Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0004(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0216/2007

Testi mressqa :

A6-0216/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0293

Testi adottati
PDF 202kWORD 35k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-KE u l-Ukraina *
P6_TA(2007)0293A6-0216/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0007 – C6-0102/2007 – 2007/0004(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(1) (COM(2007)0007,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni ma' l-Ukraina (9108/2004),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 (2) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0102/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0216/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Ukraina.

(1)1 Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza