Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward ta'l-implimentazzjoni ta' poteri mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2006)0926 – C6-0010/2007 - 2006/0293(COD))
(Procedura ta' kodecizjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0926)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 47(2) tat-Trattat tal-KE, li skond dawn il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0010/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0239/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.