-migrazzjoni legali, l-arranġamenti għall-ksib ta' stejtus ta' refuġjat jew protezzjoni umanitarja, il-perikli assoċjati mat-traffikar tal-bnedmin, l-aktar nisa u minorenni mhux akkumpanjati minn adulti, u l-konsegwenzi kemm ta' l-immigrazzjoni illegali u tar-rifjut ta' l-istat ta' refuġjat,

I.   billi, bil-ħsieb li jittejjeb il-proċess ta' l-applikazzjoni għall-ażil, u b'hekk jitnaqqas in-numru ta' proċeduri fil-qorti u ta' dewmien proċedurali, jista' jagħmel sens li jitfittex l-appoġġ ta' organizzazzjonijiet rilevanti, bħall-UNHCR, li żviluppa metodu maħsub sabiex jassisti lill-awtoritajiet fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom (Quality Initiative)

J.   billi, kif stqarr il-Kunsill dwar il-Ġustizzja u l-Intern fis-27 u t-28 ta' April 2006, jeħtieġ li jsiru sforzi biex tiġi introdotta proċedura uniformi bil-ħsieb li jkun evitat dewmien u b'hekk ikun sar kontribut prattiku għat-titjib ta' l-effettività tal-proċeduri,

K.   billi, minkejja l-eżistenza ta' sett komuni ta' miżuri bażiċi relatati ma' l-ażil li ġew adottati mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, fuq livell nazzjonali l-Istati Membri baqgħu jimplimentaw miżuri jew jieħdu deċiżjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għall-Istati Membri l-oħra, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali,

L.   billi l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/85/KE jipprovdi għat-tfassil ta' lista minima komuni ta' pajjiżi terzi li huma meqjusa bħala pajjiżi ta' oriġini sikuri, u jirrimarka minn banda din il-lista għadha ma tfasslitx u mill-banda l-oħra li l-Kunsill ma qisx l-opinjoni tal-Parlament meta adotta din id-Direttiva, u li minħabba f'hekk azzjoni għal annullament tad-Direttiva 2005/85/KE bħalissa tinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (il-Qorti tal-Ġustizzja); billi din il-lista għandha tiġi adottata skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni; billi l-inklużjoni ta' pajjiż fuq din il-lista ma tfissirx awtomatikament li persuni minn dawk il-pajjiżi li jfittxu ażil jiġu sempliċement irrifjutati, iżda tfisser li skond il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-istejtus tar-refuġjati, kif emendata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (Konvenzjoni ta' Ġinevra), hemm evalwazzjoni individwali għal kull aplikazzjoni,

M.   billi huwa ta' diżappunt li l-Kunsill ma qisx xieraq li juża l-proċedura ta' kodeċiżjoni fir-rigward tat-tfassil tal-lista ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri, u billi hemm stennija interessanti għas-sentenza li trid toħroġ mill-Qorti tal-Ġustizzja f'dan ir-rigward,

N.   billi l-Istati Membri jrid ikollhom disponibbli tagħrif ta" kwalità għolja dwar perikli li jeżistu bħalissa fil-pajjiżi ta" l-oriġini jekk iridu jiggarantixxu proċeduri affidabbli u ġusti li jiggarantixxu li d-drittijiet ta" dawk li jfittxu l-kenn ikunu rrispettati,

O.   billi l-vjolenza, u t-theddid bi vjolenza, kontra n-nisa hija ksur tad-dritt tal-ħajja, sikurezza, libertà, dinjità u integrità fiżika u emozzjonali, kif ukoll hija theddida serja għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta' din il-vjolenza,

P.   billi minkejja li hemm problemi tekniċi u politiċi li jostakolaw il-qsim ta' informazzjoni sensittiva dwar pajjiżi ta' oriġini, żgur li fl-aħħar mill-aħħar trid titwaqqaf bażi ta' dejta dwar il-pajjiżi ta' oriġini sabiex il-persuni kollha involuti fil-proċedura jkunu jistgħu joqgħodu fuq l-istess informazzjoni meta jkunu qed jitrattaw ma' applikazzjoni individwali,

Q.   billi jekk għandhom jittejbu l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet, għandu wkoll jogħla l-livell ta' taħriġ ta' l-impjegati taċ-ċivil li jieħdu d-deċiżjonijiet,

R.   billi l-proċedura li l-aktar hija adatta sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tiggarantixxi l-għaqda tal-liġi Komunitarja hija l-proċedura ta' deċiżjoni preliminari stipulata fl-Artikolu 234 tat-Trattat KE, u billi element ewlieni ta' dik il-proċedura huwa l-prinċipju li kwalunkwe qorti nazzjonali tista' titlob għal deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja; billi, madankollu, fuq bażi tad-deroga minn dak il-prinċipju stipulata fl-Artikolu 68 tat-Trattat KE, sfortunatament il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-setgħa li tinterpreta dispożizzjonijiet relatati ma' l-ażil meta tkun ikkonsultata mill-qorti nazzjonali ta' l-ewwel istanza biss,

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi magħmula sabiex tittejjeb il-koperazzjoni prattika fis-sistema komuni Ewropea ta' ażil; iqis li titjib fil-kwalità fil-proċeduri u fid-deċiżjonijiet huwa fl-interess ta' kemm l-Istati Membri kif ukoll ta' dawk li jfittxu kenn;

2.  Jerġa' jafferma l-ħtieġa għal politika komuni ta' l-UE dwar l-ażil li tkun proattiva u bbażata fuq l-obbligu li persuni li jfittxu l-kenn jiġu milqugħa u fuq ir-rispett tal-prinċipju tan-'non-refoulement'; ifakkar, f'dan ir-rigward, ir-rwol fundamentali ta" Politika Barranija u għas-Sigurtà Komuni b'saħħitha, li tippromwovi u tħares id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali;

3.  Jenfasizza għal darb'oħra li l-għan aħħari ta" l-introduzzjoni ta" sistema komuni ta' ażil għandu jkun biex tkun żgurata kwalità għolja ta" ħarsien, l-evalwazzjoni tat-talbiet individwali għall-kenn, u l-proċeduri li bħala riżultat jagħtu deċiżjonijiet issostanzjati kif jixraq u ġusti; jenfasizza li titjib fil-kwalità fit-teħid tad-deċiżjonijiet irid jassigura li dawk li jkunu fil-bżonn ta" ħarsien ikunu jistgħu jidħlu fl-UE bla periklu u jkollhom it-talbiet tagħhom ipproċessati sewwa, u jassigura li jkunu osservati b'mod strett l-istandards tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-liġi tar-refuġjati, b'mod partikulari l-prinċipju li ma jitkeċċewx u jintbagħtu lura (non-refoulement);

4.  Jikkandanna l-insuffiċjenza ċara tar-riżorsi disponibbli għall-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-diversi direttivi li jittrattaw ma' kwistjonijiet relatati ma' l-ażil, u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiffaċilitaw il-ħidma tal-Kummissjoni billi b'mod sistematiku jgħaddulha tabella ta' ekwivalenzi li turi bl-eżatt liema miżuri ttieħdu biex jiġi implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dawn id-direttivi;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jaħdmu biex fl-Istati Membri kollha tiġi introdotta proċedura waħda li tiżgura teħid ta' deċiżjonijiet ġust u effettiv, sabiex ikun żgurat li l-istejtus ta' refuġjat jingħata malajr kemm jista' jkun lil dawk kollha li għandhom dritt għalih;

6.  Jenfasizza, b'referenza għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti tal-ħarsien internazzjonali u, b'mod partikulari, il-ħarsien sussidjarju, li sakemm id-dispożizzjonijiet legali li għandhom x'jaqsmu ma' l-ażil ikunu msejsa fuq standards minimi u fuq l-inqas fattur komuni, id-differenzi bejn l-Istati Membri se jibqgħu jeżistu u "t-tfittxija għall-postijiet ta' ażil" se tibqa" fattur;

7.  Jenfasizza li wieħed mill-objettivi ta' l-istrumenti relatati ma' l-ażil li ġew adottati huwa li jitnaqqsu l-hekk imsejħa movimenti 'sekondarji'; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu passi prattiċi sabiex jiksbu l-ogħla grad possibbli ta' konverġenza fost il-politiki ta' ażil rispettivi tagħhom;

8.  Huwa ta' l-opinjoni li, għal skopijiet ta' solidarjetà, fost it-titjib li jrid isir lis-sistema ta' l-ażil ta' l-UE għandu jkun hemm it-tqassim aktar ġust tal-piż li jġorru l-aktar dawk l-Istati Membri li jinsabu fuq il-fruntieri esterni ta' l-UE, u diġà jistenna b'interess l-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tar-Regolament Dublin II u kwalunkwe proposta li tista' tagħmel f'dan ir-rigward;

9.  Iqis li għandu jitqies kif xieraq il-fatt li l-impjegati taċ-ċivil li huma responsabbli mid-deċiżjonijiet li jagħtu stejtus ta' refuġjat iridu jkollhom taħriġ xieraq fuq bażi ta' kurrikulu Ewropew, bil-possibilità li jkunu introdotti kwalifiki obligatorji jew livell obligatorju ta' kwalifiki;

10.  Jappella biex jitwettqu kampanji ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu bil-għan li jintwera biċ-ċar lil migrant potenzjali kemm ir-riskji marbuta ma' l-immigrazzjoni illegali kif ukoll il-konsegwenzi tar-rifjut ta' stejtus ta' refuġjat, u l-iskop tal-migrazzjoni legali u l-possibilità li wieħed japplika għall-ażil f'każ ġustifikat, kif ukoll il-perikli assoċjati mat-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari nisa u minorenni mhux akkumpanjati minn adulti;

11.  Jappella biex miżuri applikabbli għal dawk in-nies li ma jingħatawx stejtus ta' refuġjat jew li l-istejtus tagħhom ta' refuġjat tneħħielhom, ġaladarba r-rimedji legali jkunu ġew eżawriti, jiġu implimentati malajr u b'mod ġust b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali tal-persuni li ġew mibgħuta lura f'arthom; barra minn hekk jappella f'dan ir-rigward għat-twaqqif fl-iqsar żmien ta' proċedura ta' l-UE għar-ripatriazzjoni;

12.  Jappella għal miżuri li japplikaw għal persuni li ngħataw status ta" refuġjat jew ħarsien umanitarju biex jitwettqu malajr u b'mod ġust, ħalli jkunu jistgħu jissawru kundizzjonijiet ta" għixien diċenti, integrazzjoni effettiva fil-ħajja soċjali u politika u l-involviment attiv bi sħab fid-deċiżjonijiet meħuda mill-komunità li tilqagħhom;

13.  Jappella lill-Kummissjoni biex tegħleb malajr kemm jista" jkun il-problemi tekniċi u politiċi involuti fl-introduzzjoni ta" bażi ta' dejta konġunta li jkun fiha tagħrif dwar il-pajjiżi ta" l-oriġini; iqis li bażi ta' dejta ta' l-UE għandha taħdem bħala sistema miftuħa, sabiex il-persuni kollha involuti fil-proċedura jkunu jistgħu joqgħodu fuq l-istess informazzjoni meta jkunu qed jitrattaw ma' applikazzjoni individwali; jittama li tista" tinstab soluzzjoni prammatika għall-problema tal-multi-lingwaliżmu;

14.  Min-naħa, jinnota li l-isforzi tal-Kummissjoni preċedenti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/85/KE, sabiex tfassal lista ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri, iżda mill-banda l-oħra jfakkar fid-deċiżjoni pendenti ta' l-azzjoni għall-annullament li tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward din id-Direttiva, li minħabba fiha l-abbozzar ta' din il-lista jinsab fil-mument sospiż, u jistieden lill-Kunsill sabiex iqis dawn l-elementi kuntrastanti u biex jieħu d-deċiżjonijiet b'konsegwenza; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kunċett ta" pajjiż terz mingħajr periklu ma jeħlisx lill-Istati Membri mill-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali, b'mod partikulari id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni ta" Ġinevra rigward il-prinċipju li ma jitkeċċewx u jintbagħtu lura u l-evalwazzjoni individwali ta" kull applikazzjoni għall-kenn;

15.  Huwa tal-fehma li l-koordinament ta" ħidmiet marbuta mal-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet marbuta ma' l-ażil irid jibqa" r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, li trid tingħata r-riżorsi adattati għal dik il-ħidma; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi din l-għażla fir-rapport li hija se tippreżenta kmieni fl-2008 li jikkonċerna progress ma' l-ewwel fażi tal-ħidmiet u, jekk tagħżel għażla oħra, tiġġustifika r-raġuni għaliex jitqies meħtieġ l-istabbiliment ta' struttura ġdida fil-forma ta' 'Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ', peress li għandhom jitqiesu l-perċentwali ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji; huwa ta' l-opinjoni li jekk il-Kummissjoni tippjana l-ħolqien ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ, hija għandu tkun taħt l-obbligu strett sabiex tinkludi garanziji tat-trasparenza u tar-responsabilità tagħha;

16.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkoperaw bis-sħiħ mal-UNHCR, jipprovduh bl-appoġġ adegwat u biex iwettqu eżerċizzju ta' 'Inizjattiva ta' Kwalità' u jippubblikaw ir-riżultati ta' din l-inizjattiva, sabiex jiffamiljarizzaw lin-nies ma' l-aħjar prattiki u jinkuraġġixxu l-użu tagħhom, fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

17.  17 Iqis inaċċettabbli li dawk li jkunu qed ifittxu ażil jinżammu f'kundizzjonijiet li jċaħħduhom mil-libertajiet individwali tagħhom;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu mwaqqfa ċentri ta' lqugħ b'faċilitajiet separati għall-familji, nisa u tfal u faċilitajiet adegwati għal persuni anzjani jew b'diżabilità li jfittxu kenn; jappella sabiex jiġu evalwati l-kundizzjonijiet ta' lqugħ bħala parti mill-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2003/9/KE; f'dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa biex isir użu sħiħ mill-opportunitajiet mogħtija mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati ġdid;

19.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni biex tappoġġja dawk l-Istati Membri li huma taħt pressjoni qawwija, biex ilaħħqu mal-problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilqugħ ta" dawk li jfittxu kenn u l-evalwazzjoni ta" l-applikazzjonijiet għall-kenn; jilqa" b'sodisfazzjon, b'mod partikulari u fuq kollox, il-proposta li jintbagħtu timijiet ta" esperti li jinkludu esperti minn Stati Membri differenti;

20.  Jenfasizza li huwa xogħol il-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tad-direttivi relatati ma' l-ażil u li r-riżorsi li huma disponibbli lilha għal dan il-għan attwalment huma ferm anqas minn dak li hu meħtieġ sabiex din il-ħidma komprensiva ssir b'suċċess; huwa ta' l-opinjoni li l-kredibilità ta' l-Unjoni f'dan il-qasam u l-ġejjieni tal-politika komuni ta' ażil qegħdin f'riskju;

21.  Jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex tagħmilha aktar faċli li wieħed jikseb aċċess għall-istrumenti finanzjarji bħal ma hu l-Fond Ewropew għar-Refuġjati u l-Programm ARGO biex tagħti l-poter lill-Istati Membri li jiksbu fondi b'mod mgħaġġel f'każ ta" emerġenza;

22.  Jirrimarka li l-korp tal-liġi tal-Komunità mwaqqaf fil-qasam tal-politika dwar l-ażil irid ikun interpretat u applikat b'mod uniformi madwar l-Unjoni; huwa tal-fehma li l-armonizzazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-ażil tkun iffaċilitata u mħaffa jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tista" fil-ġejjieni tkun ikkonsultata minn qrati li mhumiex il-qrati nazzjonali ta" l-ewwel istanza, kif inhu l-każ bħalissa; jappella lill-Kunsill, għaldaqstant, biex jagħti lura lill-Qorti tal-Ġustizzja s-setgħat sħaħ tagħha fil-qasam tad-deċiżjonijiet preliminari mogħtija lilha skond Titolu IV tat-Trattat KE; jilqa" bil-ferħ il-Karta ta" Diskussjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq it-trattament ta" mistoqsijiet li jkunu rreferuti għal deċiżjoni preliminari rigward il-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja(6) u jinkoraġixxi d-diskussjoni fuq il-ħtieġa ta" proċedura li tkun adattata għax-xejra speċifika tal-każijiet fil-qasam ta' l-ażil u l-immigrazzjoni;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.
(2) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(3) ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.
(4) ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.
(5) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 46.
(6) Dokument tal-Kunsill 13272/06.

Avviż legali - Politika tal-privatezza