Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0289(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0237/2007

Testi mressqa :

A6-0237/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2007 - 8.10
CRE 10/07/2007 - 8.10

Testi adottati :

P6_TA(2007)0298

Testi adottati
PDF 283kWORD 29k
It-Tlieta, 10 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja ***I
P6_TA(2007)0298A6-0237/2007
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0924 – C6-0009/2007 – 2006/0289(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0924)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0009/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0237/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda id-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
P6_TC1-COD(2006)0289

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2007/.../KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza