Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Partenarjat u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta'l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0114 – C6-0160/2007 – 2007/0040(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM (2007)0114)(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni ma' l-Ażerbajġan (8924/2004),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101(2) tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0160/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51,83(7) u 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0255/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan.