Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0009 – C6-0103/2007 – 2007/0003(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1) (COM(2007)0009),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova (9221/2004),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta'l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0103/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0224/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Moldova.