Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2005)0375 – C6-0279/2005 – 2005/0156(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0375)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0279/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0004/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 862/2007.)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 188 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, kif ukoll tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-koperazzjoni parlamentari(1);
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Settembru 2004 dwar l-għadd ta' membri tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti, kif ukoll tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-koperazzjoni parlamentari(2);
1. Jiddeċiedi li l-għadd tal-membri fuq id- delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin għandu jkun kif ġej:
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa 25 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarus 19 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Iżrael 25 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġizlattiv Palestinjan: 25 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Magreb u l-Unjoni
tal-Magreb Għarbi (inkluża l-Libja) 25 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maxreq: 23 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati tal-Golf, inkluż il-Jemen: 19 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Iran: 21 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Istati Uniti: 42 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: 22 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali: 26 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Komunità Andina: 20 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Mercosur: 28 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: 28 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: 39 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja u
ma' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN): 22 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana 17 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Awstralja u New Zealand 24 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afrika t'Isfel 17 membru;
2. Jiddeċieci li jaqsam id-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja u mal-Assoċjazzjoni tax-Xlokk ta' l-Ażja għall-Koperazzjoni Reġjunali (SAARC) fi tliet delegazzjonijiet u li jiffissa l-għadd ta' membri ta' kull waħda kif ġej:
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja: 20 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Indja: 22 membru
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' l-Afganistan: 16 membru;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta" Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta" l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (COM(2005)0579 – C6-0403/2006 – 2005/0228(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0579)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0403/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0023/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Huwa tal-fehma li l-ammont ta' riferenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' fuq ta' intestatura 1a tal-qafas finanzjarju u mad-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba(2),
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament KE Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta" l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta" l-Avjazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali(3),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),
Billi:
(1) It-tieni premessa għar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta" Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta" l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta" l-Ajru(5) tispeċifika, inter alia, li għandhom jiġu żviluppati rekwiżiti essenzjali xierqa biex ikopru l-operazzjonijiet ta" inġenji ta" l-ajru u l-liċenzjar ta" ekwipaġġ ta" l-ajru, u l-applikazzjoni ta" dak ir-Regolament għal inġenji ta" l-ajru ta" pajjiżi terzi. L-Artikolu 7 ta" dak ir-Regolament jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposti kemm jista" jkun malajr lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-prinċipji bażiċi, l-applikabbiltà u r-rekwiżiti essenzjali li jirrigwardaw il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim ta" inġenji ta" l-ajru.
(2) Il-Komunità għandha tistipula, f'konformità ma" l-istandards stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili, iffirmata f'Chicago fis-7 ta" Diċembru 1944 ("il-Konvenzjoni ta" Chicago"), rekwiżiti essenzjali applikabbli għal persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-tħaddim ta" inġenji ta" l-ajru, kif ukoll għal persuni u prodotti konnessi mat-taħriġ u l-eżami mediku tal-bdoti. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tiżviluppa r-regoli ta" implimentazzjoni meħtieġa.
(3)Il-Kummissjoni għandha teżamina sa fejn is-setgħat marbuta mal-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta" l-avjazzjoni ċivili għandhom ukoll jiġu trasferiti lill-Aġenzija Ewropea għas-sikurezza ta' l-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Aġenzija") fil-futur.
(4) Iċ-ċittadini Ewropej għandhom igawdu livell għoli u uniformi ta" protezzjoni f'kull ħin. Għalhekk, inġenji ta" l-ajru ta" pajjiżi terzi li joperaw lejn, fi jew mit-territorju fejn japplika t-Trattat, għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni xierqa fil-livell Komunitarju fil-limiti stabbiliti mill-Konvenzjoni ta" Chicago.
(5) Ma jkunx xieraq li l-inġenji ta" l-ajru kollha jiġu suġġetti għal regoli komuni, b'mod partikolari inġenji ta" l-ajru li huma ta" għamla sempliċi jew joperaw prinċipalment fuq bażi lokali, u dawk li huma mibnija mid-dilettanti jew li huma partikularment rari jew li jeżisti biss numru żgħir minnhom; inġenji ta" l-ajru bħal dawn għandhom għalhekk jibqgħu taħt il-kontroll regolatorju ta" l-Istati Membri. Madankollu, għandhom jittieħdu miżuri proporzjonati biex jiżdied b'mod ġenerali l-livell ta" sikurezza ta" inġenji ta' l-ajru żgħar.
(6) B'mod speċjali għandha tingħata konsiderazzjoni lil ajruplani u ħelikopters b'massa tat-tlugħ massima baxxa u li r-rendiment tagħhom qed jiżdied, jistgħu jiċċirkolaw madwar il-Komunità kollha u qed jiġu prodotti b'mod industrijali, u għalhekk jistgħu jkunu regolati aħjar fil-livell Komunitarju li jkun jista" jipprovdi l-livell uniformi ta" sikurezza u protezzjoni ambjentali meħtieġ.
(7) L-ambitu ta" l-applikazzjoni ta" l-azzjoni tal-Komunità għandu jiġi ddefinit b'mod ċar biex persuni, organizzazzjonijiet u prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament u r-regoli ta" implimentazzjoni tiegħu jkunu jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità. Tali ambitu ta" applikazzjoni għandu jkun iddefinit b'mod ċar billi ssir referenza għal lista ta" inġenji ta" l-ajru li huma eżentati mill-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament.
(8) Prodotti aeronawtiċi, parts u attrezzaturi, operaturi involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif ukoll bdoti u persuni, prodotti u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ u l-eżami mediku tagħhom, għandhom ikunu ċċertifikati u liċenzjati kemm-il darba jinsabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li jridu jiġu stipulati mill-Komunità skond l-istandards tal-Konvenzjoni ta" Chicago. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tiżviluppa r-regoli ta" implimentazzjoni meħtieġa.
(9) Korpi ta" valutazzjoni approvati kif jixraq għandhom jiġu awtorizzati biex joħorġu l-liċenzji lil bdoti involuti f'operazzjonijiet ta' inġenji ta' l-ajru żgħar.
(10) L-Aġenzija għandha tiġi awtorizzata biex toħroġ ċertifikati jew liċenzji lil persuni, organizzazzjonijiet u prodotti suġġetti għal dan ir-Regolament fejn azzjoni ċentralizzata tkun iktar effiċjenti minn ċertifikazzjoni f'livell ta" Stat Membru. L-Aġenzija għandha, għall-istess raġuni, titħalla tieħu l-miżuri meħtieġa relatati ma" l-operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru, il-kwalifikazzjoni ta" ekwipaġġ jew is-sikurezza ta" inġenji ta" l-ajru ta" pajjiżi terzi meta dan hu l-aħjar mezz li bih tiżgura l-uniformità u tiffaċilita t-tħaddim tas-suq intern.
(11) It-tħaddim effettiv ta" skema tal-Komunità tas-sikurezza ta" l-avjazzjoni ċivili fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija biex jiġu skoperti kundizzjonijiet perikolużi u jittieħdu miżuri ta" rimedju kif jixraq.
(12)Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005(6) jimponi dazju fuq l-Aġenzija biex tikkomunika t-tagħrif kollu li jista" jkun rilevanti biex tiġi aġġornata l-lista komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li, għal raġunijiet ta' sikurezza, huma suġġetti għal projbizzjoni milli joperaw fil-Komunità. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta li toħroġ ċertifikazzjoni lil kumpanija ta" l-ajru skond il-modalitajiet tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, trid tgħaddi t-tagħrif kollu li fuqu kien ibbażat dan ir-rifjut sabiex isem il-kumpanija ta' l-ajru jkun jista" jiddaħħal, jekk ikun meħtieġ, f'dik il-lista.
(13) Il-promozzjoni ta" kultura ta" sikurezza u tħaddim kif għandu jkun ta" sistema regolatorja fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament jirrikjedu li inċidenti u okkorrenzi jiġu rrappurtati spontanjament mix-xhieda. Tali rappurtar ikun iffaċilitat bit-twaqqif ta" ambjent mhux punittiv, u għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-Istati Membri biex jipprovdu għall-protezzjoni ta" tali informazzjoni u dawk li jirrappurtawha.
(14) Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas xieraq u komprensiv għad-definizzjoni u t-twettiq tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni fil-qasam ta" l-avjazzjoni ċivili. L-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta" Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta" l-avjazzjoni ċivili(7) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE tas-16 ta" Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta" liċenzji ta" l-istaff għall-eżerċizzju ta" funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili(8), fl-intier tagħha, għandhom għalhekk eventwalment jiġu mħassra, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertfikazzjoni jew liċenzjar ta" prodotti, persuni u organizzazzjonijiet diġà maħruġa skond dawk l-atti leġislattivi.
(15) Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill- Aġenzija(9) skond il-punt (b) ta" l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u l-Artikolu 14(1) tiegħu.
(16)L-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw li l-baġits ta" l-awtoritajiet nazzjonali u l-ħlasijiet u l-piżijiet li jiġbru jitnaqqsu skond it-trasferiment tar-responsabilitajiet lill-Aġenzija.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
EMENDI GĦAR-REGOLAMENT BAŻIKU
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 2(2), għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:
"
f)
biex ikunu pprovduti l-istess kundizzjonijiet għal kull min hu involut fis-suq intern ta" l-avjazzjoni.
"
(2) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
a)
il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
f)
"entità kwalifikata" tfisser korp li jista" jagħmel xogħol ta" ċertifikazzjoni taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta" l-Aġenzija jew ta" awtorità nazzjonali ta" l-avjazzjoni;
"
b) għandhom jiżdiedu il-punti (h) sa (o) li ġejjin:
"
h)
"operatur" tfisser kwalunkwe persuna legali jew naturali, li topera jew tipproponi li topera wieħed jew aktar inġenji ta" l-ajru;
i)
"operazzjoni kummerċjali" tfisser attività aeronawtika bi ħlas koperta b" kuntratt bejn operatur u klijent, fejn il-klijent m'huwiex, direttament jew indirettament, sid ta" l-inġenji ta" l-ajru użati għall-iskop ta" dan il-kuntratt u l-operatur m'huwiex, direttament jew indirettament, impjegat tal-klijent;
b'massa tat-tlugħ massima ċċertifikata li tisboq 5 700kg jew;
–
b'konfigurazzjoni massima approvata ta" passiġġieri bil-qiegħda ta" aktar minn 19 jew;
–
iċċertifikat biex jopera b'ekwipaġġ minimu ta" mill-inqas żewġ bdoti jew;
ii)
ħelikopter:
–
b'massa tat-tlugħ massima ċċertfikata li tisboq 3 175kg jew;
–
b'konfigurazzjoni massima approvata ta" passiġġieri bil-qiegħda ta" aktar minn 9 jew;
–
iċċertifikat biex jopera b'ekwipaġġ minimu ta" mill-inqas 2 bdoti; jew
iii)
inġenji ta" l-ajru b'sistema tilt rotor;
k)
(k) "inġenju ta" l-ajru żgħir" tfisser inġenju ta" l-ajru:
−
b'massa tat-tlugħ massima li ma tisboqx l-2 000 kg;
−
b'massimu ta" 5 postijiet għall-passiġġieri.
"
(
l) "operazzjoni b'inġenji ta" l-ajru żgħar" tfisser kwalunkwe operazzjoni mhux kummerċjali b'inġenji ta" l-ajru żgħar;
(
m) "korp ta" valutazzjoni" tfisser korp approvat li jista" jivvaluta l-konformità ta" persuni legali jew naturali mar-regoli stabbiliti sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati f'dan ir-Regolament u joħroġ iċ-ċertifikat relatat;
(
n) "apparat sintetiku ta" taħriġ fit-titjir" tfisser kwalunkwe tip ta" apparat li fih issir simulazzjoni fl-art tal-kundizzjonijiet tat-titjir; dawn jinkludu simulaturi tat-titjir, apparati ta" taħriġ fit-titjir, trejners tan-navigazzjoni u proċeduri tat-titjir u apparati tat-taħriġ fl-istrumenti bażiċi;
(
o) "klassifikazzjoni" tfisser stqarrija mniżżla fuq il-liċenzja ta" bdot, li tispeċifika l-kundizzjonijiet, il-privileġġi jew il-limitazzjonijiet speċjali li jappartjenu lil tali liċenzja.
(3) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
a)
il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
i)
il-punt (b) huwa sostitwit minn:"
b)
irreġistrati fi Stat membru, sakemm is-superviżjoni regolatorja tas-sikurezza tagħhom ma tkunx ġiet iddelegata lil pajjiż terz u m'humiex użati minn operatur tal-Komunità; jew
"
ii)
il-punt (c) huwa sostitwit minn:"
c)
irreġistrati f'pajjiż terz u użati minn operatur li s-superviżjoni ta" l-operazzjonijiet tiegħu jiżguraha Stat Membru jew użati lejn, ġewwa jew barra mill-Komunità minn operatur stabbilit jew residenti fil-Komunità; jew
"
iii)
il-punt (d) li ġej jiżdied:"
d)
irreġistrati f'pajjiż terz, jew irreġistrati fi Stat Membru li jkun iddelega s-superviżjoni regolatorja tas-sikurezza tagħhom lil pajjiż terz, u użati minn operatur minn pajjiż terz lejn, ġewwa jew barra mill-Komunità.
"
iv)
fil-paragrafu 1, il-kliem "sakemm is-superviżjoni regolatorja tas-sikurezza tagħhom ma ġietx iddelegata lil pajjiż terz u m'humiex użati minn operatur tal-Komunità" jitħassru;
b)
għandhom jiżdiedu il-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:" (1a) L-istaff involut fl-operazzjonijiet ta" inġenji ta" l-ajru msemmija fil-paragrafu 1(b) jew (c) għandu jikkonforma ma" dan ir-Regolament.
"(1b) Operazzjonijiet ta" inġenji ta" l-ajru msemmija fil-paragrafu 1 (b), (c) jew (d) għandhom jikkonformaw ma" dan ir-Regolament.";"
c)
il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 2. Il-paragrafi 1, 1a u 1b m'għandhomx japplikaw għall-inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Anness II."
(4) L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
fil-parti introduttorja, il-kliem "irreġistrati fi Stat Membru" jinbidlu bil-kliem "imsemmija fil-punt (b) ta" l-Artikolu 4(1)";
ii)
fil-punt (d), il-kliem "id-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni ta" prodotti" huwa sostitwit bil-kliem "il-manutenzjoni ta" prodotti";
iii)
għandu jiddaħħal il-punt (da) li ġej:" Organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn u l-manifattura ta" prodotti, parts u attrezzaturi għandhom juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jaqdu r-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Sakemm l-aċċettazzjoni ta" dawn il-kapaċitajiet u mezzi ma ssirx b'mod ieħor, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti permezz tal-ħruġ ta" approvazzjoni ta" l-organizzazzjoni. Il-privileġġi konċessi lill-organizzazzjoni approvata u l-ambitu ta" l-applikazzjoni ta" l-approvazzjoni għandhom ikunu speċifikati fit-termini ta" l-approvazzjoni."
b)
għandu jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:" 2a. L-inġenji ta" l-ajru msemmija fil-punt (a) ta" l-Artikolu 4(1) u l-prodotti, parts u attrezzaturi mmuntati fuqhom għandhom jikkonformaw mal-punti (a) (b) u (da) tal-paragrafu 2 ta" dan l-Artikolu."
c)
il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
fil-punt (e) għandhom jiżdiedu il-punti (iv), (v) u (vi) li ġejjin:"
iv)
is-sillabu minimu għat-taħriġ ta" staff li jiċċertifika l-manutenzjoni dwar il-klassifikazzjoni tat-tip biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu (2)(e);
v)
is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip ta" bdoti biex tkun żgurata l-konformità ma" l-Artikolu 6a;
vi)
il-lista ta" t-tagħmir master minimu kif xieraq u l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali ta" airworthiness għal kull tip ta" operazzjoni biex tkun żgurata l-konformità ma" l-Artikolu 6b.
"
ii) il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
f)
il-kundizzjonijiet ta" ħruġ, żamma, emenda, sospensjoni jew revoka ta" approvazzjonijiet ta" organizzazzjonijiet meħtieġa skond il-punti (d), (da) u (f) tal-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet li taħthom dawn l-approvazzjonijiet ma jkollhomx għalfejn jintalbu;
"
iii)
għandu jiżdied il-punt (j) li ġej:"
j)
kif inġenji ta" l-ajru msemmija fil-punti (c) u (d) ta" l-Artikolu 4(1) għandhom juru l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali.
"
d)
fil-paragrafu 5, għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:"
d)
ma jimponux fuq l-inġenji ta" l-ajru msemmija fil-punti (c) u (d) ta" l-Artikolu 4(1) rekwiżiti li jkunu inkompatibbli ma" l-obbligi ICAO ta" l-Istati Membri.
"
(5) L-Artikoli 6a u 6b li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 6:
"
Artikolu 6a
Liċenzjar tal-Bdoti
1. Bdoti involuti fit-tħaddim ta" inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) u organizzazzjonijiet, apparat sintetiku ta" taħriġ fit-titjir u persuni involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, l-eżami u l-valutazzjoni medika ta" bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness III.
2. Bdot jista" jopera inġenji ta" l-ajru fil-każ biss li huwa jew hija jkollu/jkollha liċenzja u ċertifikat mediku xierqa għall-operazzjoni li jiżvolġi/tiżvolġi.
Bdot għandha tinħariġlu liċenzja meta jintwera li huwa jew hija jkun/tkun konformi mar-regoli stabbiliti biex ikun żgurat li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali relatati ma" l-għarfien teoretiku, il-ħiliet prattiċi u l-profiċjenza fil-lingwa. Din il-liċenzja tista" tinħareġ minn korp ta" valutazzjoni meta l-privileġġi li tagħti jkunu limitati għal titjir ta' inġenji ta' l-ajru żgħar.
Bdot għandu jinħariġlu ċertifikat mediku meta jintwera li huwa jew hija jkun/tkun konformi mar-regoli stabbiliti biex ikun żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li jirregolaw l-istat mediku. Dan iċ-ċertifikat mediku għandu jinħareġ minn eżaminaturi aeromediċi jew ċentri aeromediċi; madankollu, fil-każ ta" bdoti involuti f'operazzjonijiet ta' inġenji ta' l-ajru żgħar, iċ-ċertifikat jista" jinħareġ minn tabib mhux speċjalizzat.
Il-privileġġi mogħtija lill-bdot u l-ambitu ta" l-applikazzjoni tal-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku għandhom ikunu speċifikati fihom.
Ir-rekwiżiti tat-tieni u t-tielet subparagrafu jistgħu jiġu sodisfatti bl-aċċettazzjoni ta" liċenzji u ċertifikati mediċi maħruġa minn jew f'isem pajjiż terz safejn għandhom x'jaqsmu bdoti involuti fl-operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(c).
3. Il-kapaċità ta" korpi ta" valutazzjoni, organizzazzjonijiet ta" taħriġ tal-bdoti u organizzazzjonijiet responsabbli għall-valutazzjoni ta" l-istat mediku tal-bdoti li jaqdu r-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom fir-rigward tal-ħruġ ta" liċenzji u ċertifikati mediċi għandha tkun rikonoxxuta bil-ħruġ ta" approvazzjoni.
Approvazzjonijiet ta" organizzazzjonijiet għandhom jinħarġu meta jintwera li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali relevanti kif stipulat fl-Anness III.
Il-privileġġi mogħtija mill-approvazzjonijiet għandhom jitniżżlu fihom.
4. Apparat sintetiku ta" taħriġ fit-titjir użat għat-taħriġ tal-bdoti għandu jkun suġġett għal ċertifikat. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta jintwera li l-apparat jikkonforma mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali relevanti kif stipulat fl-Anness III.
5. Persuna responsabbli għall-provvediment ta" taħriġ għall-bdoti, jew għall-valutazzjoni tal-kompetenza jew ta" l-istat mediku tagħhom għandu jkollha ċertifikat xieraq.
Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta jintwera li l-applikant jikkonforma mar-regoli stabbiliti biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali relevanti kif stipulat fl-Anness III.
Il-privileġġi mogħtija fiċ-ċertifikat għandhom ikunu speċifikati fih.
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għat-twettiq ta" dan l-Artikolu. B'hekk, hija għandha tispeċifika b'mod partikolari:
a)
il-klassifikazzjonijiet differenti ta" liċenzji tal-bdoti u ċ-ċertifikati mediċi adegwati għat-tipi differenti ta" attivitajiet li jkunu jiżvolġu;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta" dawk li jkollhom liċenzji, klassifikazzjoni tal-liċenzji, ċertifikati mediċi, approvazzjonijiet ta" organizzazzjonijiet u ċertifikati ta" l-istaff.
7. Hi u tistabbilixxi r-regoli tat-twettiq msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċifika li dawn jirriflettu l-prassi l-aktar moderni u dawk li huma l-aqwa, u l-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ ta" bdoti u li jippermettu li jkun hemm reazzjoni immedjata biex jiġu stabbiliti l-kawżi ta" aċċidenti u inċidenti serji.
Artikolu 6b
Operazzjonijiet ta" l-ajru
1. It-tħaddim ta" l-inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1) (b) (c) u (d) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV.
2. Operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali għandhom juru l-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom.
Dawn il-kapaċitajiet u l-mezzi għandhom jiġu rikonoxxuti bil-ħruġ ta" ċertifikat.
Il-privileġġi mogħtija lill-operatur u l-ambitu ta" l-applikazzjoni ta" l-operazzjonijiet għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.
Ir-rekwiżit ta" dan il-paragrafu jista" jiġi sodisfatt bl-aċċettazzjoni ta" ċertifikati maħruġa minn jew f'isem pajjiż terz safejn għandhom x'jaqsmu l-operaturi involuti fl-operazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(d).
3. Operaturi li jiżvolġu operazzjoni mhux kummerċjali ta" inġenji ta" l-ajru kumplessi mħaddma bil-magni għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni li tixhed il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet marbuta ma" l-operazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru.
4. Ekwipaġġ tal-kabina involut fit-tħaddim ta" l-inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IV. Dawk involuti f'operazzjonijiet kummerċjali għandu jkollhom attestazzjoni kif inizjalment deskritt fil-punt (d) ta" l-OPS 1.1005 kif stabbilit fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (UE OPS); tali attestazzjoni tista" tinħareġ minn operaturi approvati jew minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ, fid-diskrezzjoni ta" l-Istat Membru.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għat-twettiq ta" dan l-Artikolu. Meta tagħmel dan, hija għandha tispeċifika b'mod partikolari:
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta" dawk li għandhom iċ-ċertifikati;
d)
il-kontenut u l-mezz tal-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet li jridu jsiru mill-operaturi memmija fil-paragrafu 3, ul-kundizzjonijiet u l-proċeduri għas-sorveljanza u l-ispezzjoni rigward l-operazzjonijiet speċifiċi deskritti fid-dikjarazzjoni;
Il-kundizzjonijiet li taħthom operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew suġġetti għal certi kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza skond l-Artikolu 15b(2).
6. Ir-regoli tat-twettiq imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jirriflettu l-aqwa u l-aktar prassi moderni fil-qasam ta" l-operazzjoniijiet ta" l-ajru.
Ir-regoli tat-twettiq għandhom jikkunsidraw ukoll l-esperjenza dinjija fis-servizz ta" l-inġenji ta" l-ajru, u l-progress xjentifiku u teknoloġiku.
Huma għandhom jipprovdu għal reazzjoni immedjata biex jiġu stabbiliti l-kawżi ta" aċċidenti u inċidenti serji.
Huma m'għandhomx jimponu fuq l-inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1) (c) u (d) rekwiżiti li jkunu inkompatibbli ma" l-obbligi ICAO ta" l-Istati Membri.
------------------
* ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1
"
(6) L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
Artikolu 7
Superviżjoni kollettiva
1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw permezz tal-ġbir, inklużi ramp inspections, u qsim ta" informazzjoni biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu jiġu fil-fatt imwettqa.
2.Jekk Stat Membru jew l-Aġenzija jiksbu tagħrif li jipprova li ċertifikat maħruġ minn Stat Membru ieħor ma jkunx jikkonforma ma" dan ir-Regolament jew mad-dispożizzjonijiet tat-twettiq tiegħu b'mod li jkun jista' jhedded serjament is-sikurezza, huma għandhom minnufih jgħaddu s-sejbiet tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), ir-regoli tat-twettiq tal-paragrafu 1, u tispeċifika b'mod partikolari l-kundizzjonijiet li ġejjin:
a)
il-kundizzjonijiet għall-ġbir, l-iskambju u t-tixrid ta" informazzjoni;
b)
il-kundizzjonijiet biex isiru ramp inspections, inklużi dawk sistematiċi;
c)
il-kundizzjonijiet għad-detenzjoni ta" inġenji ta" l-ajru li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta" dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu.
"
(7) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
2. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta" Stat Membru jew ta" awtorita ta' l-Avjazzjoni nazzjonali, tista" tagħti bidu għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4) sabiex ikun deċiż jekk ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament effettivament ikunx jikkonforma miegħu u mar-regoli tat-twettiq tiegħu.
F'każ li ma jkunx hemm konformità jew f'każ ta" konformità mhux effettiva, il-Kummissjoni għandha titlob lil min ikun ħareġ iċ-ċertifikat biex jieħu azzjoni korrettiva u miżuri ta" salvagwardja xierqa, bħal-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx jibqgħu japplikaw għaċ-ċertifikat mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri.
3.Meta l-Kummissjoni jkollha biżżejjed provi li tkun ittieħdet azzjoni korrettiva xierqa minn min ikun ħareġ iċ-ċertifikatkif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jindirizza l-każ ta" nuqqas ta" konformità jew ta" konformità mhux effettiva u li ma jkunx għad hemm il-bżonn tal-miżuri ta" salvagwardja, għandha tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ikunu japplikaw għal dan iċ-ċertifikat. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mid-data tan-notifika ta" din id-deċiżjoni lill-Istati Membri.
4.Sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikoli 5(4) u 6a(6), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(2), iċ-ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
5.Sakemm issir l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikolu 6b(5), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 57(2), iċ-ċertifikati li ma jistgħux jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jinħarġu fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali applikabbli jew, fejn ikun applikabbli, fuq il-bażi tar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.
6.Id-dispożizzjonijiet ta" dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u għar-regoli tat-twettiq tiegħu.
"
(8) L-Artikolu 9, paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
"
1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament u r-regoli adottati għat-twettiq tiegħu, l-Aġenzija, fl-oqsma tal-kompetenza tagħha, għandha toħroġ ċertifikati fuq il-bażi ta" ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta" pajjiż terz, kif provdut fil-ftehimiet ta" rikonoxximent bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz.
"
(9) L-Artikolu 9a għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 9:
"
Artikolu 9a
Entitajiet kwalifikati
Meta jallokaw xogħol speċifiku ta" ċertifikazzjonilil entità kwalifikata, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali ta" l-avjazzjoni kkonċernata għandha tiżgura li tali entità tkun tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V.
"
(10) L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet dwar flessibilità
1. Id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament u regoli adottati għat-twettiq tiegħu ma jżommux Stat Membru milli jirreaġixxi immedjatament għal problema ta" sikurezza imprevista li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda u r-raġunijiet għalihom.
2. Bi qbil ma" l-Artikolu 16(3), l-Aġenzija tista" tiddetermina fi żmien xahar minn meta tiġi nnotifikata skond il-paragrafu 1, jekk il-problema ta" sikurezza tistax tiġi indirizzata fil-qafas ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx qajmet oġġezzjonijiet matul l-istess perjodu. L-Aġenzija għandha mbagħad tieħu d-deċiżjoni xierqa, u tgħaddi kopja lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.
Jekk, mill-banda l-oħra, l-Aġenzija tiddetermina li l-problema ta" sikurezza tkun riżultat ta" nuqqas fi, jew livell inadegwat ta" sikurezza li jirriżulta mill-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu, hi għandha allura tiżviluppa u toħroġ opinjoni dwar jekk il-miżuri għandhomx jiġu rrevokati jew imħollija. Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), il-Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta" din l-opinjoni. Jekk il-miżuri jkunu se jitkomplew, huma għandhom jitwettqu mill-Istati Membri kollha u d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għalihom.
3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti sostantivi stipulati f'dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu fil-każ ta" ċirkustanzi operazzjonali urġenti mhux previsti jew ħtiġijiet operazzjonali ta" tul ta" żmien limitat, sakemm il-livell ta" sikurezza ma jkunx b'hekk affettwat ħażin. L-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe eżenzjonijiet bħal dawn hekk kif dawn isiru ripetittivi jew fejn jingħataw għal perjodi ta" aktar minn xahrejn.
4. Bi qbil ma" l-Artikolu 16(3), l-Aġenzija għandha fi żmien xahar minn mindu tiġi nnotifikata skond il-paragrafu 3 ta" dan l-Artikolu, tiddetermina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma" l-għanijiet ġenerali tas-sikurezza ta" dan ir-Regolament jew kwalunkwe regola oħra tal-liġi Komunitarja. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni.
Fuq il-bażi ta" din l-opinjoni u f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(4), il- Kummissjoni tista" tieħu deċiżjoni dwar ir-revoka ta" dawn l-eżenzjonijiet.
5. Fejn livell ta" protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tar-regoli tat-twettiq ta" dan ir-Regolament jista" jinkiseb b'mezzi oħra, Stat Membru jista", mingħajr diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità, jagħti approvazzjoni ta" deroga minn dawk ir-regoli tat-twettiq.
F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Aġenzija u l-Kummissjoni li bi ħsiebu jagħti tali approvazzjoni u għandu jagħti r-raġunijiet li juru l-bżonn ta" deroga mir-regola kkonċernata, kif ukoll il-kundizzjonijiet stipulati biex jiżguraw li jinkiseb livell ta" protezzjoni ekwivalenti.
6. Bi qbil ma" l-Artikolu 16(3), fi żmien xahrejn minn mindu tiġi nnotifikata skond il-paragrafu 5 ta" dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni dwar jekk l-approvazzjoni proposta tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu.
Fi żmien xahar minn meta tirċievi l-opinjoni ta" l-Aġenzija, il-Kummissjoni tista" tagħti bidu għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(3), sabiex tiddeċiedi jekk l-approvazzjoni proposta tistax tingħata jew għandhiex tiġi rrifjutata. Jekk l-approvazzjoni tkun tista" tingħata, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li jkunu huma wkoll intitolati li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 għandhom japplikaw għall-miżura kkonċernata.
"
(11) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
(4) Sabiex il-pubbliku ikun infurmat bil-livell ġenerali ta' sikurezza, għandu jiġi ppubblikat kull sena mill-Aġenzija rapport dwar is-sikurezza. Mid-dħul fis-seħħ tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikolu 7(3), dan l-eżami mill-ġdid tas-sikurezza għandu jinkludi analiżi ta" l-informazzjoni kollha li tkun waslet skond l-Artikolu 7. Din l-analiżi għandha tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem u għandha tindika jekk hemmx riskju ta" sikurezza miżjud għall-passiġġieri ta" l-ajru. F'din l-analiżi, is-sorsi ta" l-informazzjoni għandhom jinżammu mistura.
"
(12) L-Artikolu 11a li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 11:
"
Artikolu 11a
Protezzjoni tas-sorsi ta" informazzjoni
1. Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tkun ingħatat minn persuna naturali fuq bażi volontarja lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija, is-sors ta" tali informazzjoni m'għandux jinkixef. Meta t-tagħrif ikun ingħata lil awtorità nazzjonali, is-sors ta" tali tagħrif għandu jitħares skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2. Bla preġudizzju għar-regoli tal-liġi kriminali applikabbli, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jibdew proċeduri fir-rigward ta" ksur mhux premeditat jew aċċidentali tal-liġi li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom biss għaliex kien ġie rrappurtat skond dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu.
Din ir-regola m'għandhiex tapplika f'każi ta" negliġenza serja.
3. Bla preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-liġi kriminali, u b'konformità mal-proċeduri definiti fil-liġijiet u l-prassi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati li jipprovdu informazzjoni għall-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi preġudizzju minn min iħaddimhom. Din ir-regola m'għandhiex tapplikaf'każi ta" negliġenza serja.
4. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali marbuta ma" l-aċċess għall-informazzjoni minn awtoritajiet ġudizzjarji.
"
(13) L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
c)
tieħu d-deċiżjonijiet xierqa għall-applikazzjoni ta" l-Artikoli 9a, 15, 15a, 15b u 46;
"
b)
għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:"
d)
toħroġ ir-rapporti wara spezzjonijiet ta" standardizzazzjoni magħmula skond l-Artikoli 16(1) u 45.".
il-parti introduttorja għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:" "Fir-rigward ta" prodotti, parts u attrezzaturi msemmija fl-Artikolu 4(1) (a) u (b), l-Aġenzija għandha, fejn japplika u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta" Chicago jew l-Annessi tagħha, tiżvolġi f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u x-xogħol ta" l-Istat tad-disinn, il-manifattura jew ir-reġistru fir-rigward ta" l-approvazzjoni ta" disinn. Għal dak il-għan, hija għandha b'mod partikolari:"
ii)
il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
e)
tagħmel, hija stess jew permezz ta" awtoritajiet ta" l-avjazzjoni nazzjonali jew entitajiet kwalifikati, investigazzjonijiet tekniċi assoċjati maċ-ċertifikazzjoni ta" prodotti, parts u attrezzaturi;
"
iii)
il-punt (i) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
i)
temenda, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti meta l-kundizzjonijiet li taħthom ikun maħruġ mill-Aġenzija ma jkunux baqgħu jiġu sodisfatti jew jekk il-persuna legali jew naturali li jkollha ċ-ċertifikat tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu;
"
iv)
għandhom jiżdiedu il-punti (k) u (l) li ġejjin:"
k)
għal kull inġenju ta" l-ajru bil-permess li jtir huwa meħtieġ għal titjira waħda waħidha, li jistabbilixxi l-limitazzjonijiet xierqa;
l)
toħroġ permessi ta" titjir lil inġenji ta" l-ajru meta tali permessi jkunu meħtieġa biex issir sensiela ta" titjiriet.
"
b)
il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
fil-punt (b), punt (ii) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
ii)
organizzazzjonijiet ta" produzzjoni u manutenzjoni li jinsabu fit-territorju ta" l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew
"
ii)
il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
c)
temenda, tissospendi u tirrevoka ċ-ċertifikat ta" l-organizzazzjoni relevanti meta l-kundizzjonijiet li taħthom ikun maħruġ mill-Aġenzija ma jibqgħux jiġu sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu.
"
(16) L-Artikoli 15a u 15b li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 15:
tagħmel, hija stess jew permezz ta" awtoritajiet ta" l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati nazzjonali, spezzjonijiet u verifiki ta" l-organizzazzjonijiet u korpi ta" valutazzjoni li hi tiċċertifika;
b)
toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta":
i)
organizzazzjonijiet ta" taħriġ ta" staff u ċentri aeromediċi li jinsabu fit-territorju ta" l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew
ii)
organizzazzjonijiet ta" taħriġ ta" staff u ċentri aeromediċi li jinsabu barra t-territorju ta" l-Istati Membri; jew
iii)
korpi ta" valutazzjoni jekk jintalbu minn korpi bħal dawn;
c)
temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti ta" l-organizzazzjoni meta l-kundizzjonijiet li taħthom ikun inħareġ mill-Aġenzija ma jkunux baqgħu jiġu sodisfatti, jew jekk il-persuna legali jew naturali li jkollha iċ-ċertifikat tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu.
tagħmel, hija stess jew permezz ta" l-awtoritajiet ta" l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati nazzjonali, spezzjonijiet tekniċi ta" apparati li hija tkun iċċertifikat;
b)
toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta
i)
apparati sintetiċi ta" taħriġ fit-titjir użati minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ iċċertifikati mill-Aġenzija; jew
ii)
apparati sintetiċi ta" taħriġ fit-titjir li jinsabu fit-territorju ta" l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru kkonċernat; jew
iii)
apparati sintetiċi ta" taħriġ fit-titjir li jinsabu barra t-territorju ta" l-Istati Membri;
c)
temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti meta l-kundizzjonijiet li taħthom ikun maħruġ mill-Aġenzija ma jkunux baqgħu jiġu sodisfatti, jew jekk il-persuna legali jew naturali li jkollha ċ-ċertifikat tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu.
Artikolu 15b
Ċertifikazzjoni ta" l-Operaturi ta" l-Ajru
1. Fir-rigward ta" l-operaturi li jiżvolġu operazzjonijiet kummerċjali, l-Aġenzija għandha:
a)
tagħmel, hija stess jew permezz ta" awtoritajiet ta" l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati nazzjonali, spezzjonijiet u verifiki ta" l-operaturi li tiċċertifika;
b)
toħroġ u ġġedded iċ-ċertifikati ta":
i)
operaturi li jinsabu fit-territorju ta" l-Istati Membri, jekk mitluba mill-Istat Membru ikkonċernat; jew
ii)
operaturi li jinsabu barra t-territorju ta" l-Istati Membri, ħlief jekk Stat Membru jagħmel il-funzjonijiet u x-xogħol ta" l-Istat ta" l-operatur għal dawn l-operaturi;
c)
temenda, tillimita, tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti ta" l-operatur meta l-kundizzjonijiet li fuqhom ikun inħareġ mill-Aġenzija ma jibqgħux jiġu sodisfatti, jew jekk l-organizzazzjoni kkonċernata tonqos milli tissodisfa l-obbligi imposti fuqha minn dan ir-Regolament jew ir-regoli tat-twettiq tiegħu.
2. L-Aġenzija tista" tordna permezz ta" direttiva operazzjonali li operazzjoni għandha tkun ipprojbita, limitata jew suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess ta" operazzjonijiet sikuri.
3. Fir-rigward ta" limitazzjoni ta" ħin tat-titjir, l-Aġenzija għandha:
a)
toħroġ l-ispeċifikazzjonijiet ta" ċertifikazzjoni applikabbli biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali u, kif jixraq, ir-regoli tat-twettiq relatati. B'mod partikulari fir-rigward ta" trasport kummerċjali bl-ajruplan, sakemm iseħħ l-adozzjoni tar-regoli tat-twettiq relatati msemmija fl-Artikolu 6b(5), l-Aġenzija għandha toħroġ l-ispeċifikazzjonijiet ta" ċertifikazzjoni applikabbli biex tiżgura l-konformità mas-Subparti Q ta" l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.
b)
tapprova skemi individwali ta" speċifikazzjoni ta" ħin tat-titjir meta tali skemi ma jkunux jistgħu jiġu approvati taħt speċifikazzjoni ta" ċertifikazzjoni applikabbli.".
"
(17) Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
"
1. L-Aġenzija għandha tagħmel spezzjonijiet ta" standardizzazzjoni fl-oqsma koperti mill-Artikolu 1(1), sabiex timmonitorja l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta" dan ir-Regolament u tar-regoli tat-twettiq tiegħu, u għandha tirrapporta lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha tagħmel investigazzjonijiet tekniċi ta" intrapriżi sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu wara li tikkunsidra l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
"
(18)Għandu jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:
"
Artikolu 16a
Multi
1.Meta tkun qed tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(c), l-Aġenzija tista":
a)
timponi multi fuq il-persuni u fuq l-impriżi li tkun ħarġitilhom ċertifikat hi stess fejn, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ikunu nkisru d-dispożizzjoni ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu;
b)
timponi, fuq il-persuni u fuq l-impriżi li tkun ħarġitilhom ċertifikat hi stess, ħlasijiet penali perjodiċi, ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sabiex iġġiegħlhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament jew tar-regoli tat-twettiq tiegħu.
2.Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika tad-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat, filwaqt li jingħata kas partikulari tal-punt safejn is-sikurezza tkun ġiet kompromessa.
3.Deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu ta" natura ta' liġi kriminali.
4.L-ammont tal-multi u ta' ħlasijiet penali perjodiċi miġbura mill-Aġenzija għandu jitnaqqas mill-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1)a.
5.Il-Kummissjoni għandha tadotta, b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3), ir-regoli għat-twettiq ta" dan l-Artikolu, u tispeċifika b'mod partikulari:
a)
id-dispożizzjonijiet tar-regoli tat-twettiq li l-ksur tagħhom għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni ta" multa u ta" ħlas penali perjodiku;
b)
l-ammont massimu ta" multi u ħlasijiet penali perjodiċi;
c)
il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta" multi u ħlasijiet penali perjodiċi, inklużi l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont.
6.Meta tistabbilixxi l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont tal-multi u tal-ħlasijiet ta' penali perjodiċi, il-Kummissjoni għandha tagħti kas tad-dħul tal-persuni u ta" l-impriżi li fuqhom jiġu imposti.
"
(19) Fl-Artikolu 18(2), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:
"
Arranġamenti ta" ħidma għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità u għandhom jikkunsidraw sew il-politika barranija tal-Komunità fil-konfront ta" pajjiżi terzi. Huma għandhom ikunu rċevew l-approvazzjoni tal-Kummissjoni minn qabel.
"
(20)Fl-Artikolu 20 għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
"
1a L-Artikolu 12(2)(e) u l-Artikolu 82(3)(e) tal-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta" aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej m'għandhomx japplikaw qabel 36 xahar wara d-data tar-reklutaġġ tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali.
"
(21) Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(
a) il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
b)
jadotta r-rapport annwali ġenerali fuq l-attivitajiet ta" l-Aġenzija u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-15 ta" Ġunju lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti ta" l-Awdituri u l-Istati Membri; u waqt li jaġixxi f'isem l-Aġenzija, għandu jibgħat kull sena lill-awtorità tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta" valutazzjoni u b'mod partikulari informazzjoni b'rabta ma' l-effetti jew mal-konsegwenzi ta' bidliet fid-dmirijiet attribwiti lill-Aġenzija;
"
(
b) il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
c)
qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddiha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; dan il-programm ta' ħidma għandu jkun adottat minghajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Komunità u l-programm leġiżlattiv tal-Komunità f'oqsma rilevanti tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni; l-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mehmuża mal-programm ta" ħidma ta" l-Aġenzija adottat;
"
(
c) il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
d)
tadotta linji ta" gwida għall-allokazzjoni ta" xogħlijiet ta" ċertifikazzjoni lil awtoritajiet ta" l-avjazzjoni u entitajiet kwalifikati bi ftehim mal-Kummissjoni;
"
( 22) l-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni li għandhom jintgħażlu skond l-esperjenza rikonoxxuta tagħhom fil-qasam ta" l-avjazzjoni ċivili u skond il-kapaċitajiet maniġerjali tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kunsill, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jaħtar rappreżentant minn kull Stat Membru kif ukoll sostitut sabiex jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha u li m'għandux ikun involut fl-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament u tar-regoli adottati għat-twettiq tiegħu. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll ir-rappreżentant tagħha u s-sostitut. Il-mandat għandu jkun ta" ħames snin. Dan il-mandat se jkun jista" jiġġedded."
b)
għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:" 3. Fl-interess tat-trasparenza, erba" rappreżentanti tal-partijiet interessati għandhom ikunu fuq il-Bord Maniġerjali, bħala osservaturi. Huma għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost lista stabbilita mill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 24(4), u jirrappreżentaw, bl-aktar mod wiesa" possibbli, il-partijiet differenti rrappreżentati f'dan il-korp konsultattiv. Il-mandat tagħhom għandu jkun ta" tletin xahar, u tista" tiġi mġedda darba."
(23) L-Artikolu 26(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
2. Il-mandat taċ-Chairperson u tal-Viċi Chairperson għandhom jiskadu meta tispiċċa is-sħubija rispettiva tagħhom fil-Bord Maniġerjali. Bla ħsara għal din id-dispożizzjoni, it-tul tal-mandat taċ-Chairperson jew tad-Deputat Chairperson għandu jkun ta' tliet snin. Dawn il-mandati jistgħu jiġġeddu darba.
"
(24) L-Artikolu 28(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
2. Kull membru nominatskond l-Artikolu 25(1) għandu jkollu vot wieħed. Ir-rappreżentant mill-Kummissjoni għandu jkollu numru totali ta" voti ugwali għal 25% tan-numru ta" membri maħtura mill-Kunsill. La r-rappreżentanti tal-partijiet interessati u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija m'għandhom jivvutaw. Fl-assenza ta" membru, is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu jew tagħha.
"
(25) L-Artikolu 29(3)għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
a)
sabiex japprova l-miżuri ta" l-Aġenzija kif imfisser fl-Artikolu 13 fil- limiti speċifikati minn dan ir-Regolament, ir-regoli tat-twettiq tiegħu u kull liġi applikabbli;
"
b)
il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
b)
sabiex torganizza spezzjonijiet u investigazzjonijiet kif provdut fl-Artikoli 45 u 46;
"
c)
għandhom jiżdiedu il-punti (k) u (l) li ġejjin:"
k)
sabiex tipprepara u twettaq il-programm annwali ta" xogħol;
l)
sabiex twieġeb għal talbiet għall-assistenza mill-Kummissjoni.
"
(26) L-Artikolu 30 għandu jiġi emendat kif ġej:
a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
1. Id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jinħatar fuq il-bażi ta' mertu u kompetenza u esperjenza dokumentati rilevanti għall-avjazzjoni ċivili, jew imkeċċi mill-Bord Maniġerjali fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu. Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista" jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet mingħand il-membri tiegħu, jew tagħhom.
"
(b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi għandu jkun ta" ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, il-mandat tagħhom jista" jiġi mġedded darba, għal perjodu ta" mhux aktar minn ħames snin. Fl-evalwazzjoni l-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari:
−
ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u l-mod kif dawn inkisbu;
−
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta" l-Aġenzija fis-snin li ġejjin.
"
(27) Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
1. Jista" jsir appell kontra deċiżjonijiet ta" l-Aġenzija li jkunu ttieħdu skond l-Artikoli 9a, 15, 15a, 15b, 46 jew 53.
"
(28) L-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
1. Jistgħu jinġiebu azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-annullament ta" atti magħmula mill-Aġenzija li jorbtu legalment lil partijiet terzi, minħabba nuqqas ta" azzjoni u għal danni kkaġunati mill-Aġenzija matul l-attivitajiet tagħha.
"
(b) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
2. Azzjonijiet għall-annullament ta" deċiżjonijiet ta" l-Aġenzija li jkunu ttieħdu skond l-Artikoli 9a, 15, 15a, 15b, 46 jew 53 jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biss wara li l-proċeduri kollha ta" appell ikunu ġew eżawriti.
"
(29) Fl-Artikolu 45, il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:
"
1. Bla preġudizzju għall-poteri ta" infurzar mogħtija mit-Trattat lill-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament u r-regoli tat-twettiq tiegħu, billi tagħmel spezzjonijiet ta" standardizzazzjoni ta" l-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri kif speċifikat fl-Artikolu 16(1). L-uffiċjali awtorizzati taħt dan ir-Regolament, f'koordinazzjoni ma" l-awtoritajiet nazzjonali, huma b'hekk mogħtija s-setgħa, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ta" l-Istat Membru ikkonċernat:
"
(30) L-Artikolu 46 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:" 1. Għall-fini ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 15, 15a u 15b, l-Aġenzija tista" tagħmel hija stess jew talloka lil awtoritajiet ta" l-avjazzjoni jew entitajiet kwalifikati nazzjonali, kull investigazzjoni neċessarja ta" intrapriżi kif speċifikat fl-Artikolu 16(2). Investigazzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali ta' l-Istati Membri fejn għandhom isiru. Għal dak il-għan, il-persuni awtorizzati taħt dan ir-Regolament għandhom is-setgħa:"
b)
għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:" 1a. Għall-fini ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 9a, l-Aġenzija tista" tagħmel hija stess jew talloka lil awtoritajiet ta" l-avjazzjoni nazzjonali kull investigazzjoni neċessarja ta" entitajiet kwalifikati kif speċifikat fl-Artikolu 16(2)."
(31) L-Artikoli 46a u 46b li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 46:
"
Artikolu 46a
Programm annwali ta" ħidma
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta" xogħol tagħha. Għandu jindika b'mod ċar liema mandati u liema dmirijiet ta' l-Aġenzija żdiedu, inbidlu jew tneħħew meta mqabbla mas-sena ta' qabel.
Il-preżentazzjoni tal-programm annwali ta" xogħol għandu jkun ibbażat fuq il-metodoloġija żviluppata mill-Kummissjoni bħala parti minn Maniġment Ibbażat fuq l-Attività.
Artikolu 46b
Rapport ġenerali annwali
Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun wettqet il-programm annwali ta" xogħol tagħha. Għandu jiddeskrivi b'mod ċar kwalunkwe effetti jew konsegwenzi ta' bidliet fil-biċċiet ta' xogħol attribwiti lill-Aġenzija.
Ir-rapport għandu jagħti deskrizzjoni qasira ta" l-attivitajiet li tkun għamlet l-Aġenzija u jevalwa r-riżultati fil-konfront ta" l-għanijiet u l-iskedi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma" l-attivitajiet li jkunu saru, u l-użu tar-riżorsi u l-operat ġenerali ta" l-Aġenzija.
"
(32) Fl-Artikolu 47, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
"
6. L-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija skond dan ir-Regolament għandha tkun suġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-18 ta" Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data*.
-- ---------------------
*ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.
"
(33) L-Artikolu 48 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
1. Id-dħul finanzjarju ta" l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
a)
kontribuzzjoni mill-Komunità;
b)
kontribuzzjoni minn kull pajjiż terz Ewropew li miegħu il-Komunità kkonkludiet ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 55;
c)
il-drittijiet imħallsa mill-applikanti għal, u detenturi ta", ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija;
d)
ħlasijiet mitluba għall-pubblikazzjonijiet, taħriġ u kwalunkwe servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija.
L-Aġenzija ma tista" tirċievi l-ebda kontribuzzjoni finanzjarji minn Stati Membri, pajjiżi terzi u entitajiet oħra.
"
(b)
Għandu jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:" 5a. Il-baġit għal attivitajiet regolatorji u l-ħlasijiat iffissati u miġbura għal attivitajiet ta" ċertifikazzjoni għandhom jiġu deċiżi separatament u indirizzati separatament fil-baġit ta" l-Aġenzija."
(34)Fl-Artikolu 53, il-paragrafi minn 2 sa 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
"
2.Ir-regolament dwar il-ħlasijiet u l-piżijiet għandu jiddetermina b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 48(1) (c) u (d) huma dovuti, l-ammont ta" ħlasijiet u piżijiet u l-mod ta" kif għandhom jitħallsu.
3.Il-ħlasijiet u piżijiet għandhom jiġu imposti:
a)
għall-ħruġ u t-tiġdid ta" ċertifikati, kif ukoll il-funzjonijiet relatati ta' kontroll kontinwu ta' organizzazzjonijiet, ħlief għal dak li għandu x'jaqsam ma" li l-prodotti jkunu kontinwament tajbin għat-tajran;
b)
għall-forniment ta" servizzi; għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta" kull forniment individwali;
c)
għall-ipproċessar ta" appelli.
Il-ħlasijiet u l-piżijiet kollha għandhom ikunu espressi, u jitħallsu, f'euro.
4.L-ammont ta" ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffissat f'livell tali li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-pinċipju biżżejjed biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija.
(35) L-Artikolu 56(3)għandu jinbidel b'dan li ġej:
Drittijiet għal ċertifikazzjoni tat-tip u ħlasijiat oħra m'għandhomx ikunu sproporzonalment ogħla minn qabel ma ġiet stabbilita l-Aġenzija.
"
(36) L-Anness II għandu jinbidel bit-test imniżżel fil-punt (1) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.
(37) Għandhom jiżdiedu l-Annessi III, IV u V, kif jidhru fil-punt (2) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.
IL-KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 2
Revoka
1. Id-Direttiva 91/670/KEE għandha tkun imħassra b'effett mid-dħul fis-seħħ tar-regoli tat-twettiq imsemmija fl-Artikolu 6a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.
3. Id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002għandhom japplikaw għal prodotti, parts u attrezzaturi, organizzazzjonijiet u persuni li ċ-ċertifikazzjoni tagħhom saret, jew hija rikonoxxuta, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/670/KEE u l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
(1) L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
ANNESS II
Inġenji ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 4(2)
Inġenji ta" l-ajru li għalihom ma japplikawx l-Artikoli 4(1), (1a) u (1b) huma inġenji ta" l-ajru li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji ta" dan l-Anness imniżżla hawn taħt:
a)
inġenji ta" l-ajru storiċi li jissodisfaw il-kriterji ta" hawn taħt:
i)
inġenji ta" l-ajru mhux kumplessi li:
-
id-disinn inizjali tagħhom kien stabbilit qabel l-1.1.1955 u
-
il-produzzjoni tagħhom twaqqfet qabel l-1.1.1975.
jew
ii)
inġenji ta" l-ajru li għandhom relevanza storika ċara, relatata ma":
-
parteċipazzjoni f'avveniment storiku denju ta" nota; jew
-
pass ewlieni fl-iżvilupp ta" l-avjazzjoni; jew
-
rwol prinċipali fil-forzi armati ta" Stat Membru.
b)
inġenji ta" l-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għar-riċerka, u għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, u x'aktarx prodotti f'numri limitati ħafna;
c)
inġenji ta" l-ajru li ta" l-inqas 51 % minnhom inbena minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta" dilettanti mhux għal profitt, għall-iskopijiet tagħhom u mingħajr ebda għan kummerċjali;
d)
inġenji ta" l-ajru li kienu fis-servizz ta" forzi militari, ħlief jekk l-inġenji ta" l-ajru huma ta" tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard ta" disinn;
e)
ajruplani, ħelikopters u paraxuts mekkanizzati li m'għandhomx aktar minn żewġ postijiet, u massa tal-tlugħ massima (MTOM), kif irrekordjata mill-Istati Membri, ta" mhux aktar minn:
i)
300 kg għal ajruplan/ħelikopter ta" l-art, b'post wieħed; jew
ii)
450 kg għal ajruplan/ħelikopter ta" l-art, b'żewġ postijiet; jew
iii)
330 kg għal anfibju jew ajruplan li jżomm f'wiċċ l-ilma/ħelikopter b'post wieħed; jew
iv)
495 kg għal anfibju jew ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma b'żewġ postijiet, sakemm, meta jopera kemm bħala ajruplan/ħelikopter li jżomm f'wiċċ l-ilma u kemm bħala ajruplan/ħelikopter ta" l-art, jaqa" taħt iż-żewġ limiti ta" l-MTOM, kif jixraq;
v)
472,5 kg għal ajruplan ta" l-art, b'żewġ postijiet mgħammar b'sistema ta" paraxut ta" rkupru totali mmuntata fuq l-airframe;
vi)
315 kg għal ajruplan ta" l-art, ta" post wieħed mgħammar b'sistema ta" paraxut ta" rkupru totali mmuntat fuq l-airframe;
vii)
600 kg għall-inġenji ta' l-ajru żgħar għal operazzjonijiet mhux kummerċjali;
u, għal ajruplani, li jkollhom veloċità stall jew veloċità minima f'titjir kostanti fil-konfigurazzjoni ta" l-inżul li ma teċċedix 35 knot veloċità fl-ajru kalibrata (CAS);
f)
ġiroplani b'post wieħed jew żewġ postijiet b'massa tat-tlugħ massima li ma teċċedix 560 kg;
g)
glajders b'massa vojta massima, ta" inqas minn 80kg meta jkunu ta" post wieħed jew 100 kg meta ta" żewġ postijiet, inklużi dawk li huma mtajra bis-saqajn;
h)
repliki ta" inġenji ta" l-ajru li jissodisfaw il-kriterji ta" (a) jew (d) ta" hawn fuq, li d-disinn strutturali tagħhom huwa bħal dak ta" l-inġenji ta" l-ajru oriġinali;
i)
inġenji ta" l-ajru mtajra bla ekwipaġġ b'massa ta" operazzjoni ta" inqas minn 150 kg;
j)
kwalunkwe inġenju ta" l-ajru ieħor li għandu massa vojta massima, fjuwil inkluż, ta" inqas minn 70 kg.
"
(2) L-Annessi III, IV u V li ġejjin għandhom jiżdiedu mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002:
1.a.1. Persuna li titħarreġ biex ittajjar inġenju ta" l-ajru trid tkun matura biżżejjed fl-edukazzjoni, fiżikament u mentalment biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika relevanti.
1.b. Għarfien Teoretiku
1.b.1. Bdot irid jikseb u jżomm livell xieraq ta" għarfien tal-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenji ta" l-ajru u proporzjonat mar-riskji marbuta mat-tip ta" attività. Tali għarfien irid jinkludi minn mill-anqas dan li ġej:
i)
il-liġi ta" l-ajru;
ii)
għarfien ġenerali dwar l-inġenji ta" l-ajru;
iii)
materji tekniċi relatati mal-kategorija ta" l-inġenji ta" l-ajru;
1.c.1. Il-ksib u ż-żamma ta" għarfien teoretiku jrid jintwera permezz ta" valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, u fejn hu xieraq, permezz ta" eżamijiet.
1.c.2. Għandu jinżamm livell xieraq ta" kompetenza fl-għarfien teoretiku. Il-konformità trid tintwera permezz ta" valutazzjonijiet regolari, eżamijiet, testijiet jew kontrolli. Il-frekwenza ta" l-eżamijiet, testijiet jew kontrolli trid tkun proporzjonata mal-livell ta" riskju assoċjat ma" l-attività.
1.d. Ħila prattika
1.d.1. Bdot irid jikseb u jżomm livell xieraq ta" ħiliet prattiċi fil-funzjonijiet tiegħu/tagħha fuq l-inġenji ta" l-ajru. Tali ħiliet iridu jkunu proporzjonati mar-riskji marbuta mat-tip ta" attività u jridu jkopru, jekk jgħoddu għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenji ta" l-ajru, dan li ġej:
i)
attivitajiet ta" qabel u waqt it-titjira, inkluża l-prestazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru, determinazzjoni tal-massa u l-bilanċ, spezzjoni u manutenzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru, ippjanar ta" fjuwil, għarfien dwar it-temp, ippjanar tar-rotta, restrizzjonijiet ta" l-ispazju ta" l-ajru u disponibbiltà ta" runway;
ii)
l-operat ta" ajrudrom u operazzjoni ta" patterns tat-traffiku;
iii)
il-prekawzjonijiet u proċeduri biex jiġu evitati kolliżjonijiet;
iv)
kontroll ta" l-inġenji ta" l-ajru permezz ta" referenza viżiva esterna;
v)
manuvri tat-titjir, inklużi dawk f'sitwazzjonijiet kritiċi, u l-manuvri "upset" assoċjati, kif teknikament possibbli;
vi)
tlugħ u nżul normali u f'riħ laterali;
vii)
titjir b'riferiment biss għal strumenti, skond kif japplika għat-tip ta" attività;
viii)
proċeduri operazzjonali, inklużi ħiliet bħala parti minn tim u mmanniġjar ta" riżorsi, kif applikabbli għat-tip ta" operazzjoni, kemm jekk b'ekwipaġġ ta" wieħed u kemm jekk ta" iktar;
ix)
navigazzjoni u twettiq ta" regoli ta" l-ajru u proċeduri relatati, bl-użu kif jixraq, ta" riferiment viżiv jew għajnuniet ta" navigazzjoni;
konformità ma" proċeduri tas-servizzi tat-traffiku ta" l-ajru u komunikazzjoni;
xii)
aspetti speċifiċi ta" tipi jew klassi ta" inġenji ta" l-ajru; u
xiii)
taħriġ addizzjonali f'ħiliet prattiċi li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji marbuta ma" attivitajiet speċifiċi.
1.e. Turija u żamma ta" ħila prattika
1.e.1. Bdot irid juri l-kapaċità li jesegwixxi l-proċeduri u l-manuvri f'livell ta" kompetenza xieraq skond il-funzjonijiet eżerċitati fl-inġenji ta" l-ajru, billi:
i)
jopera l-inġenji ta" l-ajru fil-limiti tagħhom;
ii)
jesegwixxi l-manuvri kollha mingħajr intoppi u b'eżattezza;
iii)
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila għall-ajru;
iv)
japplika għarfien aeronawtiku; u
v)
jżomm kontroll ta" l-inġenji ta" l-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta" proċedura jew manuvra jkun żgurat.
1.e.2. Irid jinżamm livell xieraq ta" kompetenza f'ħiliet prattiċi. Il-konformità trid tintwera permezz ta" valutazzjonijiet regolari, eżamijiet, testijiet jew kontrolli. Il-frekwenza ta" l-eżamijiet, testijiet jew kontrolli trid tkun proporzjonata mal-livell ta" riskju marbut ma" l-attività.
1.f. Profiċjenza fil-lingwa
Ħlief fejn ir-riskju tas-sikurezza relatat jista" jiġi mnaqqas b'mezzi oħra, bdot irid ikun wera profiċjenza fl-Ingliż, li trid tinkludi:
i)
l-abbiltà li jifhem id-dokumenti ta" informazzjoni dwar it-temp;
ii)
l-użu ta" mapep aeornawtiċi ta" waqt ir-rotta, tluq u avviċinament u dokumenti ta" informazzjoni aeronawtika marbuta magħhom; u
iii)
l-abbiltà li jikkomunika ma" l-ekwipaġġ l-ieħor tat-titjira u mas-servizzi ta" navigazzjoni fl-ajru bl-Ingliż matul il-fażijiet kollha tat-titjira, inkluża l-preparazzjoni għat-titjira.
1.g. Apparati sintetiċi ta" taħriġ fit-titjir
Meta apparat sintetiku ta" taħriġ fit-titjir (FSTD) jintuża għat-taħriġ, jew biex jintwera li tkun inkisbet jew inżammet ħila prattika, dan l-FSTD irid ikun kwalifikat f'livell partikulari ta" prestazzjoni f'dawk l-oqsma, li huma relevanti għall-esekuzzjoni ta" l-azzjoni kkonċernata. B'mod partikulari, ir-replikazzjoni tal-konfigurazzjoni, kwalitajiet ta" maniġġjar, prestazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru, u l-imġiba tas-sistemi jridu jirrappreżentaw b'mod adegwat l-inġenji ta" l-ajru.
1.h. Kors ta" taħriġ
1.h.1. It-taħriġ irid isir permezz ta" kors ta" taħriġ.
1.h.2. Kors ta" taħriġ irid jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
i)
irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta" kors ; u
ii)
il-kors ta" taħriġ irid ikun imqassem bejn għarfien teoretiku u tagħlim prattiku fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli.
1.i. Instuctors
1.i.1. Tagħlim teoretiku.
It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Huma jridu:
i)
ikollhom għarfien xieraq fil-qasem li fih ikun se jingħata t-tagħlim; u
ii)
ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta" tagħlim xierqa.
1.i.2. Tagħlim fit-titjir u titjir sintetiku.
Tagħlim fit-titjir u titjir sintetiku jrid jiġi mogħti minn għalliema kwalifikati kif jixraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
i)
ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta" għarfien teoretiku u esperjenza xierqa għat-tagħlim li jkun se jingħata;
ii)
ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta" tagħlim xierqa;
iii)
ikunu pprattikaw tekniki ta' tagħlim f'dawk il-manuvri u proċeduri tat-titjir li fihom hemm il-ħsieb li jipprovdi tagħlim fit-titjir;
iv)
ikunu wrew l-abbiltà li jgħallmu f'dawk l-oqsma li fihom ikun se jingħata t-tagħlim, inkluż it-tagħlim għal qabel it-titjira, wara titjira, u fuq l-art; u
v)
ikunu jirċievu taħriġ ta" aġġornament biex jiżguraw li l-istandard tal-kapaċità ta" għalliema jinżamm aġġornat.
Għalliema tat-titjir jridu wkoll ikunu awtorizzati li jagħmluha ta" kmandanti ta" l-inġenji ta" l-ajru li fuqhom ikun qed jingħata t-tagħlim, ħlief fil-każ ta" taħriġ fuq tipi ġodda ta" inġenji ta" l-ajru.
1.j. Eżaminaturi
1.j.1. Persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-kompetenza ta" bdoti jridu:
i)
jkunu jissodisfaw jew issodisfaw ir-rekwiżiti ta" għalliema tat-titjir;
ii)
ikunu kapaċi jivvalutaw prestazzjoni ta" bdot u jesegwixxu testijiet u kontrolli fuq titjira.
2. Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ
2.a. Rekwiżiti ta" Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ
2.a.1. Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi taħriġ għall-bdoti trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
i)
ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu ta" l-applikazzjoni tar-responsabbiltajiet assoċjati ma" l-attività tagħha. Dawn il-mezzi jinkludu, imma mhux limitati għal, dawn li ġejjin : faċilitajiet, staff, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tax-xogħlijiet, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data relevanti u żamma ta" rekords;
ii)
twettaq u żżomm sistema ta" maniġment relatata mas-sikurezza u l-istandard ta" taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta" din is-sistema; u
iii)
twaqqaf arranġamenti ma" organizzazzjonijiet relevanti oħra, skond il-ħtieġa, biex tiżgura konformità kontinwa mar-rekwiżiti t'hawn fuq.
3. Stat mediku tajjeb
3.a. Kriterji mediċi
3.a.1. Il-bdoti kollha jridu perjodikament juru stat mediku tajjeb biżżejjed biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, f'konsiderazzjoni tat-tip ta" attività. Il-konformità trid tintwera permezz ta" valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika aeromedika, f'konsiderazzjoni tat-tip ta" attività u l-possibbiltà ta" degradazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età.
Stat mediku tajjeb, li hu kompost minn stat fiżiku u mentali tajjeb, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta" mard jew diżabbiltà, li jirrendu l-bdot inkapaċi:
i)
li jesegwixxi x-xogħol neċessarju biex jopera inġenji ta" l-ajru; jew
ii)
li jesegwixxi doveri assenjati f'kull ħin; jew
iii)
li jagħraf/tagħraf korrettament l-ambjent tiegħu/tagħha.
3.a.2. Fejn l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista" jintwera b'mod sħiħ, jistgħu jitwettqu miżuri ta" mitigazzjoni li jipprovdu għal sikurezza ekwivalenti fit-titjir.
3.b. Eżaminaturi Aeromediċi
3.b.1. Eżaminatur aeromediku jrid:
i)
ikun kwalifikat u liċenzjat fil-prattika tal-mediċina;
ii)
ikun irċieva taħriġ fil-mediċina ta" l-avjazzjoni u taħriġ ta" aġġornament regolari fil-mediċina ta" l-avjazzjoni biex jiżgura li l-istandards ta" dik il-valutazzjoni jinżammu;
iii)
ikun kiseb għarfien prattiku u esperjenza tal-kundizzjonijiet li fihom il-bdoti jaqdu dmirijiethom.
3.c.
Ċentri aeromediċi
3.c.1. Ċentri aeromediċi jridu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
i)
ikollhom il-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu ta" l-applikazzjoni tar-responsabbiltajiet marbuta ma" l-attività tagħhom. Dawn il-mezzi jinkludu, imma mhux limitati għal, dawn li ġejjin : faċilitajiet, staff, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni ta" xogħlijiet, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data relevanti u żamma ta" rekords;
ii)
jimplementaw u jżommu sistema ta" maniġment relatata mas-sikurezza u l-istandard ta" taħriġ, u jimmiraw għal titjib kontinwu ta" din is-sistema;
iii)
iwaqqfu arranġamenti ma" organizzazzjonijiet oħra relevanti, skond il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma" dawn ir-rekwiżiti.
ANNESS IV
Rekwiżiti essenzjali għal operazzjonijiet ta" l-ajru msemmija fl-Artikolu 6b
1. Ġenerali
1.a. Titjira m'għandhiex issir jekk il-membri ta" l-ekwipaġġ u, kif ikun xieraq, l-istaff ta" l-operazzjonijiet l-ieħor kollu involut fil-preparazzjoni u l-esekuzzjoni tagħha ma jkunux familjari mal-liġijiet, Regolamenti u proċeduri applikabbli, relevanti għall-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajruporti li ppjanaw li jużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom.
1.b. Titjira trid issir b'tali mod li jiġu segwiti l-proċeduri operazzjonali speċifikati fil-Manwal tat-Titjir jew, fejn meħtieġ il-Manwal ta" l-Operazzjonijiet, għall- preparazzjoni u l-esekuzzjoni tat-titjira. Biex dan ikun faċilitat, sistema ta" lista ta" kontroll trid tkun disponibbli għall-użu, kif jixraq, mill-membri ta" l-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha ta" l-operazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru taħt kundizzjonijiet u sitwazzjonijiet normali, anormali u ta" emerġenza. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għal kwalunkwe sitwazzjoni ta" emerġenza raġonevolment prevedibbli.
1.c. Qabel kull titjira, ir-rwoli u d-dmirijiet ta" kull membru ta" l-ekwipaġġ għandhom jiġu ddefiniti. Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli għall-operazzjoni u s-sikurezza ta" l-inġenji ta" l-ajru u għas-sikurezza tal-membri ta" l-ekwipaġġ, passiġġieri u merkanzija kollha abbord.
1.d. Oġġetti u sustanzi, li jistgħu jikkawżaw riskji sinifikanti għas-saħħa, sikurezza, proprjetà jew l-ambjent, bħalma huma oġġetti perikolużi, armi u munizzjon, m'għandhomx ikunu trasportati fuq l-ebda ajruplan, ħlief jekk proċeduri u istruzzjonijiet speċifiċi ta" sikurezza jkunu ġew applikati biex jitnaqqsu r-riskji relatati.
1.e. Kull data, dokumenti, rekords u informazzjoni neċessarja għall-irrekordjar tat-tħaris tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.c iridu jinżammu għal kull titjira u jibqgħu disponibbli għal perjodu minimu ta" żmien kompattibbli mat-tip ta" operazzjoni.
2. Preparazzjoni għat-titjira
2.a. Titjira m'għandhiex tibda jekk ma jiġix aċċertat b'kull mezz raġonevoli disponibbli li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2.a.1. Faċilitajiet adegwati direttament meħtieġa għat-titjira u għall-operazzjoni sikura ta" l-inġenji ta" l-ajru, inklużi faċilitajiet ta" komunikazzjoni u għajnuniet tan-navigazzjoni, huma disponibbli għall-esekuzzjoni tat-titjira, f'konsiderazzjoni tad-dokumentazzjoni AIS disponibbli.
2.a.2. L-ekwipaġġ għandu jkun familjari ma", u l-passiġġieri jkunu infurmati dwar, fejn jinsab/u u kif jintuża it-tagħmir ta" emerġenza relevanti. Informazzjoni suffiċjenti li tirrigwarda proċeduri ta" emerġenza u l-użu tat-tagħmir tas-sikurezza tal-kabina jrid isir disponibbli għall-ekwipaġġ u l-passiġġieri permezz ta" informazzjoni speċifikata.
2.a.3. Il-bdot fil-kmand irid ikun sodisfatt li:
i)
l-inġenju ta" l-ajru hu tajjeb għat-titjir skond kif stipulat fil-punt 6;
ii)
jekk meħtieġ, l-inġenju ta" l-ajru jkun irreġistrat kif suppost u li ċ-ċertifikati xierqa kollha fir-rigward tiegħu huma abbord l-inġenju ta" l-ajru;
iii)
strumenti u tagħmir meħtieġa għall-esekuzzjoni ta" dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju ta" l-ajru u huma operattivi kif stipulat fil-punt 5, jekk ma jkunx eżenti bis-saħħa ta" l-MEL jew dokument ekwivalenti applikabbli;
iv)
il-massa ta" l-inġenju ta" ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma b'tali mod li t-titjira tista" tiġi eżegwita fil-limiti msemmija fid-dokumentazzjoni ta" l-airworthiness;
v)
il-bagalji kollha fil-kabina, il-bagalji kollha fl-istiva u l-merkanzija huma mgħobbija kif suppost u sikuri; u
vi)
l-limiti ta" l-operazzjoni ta" l-inġenju ta" l-ajru kif stipulat fil-punt 4 ma jkunux maqbuża fl-ebda ħin matul it-titjira.
2.a.4. Informazzjoni li tirrigwarda l-kundizzjonijiet metereoloġiċi tat-tluq, destinazzjoni u, fejn applikabbli, ajruporti alternattivi, kif ukoll kundizzjonijiet għal waqt ir-rotta, għandhom ikunu disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil kundizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi.
2.a.5. Fil-każ ta" titjir f'kundizzjonijiet ta" silġ magħrufa jew mistennija, l-inġenju ta" l-ajru għandu jiġi ċċertifikat, mgħammar u/jew ittrattat biex jopera b'mod sikur f'kundizzjonijiet bħal dawn.
2.a.6. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir viżiv, il-kundizzjonijiet metereoloġiċi matul ir-rotta tat-titjira għandhom ikunu tali li jagħmlu l-konformità ma" dawn ir-regoli tat-titjir possibbli. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, destinazzjoni u, fejn hu applikabbli, ajruport(i) alternattiv(i) fejn l-inġenju ta" l-ajru jista" jinżel, għandhom jintgħażlu f'konsiderazzjoni b'mod partikulari tal-kundizzjonijiet metereoloġiċi mbassra, id-disponibbiltà ta" tagħmir tan-navigazzjoni fl-ajru, id-disponibbiltà ta" faċilitajiet ta" l-art u l-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti approvati mill-Istat fejn jinsab l-ajruport tad-destinazzjoni u/jew l-ajruport alternattiv.
2.a.7. L-ammont ta" fjuwil u żejt abbord għandu jkun biżżejjed biex jiżgura li t-titjira ppjanata tista" tiġi kkompletata fis-sikurezza, f'konsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet metereoloġiċi, kwalunkwe element li jaffettwa l-prestazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru u xi dewmien mistenni fit-titjira. Barra dan, riżerva ta" fjuwil trid tinġarr biex tipprovdi għal kontinġenzi. Proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira jridu jkunu stabbiliti meta meħtieġa.
3. Operazzjonijiet ta" titjir
3.a. Fir-rigward ta" operazzjonijiet ta" titjir, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin iridu jkunu sodisfatti:
3.a.1. Fil-konsiderazzjoni tat-tip ta" inġenji ta" l-ajru, waqt it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jkun meqjus neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, kull membru ta" l-ekwipaġġ għandu jkun bilqiegħda fl-istazzjon ta" l-ekwipaġġ u jrid juża s-sistemi ta" rażan ipprovduti, skond it-tip ta" l-inġenju ta" l-ajru.
3.a.2. Il-membri kollha ta" l-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa li jkunu xogħol fuq il-flight deck iridu jkunu u għandhom jibqgħu fl-istazzjon tagħhom, biċ-ċinturin tas-sikurezza maqful ħlief għall-bżonnijiet fiżjoloġiċi u operazzjonali.
3.a.3. Fil-konsiderazzjoni tat-tip ta" ingenju ta" l-ajru, qabel it-tlugħ u l-inżul, waqt it-taxiing u kull x'ħin iħoss il-bżonn fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li kull passiġġier jokkupa sit jew post ieħor biċ-ċinturin tas-sikurezza maqful kif suppost.
3.a.4. Titjira għandha ssir b'tali mod li tinżamm separazzjoni xierqa minn inġenji ta" l-ajru oħra u li jkun żgurat l-ispazju ħieles minn ostakli adegwat, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. Tali separazzjoni trid tkun minn ta" l-inqas dik stabbilità mir-regoli ta" l-ajru applikabbli.
3.a.5. Titjira m'għandhiex titkompla ħlief jekk il-kundizzjonijiet magħrufa jibqgħu jkunu minn ta" l-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt 2. Barra minn hekk, fil-każ ta" titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, avviċinament lejn ajruport m'għandux jitkompla taħt ċertu għoli speċifikat jew lil hinn minn ċerta pożizzjoni, jekk il-kriterji ta" viżibbiltà preskritti ma jkunux sodisfatti.
3.a.6. F'emerġenza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li l-passiġġieri kollha jingħataw istruzzjonijiet xierqa dwar l-azzjoni ta" emerġenza meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.
3.a.7. Il-bdot fil-kmand irid jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jimminimizza il-konsegwenzi fuq it-titjira ta" xi mġiba ta" passiġġieri li joħolqu l-inkwiet.
3.a.8. Inġenju ta" l-ajru m'għandux ikun taxied fuq l-erja tal-moviment ta" l-ajruport, jew ir-rotor tiegħu m'għandux ikun imħaddem, ħlief jekk il-persuna mal-kontrolli tkun kwalifikata kif jixraq.
3.a.9. Għandha tintuża l-proċedura applikabbli għall-ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira, fejn ikun relevanti.
4. Limitazzjonijiet ta" prestazzjoni u operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru
4.a. Inġenju ta" l-ajru għandu jkun operat skond id-dokumentazzjoni ta" l-airworthiness tiegħu u l-proċeduri operazzjonali u l-limitazzjonijiet kollha relatati kif stipulati fil-manwal tat-titjir tiegħu jew dokumentazzjoni ekwivalenti, skond il-każ. Il-manwal tat-titjir jew dokumentazzjoni ekwivalenti għandha tkun disponibbli għall-ekwipaġġ u miżmuma aġġornata għal kull inġenju ta" l-ajru.
4.b. L-inġenju ta" l-ajru għandu jkun operat skond id-dokumentazzjoni ta" l-ambjent applikabbli.
4.c. Titjira m'għandhiex tinbeda jew titkompla ħlief jekk il-prestazzjoni skedata ta" l-inġenju ta" l-ajru, f'konsiderazzjoni tal-fatturi kollha li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-prestazzjoni tiegħu, tippermetti li kull fażi tat-titjira tkunu esegwita fil-limiti tad-distanzi/erjas u l-spazju ħieles minn ostakli applikabbli għall-massa operattiva ppjanata. Il-fatturi ta" prestazzjoni li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tlugħ, il-vjaġġ u l-avviċinament/inżul huma, partikularment:
i)
proċeduri ta" operazzjoni;
ii)
pressjoni ta" l-altitudni ta" l-ajruport;
iii)
temperatura;
iv)
riħ;
v)
id-daqs, iż-żerżieq ta" l-art u l-kundizzjoni ta" l-erja tat-tlugħ/nżul; u
vi)
il-kundizzjoni ta" l-airframe, l-impjant ta" l-elettriċità jew is-sistemi, waqt li titqies il-possibbiltà ta" deterjorament.
4.c.1. Tali fatturi għandhom jiġu kkunsidrati direttament bħala parametri operazzjonali jew indirettament permezz ta" tolleranzi jew marġni, li jistgħu jiġu pprovduti fl-iskedar tad-data tal-prestazzjoni, kif applikabbli skond it-tip ta" operazzjoni.
5. Strumenti, data u tagħmir
5.a. Inġenju ta" l-ajru għandu jkun mgħammar b'kull tagħmir ta" navigazzjoni, komunikazzjoni u tagħmir ieħor neċessarju għat-titjira ppjanata, f'konsiderazzjoni tar-regolamenti tat-traffiku ta" l-ajru u r-regoli ta" l-ajru applikabbli waqt kull fażi tat-titjira.
5.b. Meta relevanti, inġenju ta" l-ajru għandu jkun mgħammar bit-tagħmir kollu ta" sikurezza, mediċina, evakwazzjoni u sopravivenza neċessarju, f'konsiderazzjoni tar-riskji marbuta ma" l-erjas ta" operazzjoni, ir-rotot tat-titjir, l-altitudni u t-tul tat-titjira.
5.c. Kull data meħtieġa mill-ekwipaġġ għall-esekuzzjoni tat-titjira għandha tkun aġġornata u disponibbli abbord l-inġenju ta" l-ajru f'konsiderazzjoni tar-regolamenti tat-traffiku ta" l-ajru, ir-regoli ta" l-ajru, l-altitudnijiet tat-titjir u l-erjas ta" operazzjoni applikabbli.
6. Kontinwità ta" l-Airworthiness
6.a. L-inġenju ta" l-ajru m'għandux jopera ħlief jekk:
i)
l-inġenju ta" l-ajru hu f'kundizzjoni tajba għat-titjir;
ii)
it-tagħmir operazzjonali u ta" emerġenza neċessarju għat-titjira ppjanata hu fi stat tajjeb biex jintuża;
iii)
id-dokument ta" l-airworthiness ta" l-inġenju ta" l-ajru huwa validu; u
iv)
il-manutenzjoni ta" l-inġenju ta" l-ajru ssir skond il-programm tal-manutenzjoni tiegħu.
6.b. Qabel kull titjira, l-inġenju ta" l-ajru għandu jiġi spezzjonat, permezz ta" kontroll ta" qabel it-titjira, sabiex ikun magħruf jekk hux tajjeb għat-titjira ppjanata.
6.c. Il-programm tal-manutenzjoni għandu jinkludi b'mod partikulari, ix-xogħlijiet u l-intervalli ta" manutenzjoni, speċjalment dawk li jkunu speċifikati bħala mandatorji fl-istruzzjonijiet għal kontinwità ta" l-airworthiness.
6.d. L-inġenju ta" l-ajru m'għandux ikun operat ħlief jekk tkun saritlu l-manutenzjoni u jkun ġie rilaxxat għas-servizz minn persuni jew organizzazzjonijiet kwalifikati għal dan ix-xogħol. Ir-rilaxx għas-servizz iffirmat irid ikun fih b'mod partikulari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni magħmula.
6.e. Ir-rekords kollha li juru l-airworthiness ta" l-inġenji ta" l-ajru għandhom jinżammu sakemm l-informazzjoni li jkun fihom tiġi sostitwita b'informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u d-dettall imma għal mhux inqas minn sena fil-każ ta" rekords ta" manutenzjoni dettaljati. Meta inġenju ta" l-ajru jiġi rtirat mis-servizz b'mod permanenti, japplika perjodu minimu ta" 90 ġurnata. Meta l-inġenju ta" l-ajru jinkera, ir-rekords kollha li juru l-airworthiness ta" l-inġenju ta" l-ajru għandhom jinżammu għallinqas għal tul il-kirja.
6.f. Il-modifikazzjonijiet u t-tiswijiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta" l-airworthiness. Id-data li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti ta" l-airworthiness għandha tinżamm.
7. Membri ta" l-ekwipaġġ
7.a. In-numru u l-kompożizzjoni ta" l-ekwipaġġ għandha tiġi ddeterminata f'konsiderazzjoni ta":
ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta" kompetenza biex jaqdu d-dmirijiet ta" sikurezza assenjati lilhom; u
ii)
issirilhom valutazzjoni perjodika ta" l-istat mediku tagħhom li turi jekk ikunux tajbin biżżejjed biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta" sikurezza. Il-konformità trid tintwera permezz ta" valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika aeromedika.
7.c. Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kull azzjoni xierqa biex jassigura l-operazzjoni u s-sikurezza ta" l-inġenji ta" l-ajru u tal-persuni u/jew proprjetà li jkun qed iġorr.
7.d. F'sitwazzjoni ta" emerġenza, li tipperikola l-operazzjoni jew is-sikurezza ta" l-inġenji ta" l-ajru u/jew il-persuni abbord, il-bdot fil-kmand għandu jieħu kwalunkwe azzjoni li huwa/hija jikkunsidra neċessarja fl-interess tas-sikurezza. Meta azzjoni bħal din tinvolvi ksur ta" regolamenti jew proċeduri lokali, il-bdot fil-kmand għandu jkollu r-responsabbiltà li jinnotifika lill-awtoritajiet lokali relevanti mingħajr dewmien.
7.e. M'għandhiex issir simulazzjoni ta" sitwazzjonijiet anormali ta" emerġenza waqt li jkunu qed jinġarru passiġġieri jew merkanzija.
7.f. L-ebda membru ta" l-ekwipaġġ m'għandu jħalli l-fakultà li jagħmel xogħlu/jieħu d-deċiżjonijiet tiddeterjora sa stat li fih is-sikurezza tat-titjira tiġi pperikolata minħabba l-effetti ta" l-għajja, akkumulazzjoni ta" għajja, nuqqas ta" rqad, numru ta" setturi ta" titjir, ħinijiet ta" bil-lejl, eċċ. Il-perjodi ta" mistrieħ għandhom ikunu twal biżżejjed biex jippermettu lill-membri ta" l-ekwipaġġ jirkupraw mill-effetti tad-dmirijiet preċedenti u jkunu mistrieħa sal-bidu tal-perjodu li jkun imiss ta" xogħol ta" titjir.
7.g. Membru ta" l-ekwipaġġ m'għandux jesegwixxi d-dmirijiet allokati lilu abbord inġenji ta" l-ajru meta jkun taħt l-influwenza ta" sustanzi psikoattivi jew l-alkoħol jew meta ma jkunx f'sikktu minħabba korriment, għajja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet oħra simili.
8. Rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru mħaddma b'magni kumplessi.
8.a. L-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u l-operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru mħaddma b'magni kumplessi m'għandhomx isiru jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
8.
a.1. l-operatur għandu jkollu direttament, jew indirettament permezz ta" kuntratti, l-mezzi neċessarji skond id-daqs u l-ambitu ta" l-operazzjonijiet. Dawn il-mezzi jinkludu imma m'humiex limitati għal dawn li ġejjin: inġenji ta" l-ajru, faċilitajiet, staff, tagħmir, dokumentazzjoni ta" xogħlijiet, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data relevanti u żamma ta" rekords.
8.
a.2. l-operatur għandu jutilizza biss staff kwalifikat u mħarreġ sew u jwettaq u jżomm programmi ta" taħriġ u kontrolli għall-membri ta" l-ekwipaġġ u staff ieħor relevanti.
8.
a.3. l-operatur għandu jistabbilixxi Lista ta" Tagħmir Minimu (MEL) jew dokument ekwivalenti, b'kunsiderazzjoni ta" dan li ġej:
i)
id-dokument għandu jipprovdi għall-fini ta" l-operazzjoni ta" l-inġenji ta" l-ajru, taħt kundizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikulari, lista ta" oġġetti ta" tagħmir jew funzjonijiet mhux operattivi fil-bidu tat-titjira;
ii)
id-dokument irid jiġi ppreparat għal kull inġenju ta" l-ajru individwali, f'konsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ta" operazzjoni u manutenzjoni relevanti ta" l-operatur; u
iii)
l-MEL għandha tkun ibbażata fuq il-Lista Master ta" Tagħmir Minimu (MMEL), jekk tkun disponibbli, u ma tridx tkun anqas restrittiva mill-MMEL;
8.
a.4. l-operatur għandu jwettaq u jżomm sistema maniġerjali biex jiżgura l-konformità ma" dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-operazzjonijiet u jimmira għal titjib kontinwu ta" din is-sistema; u
8.
a.5. l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm programm ta" prevenzjoni ta" aċċidenti u ta" sikurezza, inkluż programm għall-irrappurtar ta" l-okkorrenzi, li għandu jintuża mis-sistema maniġerjali sabiex tikkontribwixxi lejn l-għan ta" titjib kontinwu fis-sikurezza ta" l-operazzjonijiet.
8.b. L-operazzjoni għal skopijiet kummerċjali u l-operazzjoni ta" inġenji ta" l-ajru mħaddma b'magni kumplessi għandha ssir biss skond Manwal ta" l-Operazzjonijiet ta" operatur. Tali manwal għandu jinkludi l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha neċessarji għall-inġenji ta" l-ajru kollha mħaddma u għall-istaff ta" l-operazzjonijiet biex iwettqu dmirijiethom. Għandhom ikunu speċifikati t-tul ta" ħin tat-titjira, il-perjodi ta" xogħol waqt it-titjiriet u l-perjodi ta" mistrieħ għall-membri ta" l-ekwipaġġ. Il-Manwal ta" l-Operazzjonijiet u r-reviżjonijiet tiegħu għandhom ikunu konformi ma" Manwal tat-Titjir approvat u jiġu emendati skond il-ħtieġa.
8.c. L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri, kif inhu xieraq, biex jimminimizza l-konsegwenzi ta" imġiba diżordinata ta" passiġġieri fuq is-sikurezza ta" l-operazzjonijiet ta" titjir.
8.d. L-operatur għandu jiżviluppa u jżomm programmi tas-sikurezza adattati għall-inġenji ta" l-ajru u t-tip ta" operazzjoni li jkunu jinkludu partikularment:
lista ta" kontroll ta" proċedura ta" tfittxija fuq l-inġenji ta" l-ajru;
iii)
programmi ta" taħriġ;
iv)
il-protezzjoni tas-sistemi elettroniċi u tal-kompjuter biex ikun prevenzjoni ta" interferenza u korruzzjoni intenzjonata fis-sistemi; u
v)
rappurtar ta" atti illegali ta" interferenza.
Meta l-miżuri ta" sikurezza jistgħu jolqtu ħażin is-sikurezza ta" operazzjonijiet, ir-riskji jridu jiġu vvalutati u jridu jiġu żviluppati proċeduri xierqa biex inaqqsu r-riskji ta" sikurezza,dan jista" jirrikjedi l-użu ta" tagħmir speċjalizzat.
8.e. L-operatur għandu jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ ta" l-ajru bħala l-bdot fil-kmand.
8.f. Il-prevenzjoni ta" l-għajja għandha tiġi amministrata permezz ta" sistema ta" roster. Għal titjira jew serje ta" titjiriet, din is-sistema ta" roster trid tindirizza l-ħinijiet tat- titjir, il-ħinijiet ta" xogħol waqt it-titjir, xogħol u l-perjodi ta" mistrieħ adattati. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema tar-roster trid tikkunsidra l-fatturi kollha relevanti li jikkontribwixxu għall-għajja bħal m'huma, b'mod partikolari, numru ta" setturi tat-titjir, ittraversar ta" żoni ta" ħin, nuqqas ta" rqad, sfrattu taċ-ċikli bijoloġiċi ta" kull jum, sigħat bil-lejl, stazzjonar, akkumulazzjoni ta" ħinijiet ta" xogħol għal perjodi speċifiċi, kondiviżjoni ta" xogħlijiet allokati fost membri ta" l-ekwipaġġ, u wkoll il-provvediment ta" ekwipaġġi miżjuda.
8.g. Ix-xogħlijiet speċifikati fil-punt 6.a u dawk deskritti fil-punti 6.d. u 6.e. għandhom ikunu kkontrollati minn organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità ta" l-airworthiness li għandha tissodisfa, flimkien ma" dawk ir-rekwiżiti ta" l-Anness I fil-punt 3.a il-kundizzjonijiet li ġejjin:
i)
l-organizzazzjoni għandha tkun kwalifikata għall-manutenzjoni tal-prodotti, il-parts u l-attrezzaturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha jew tkun ikkonkludiet kuntratt ma" organizzazzjoni hekk kwalifikata għal dawn il-prodotti, parts u attrezzaturi; u
ii)
l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi manwal ta" l-organizzazzjoni li jipprovdi, għall-użu u l-gwida ta" l-istaff ikkonċernat, deskrizzjoni ta" kull proċedura ta" kontinwità ta" l-airworthiness ta" l-organizzazzjoni, inkluż meta japplika, deskrizzjoni ta" l-arranġamenti amministrattivi bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.
8.h.Ir-regoli tat-twettiq għar-rekwiżiti speċifikati taħt il-punti 8.a sa 8.f għandhom ikunu msejsa fuq evalwazzjoni tar-riskji u għandhom ikunu proporzjonali għall-iskala u għall-ambitu ta" l-operazzjoni.
1. L-entità, id-Direttur u l-istaff tagħha responsabbli għall-esekuzzjoni tal-kontrolli, ma jistgħux jinvolvu ruħhom, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, il-manifattura, il-promozzjoni ta" bejgħ jew il-manutenzjoni tal-prodotti, il-parts, l-attrezzaturi, kostitwenti jew sistemi jew fl-operazzjonijiet, il-provvediment ta" servizz jew l-użu tagħhom. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta" skambju ta" informazzjoni teknika bejn l-organizzazzjonijiet involuti u l-entità kwalifikata.
2. L-entità u l-istaff responsabbli għax-xogħlijiet ta" ċertifikazzjoni għandhom jesegwixxu d-dmirijiet tagħhom bl-akbar integrità professjonali possibbli u l-akbar kompetenza teknika possibbli u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikolari ta" natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom u r-riżultati ta" l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari minn persuni jew gruppi affettwati mir-riżultati tax-xogħlijiet ta" ċertifikazzjoni.
3. L-entità għandha timpjega staff u jkollha l-mezzi meħtieġa biex tesegwixxi adegwatament ix-xogħlijiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta" ċertifikazzjoni; għandu jkollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal kontrolli eċċezzjonali.
4. L-istaff responsabbli għall-investigazzjoni għandu jkollu:
—
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod;
—
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tax-xogħlijiet ta" ċertifikazzjoni li jwettaq u esperjenza adegwata ta" tali proċessi;
—
l-abbiltà meħtieġa biex jipprepara dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru li l-investigazzjonijiet ikunu ġew esegwiti.
5. L-imparzjalità ta" l-istaff investigattiv trid tiġi ggarantita. Ir-remunerazzjoni tagħhom ma tridx tkun tiddependi fuq in-numru ta" investigazzjonijiet magħmula jew fuq ir-riżultati ta" tali investigazzjonijiet.
6. L-entità għandha toħroġ polza ta" assigurazzjoni tar-responsabbiltà ħlief fejn ir-responsabbiltà tagħha tkun meħuda minn Stat Membru wieħed skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
7. L-istaff ta" l-entità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward ta" l-informazzjoni kollha li kisbet waqt l-esekuzzjoni ta" xogħolhom skond dan ir-Regolament.
1 Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-14 ta" Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta" lista Komunitarja ta" kumpaniji ta" l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta" operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta" l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p.15).
ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176).
Opinjoni ta" l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta" l-Ajru Nru 3/2004.
Kummerċjalizzazzjoni ta' laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar *
494k
98k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kummerċjalizzazzjjoni ta' laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar (COM(2006)0487 – C6-0330/2006 – 2006/0162(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0487)(1)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0330/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0006/2007),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 5
(5) Sabiex ikun jista' jittejjeb kif jaħdem is-suq waħdieni ikun jaqbel li tiġi organizzata l-kummercalizzazzjoni tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xaħar, hekk li din il-kummerċjalizzazzjoni tkun trasparenti kemm jista' jkun. Dan jippermetti organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni korrispondenti tiegħu. Biex dan iseħħ ikun jeħtieġ li tiġi ppreċiżata d-denominazzjonijiet tal-bejgħ li jridu jintużaw minn kull lingwa ta' l-Istati Membri fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam taċ-ċanga ta' mhux aktar minn tnax-il xaħar. B'hekk jittejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni.
(5) Sabiex ikun jista' jittejjeb it-tħaddim tas-suq waħdieni, ikun jaqbel li tiġi organizzata l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar, hekk li din il-kummerċjalizzazzjoni tkun trasparenti kemm jista' jkun. Dan jippermetti organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, ikun jeħtieġ li jiġu ppreċiżati d-denominazzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw f'kull lingwa ta' l-Istati Membri għall-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar jew ta' preparazzjonijiet ta' laħam li jinkisbu minnhom, maħsub għall-konsum tal-bniedem . Dan ittejjeb ukoll l-aċċess tal-konsumaturi għall-informazzjoni.
Emenda 2 Premessa 12
(12) Jeħtieġ ukoll li jkun hemm l-identifikazjoni bħala' laħam taċ-ċanga ta' mhux aktar minn tnax-il xagħar, skond l-ittra korrispondenti tal-kategorija ta' oriġini tagħhom, kif ukoll indikazzjoni ta' l-età ta' l-annimali meta nqatel, fuq it-tikketta li titwaħħal fuq dan il-laħam.
(12) Jeħtieġ ukoll li tkun disposta permezz ta' ittra li tirrapreżenta il-kategorija tagħhom, id-deskrizzjoni għall-bejgħ tagħhom u permezz ta' l-eta' ta' l-annimali meta nqatlu, li għandhom ikunu indikati fuq it-tikketti mwaħħla ma' dan il-laħam, l-identifikazjoni bħala laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru wkoll fid-dokumenti kummerċjali kollha.
Emenda 3 Premessa 13
(13) L-operaturi li jixtiequ jtemmu d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stabbilit fir-Regolament preżenti minn informazzjoni volontarja oħra, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) No 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqfu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u dwar l-ittikkettar tal-laħam u l-prodotti tal-laħam u t-tneħħija tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 820/97.
(13) Il-kummerċjanti li jixtiequ jissuplimentaw id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stabbilit f'dan ir-Regolament permezz ta' informazzjoni volontarja oħra, bħal per eżempju t-tip ta' għalf li intuża, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqfu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u dwar l-ittikkettar tal-laħam taċ-ċanga u l-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97.
Emenda 4 Premessa 14
(14) Sabiex ikun garantit l-użu korrett ta' informazzjoni fuq it-tikketta skond dan ir-Regolament, id-dejta li tagħmel possibbli l-korrettezza ta' l-informazzjoni fuq it-tikketta li għandha tkun ivverifikata, għandha tkun irrekordjata fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.
(14) Sabiex ikun żgurat l-użu korrett ta' l-informazzjoni fuq it-tikketta skond dan ir-Regolament, id-data li tiżgura l-opportunita' li tiġi verfikata l-korrettezza ta' l-informazzjoni fuq it-tikketta, għandha tkun irreġistrata fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni. Madanakollu, parti minn din l-informazzjoni tista' ma tingħatax fl-istadju meta l-prodott ikun fornut lill-konsumatur finali.
Emenda 5 Premessa 15a (ġdida)
(15a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema ta' penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dan ikun implimentat. Dawn il-penali għandhom ikunu proporzjonati iżda disważivi b'mod suffiċjenti. Jistgħu jvarjaw minn ittikkettar mill-ġdid jew mir-ritorn tal-prodotti saħansitra sal-qerda għal kollox tal-prodotti.
Emenda 6 Artikolu 1, paragrafu 1, subparagrafu 2
Dan għandu japplika għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, prodotti fil-Komunità jew impurtati minn pajjiżi terzi.
Dan għandu japplika għal-laħam ta' annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, maqtula wara .....*, sew jekk il-laħam ikunprodott fil-Komunità kif ukoll jekk ikun impurtat minn pajjiżi terzi.
___________ * Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 7 Artikolu 1, paragrafu 2
2. Ir-regolament preżenti japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 tal-Kunsill. ______________ ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3.
2. Dan ir-Regolament japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 ta' l-24 ta' Lulju 2006 dwar l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali ta' l-ifrat adulti. ______________ ĠU L 214, 4.8.2006, p. 1.
Emenda 8 Artikolu 1, paragrafu 3
3. Ir-regolament preżenti ma japplikax għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar li għandhom denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li kienet irreġistrata skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 510/2006.
3. Dan ir-regolament ma japplikax għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax -il xahar li għandhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li hija rreġistrata skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.
Emenda 9 Artikolu 2
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament "laħam" ifisser il-karkassi kollha, laħam bl-għadma jew mingħajra, imqatta' jew le miksuba minn l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, friski, iffrizati jew iffriżati f'temperatura iktar baxxa u rrilevanti minn jekk il-laħam hux ippakkjat jew le.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament "laħam" ifisser il-karkassi kollha, laħam bl-għadma jew mingħajr għadma, u l-ġewwieni, kemm jekk imqatta' kif ukoll jekk le, maħsuba għal konsum tal-bniedem, miksuba mill-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, li jkunu friski, iffrizati jew konġelati sew jekk ikunu mgeżżwra jew ippakkjati kif ukoll jekk le.. Dan ir-Regolament ser japplika wkoll għall-prodotti ppreparati, pproċessati jew imsajra li jkollhom kontenut ta' laħam.
Emenda 10 Artikolu 3
Mill-mument minn meta jinqatlu, l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, għandhom ikunu kklassifikati mill-operaturi, taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti msemmija f'Artikolu 8, paragrafu 1, f'waħda mill-kategoriji msemmija f'Anness I.
Mill-mument minn meta jinqatlu, l-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax -il xahar, għandhom ikunu kklassifikati mill-operaturi, taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1), f'waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji bil-ħsieb li jiżguraw l-konformita' ma' din id-dispożizzjoni.
Emenda 11 Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 1
1. Il-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax -il xahar għandhom ikunu kkummerċjalizzati biss fid-diversi Stati Membri skond id-deskrizzjoni (deskrizzjonijiet) tal-bejgħ imsemmija fl-Anness II stabbilit għal kull Stat Membru.
1. Il-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax -il xahar għandhom ikunu kummerċjalizzati biss fid-diversi Stati Membri skond id-deskrizzjoni(jiet) tal-bejgħ elenkat(i) fl-Anness II stabbilit għal kull Stat Membru. Id-deskrizzjoni(jiet) għandha tidher fid-dokumenti kummerċjali kollha.
Emenda 12 Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)
2 a Dan ir-Regolament ser japplika biss għall-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' iktar minn tmien xhur li qed ikun ikkummerċjalizzat bħala tip ta' laħam differenti miċ-ċanga (jew it-terminu ekwivalenti għal-laħam taċ-ċanga minn annimal adult fil-lingwi l-oħra tal-Komunità).
Emenda 13 Artikolu 5, paragrafu 1, parti introduttorja
1. Mingħajr ħsara għal Artikolu 3, paragrafu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta' l-Artikoli 13,14 u 15 tar-Regolament (KE) nru 1760/2000, f'kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fuq it-tikketti tal-prodotti tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' mhux aktar minn tnax-il xahar:
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(1), tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-ittikkettar, il-prezentazzjoni u r-riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel u ta' l-Artikoli 13, 14 u 15 tar-Regolament (KE) nru 1760/2000, il-kummerċjanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fuq it-tikketti tal-prodotti tal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat ta' eta' ta' mhux aktar minn tnax-il xahar:
Emenda 14 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (a)
a) -ittra ta' l-identifikazzjoni tal-kategorija kif definita fl-Anness I tar-Regolament preżenti,
(a) l-ittra ta' l-identifikazzjoni tal-kategorija kif definita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fl-istadji kollha ta' produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni għajr fl-istadju meta l-prodott ikun fornut lill-konsumatur finali;
Emenda 15 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b)
b) id-denominazzjoni tal-bejgħ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament preżenti,
(b) id-deskrizzjoni tal-bejgħ skond l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni,
Emenda 16 Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)
1a. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, punti (a), (b) u (c) ser tidher ukoll fid-dokumenti kummerċjali kollha.
Emenda 17 Artikolu 5, paragrafu 2, subparagrafu 2
L-indikazzjoni ta' l-informazzjoni stabbilita f'paragrafu 1, punt a) tista' ma tkunx obbligatorja sakemm ikun assigurat li x-xerrej ikollu informazzjoni korretta.
imħassar
Emenda 18 Artikolu 7, subparagrafu 2, punt (a)
a) l-indikazzjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni u d-data tat-twelid ta' l-annimali;
(a) l-indikazzjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni u tad-data tat-twelid ta' l-annimali, unikament fil-livell tal-biċċerija;
Emenda 19 Artikolu 8, paragrafu 1
1. Qabel l-[1 ta' Lulju 2007], l-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-kontrolli relatati ma' l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
1. Qabel l-...*, l-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-kontrolli uffiċjali relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
_______________ * Data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.
Emenda 20 Artikolu 9a (ġdid)
Artikolu 9a
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema ta' penali li għandhom jiġu applikati f'każ li permezz ta' kontrolli jidher nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament. Dawn il-penali ser ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan sa mhux aktar tard mill-...*, u għandhom jgħarfuha wkoll minnufih rigward kwalunkwe emenda li tkun saret. ________ *Tnax -il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 21 Artikolu 10, paragrafu 2
2.L-emendi għal Annessi I u II jistgħu jsiru skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
imħassar
Emenda 22 Anness I, subparagrafu 1, punt (A)
A) Kategorija X : annimali ta' l-ifrat ta' tmien xhur jew inqas
(A) Kategorija V : annimali ta' l-ifrat ta' tmien xhur jew inqas
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: X;
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V;
Emenda 23 Anness I, subparagrafu 1, punt (B)
B) Kategorija Y : annimali ta' l-ifrat ta' iktar minn tmien xhur imma ta' mhux iktar minn tnax -il xahar
(B) Kategorija Z : annimali ta' l-ifrat ta' iktar minn tmien xhur imma ta' mhux iktar minn tnax -il xahar
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Y.
Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z.
Emenda 24 Anness II, punt (A), parti introduttorja
A) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija X :
(A) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija V :
Emenda 25 Anness II, punt (B), parti introduttorja
B) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija Y :
B) Għal-laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat tal-kategorija Z :
Ratifika tal-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006*
288k
42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni Kkonsolidata ta' l-ILO ta' l-2006 dwar ix-Xogħol Marittimu (COM(2006)0288 – C6-0241/2006 – 2006/0103(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0288)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 42 u ta' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0241/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0019/2007),
1. Japprova proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata,
2. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi mill-Parlament
Emenda 1 Titolu
Proposal for a COUNCIL DECISION on authorising Member States to ratify, in the interests of the European Community, the 2006 Consolidated Maritime Labour Convention of the International Labour Organisation
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL għall-awtorizzazzjoni ta' l-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Komunita? Ewropea, il-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-Xogħol Marittimuta'l-2006
Emenda 2 Premessa 1
The 2006 consolidated Convention of the International Labour Organisation (hereinafter referred to as the ILO) on maritime labour was adopted on 23 February 2006 by the maritime session of the International Labour Conference of the ILO convened in Geneva.
Il-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (minn issa 'l quddiem imsejħa ILO) dwar ix-Xogħol Marittimu ta' l-2006 dwar ix-xogħol marittimu, ġiet adottata fit-23 ta' Frar 2006 mis-sessjoni marittima tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol ta' l-ILO f'Ġinevra.
Emenda 3 Artikolu 1
The Member States are hereby authorised to ratify the 2006 ILO consolidated Maritime Labour Convention, adopted on 23 February 2006.
L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati li jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ta' l-2006 ta' l-ILO, adottata fit-23 ta' Frar 2006.
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona: Servizzi soċjali ta' interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea (COM(2006)0177) u d-dokument ta' ħidma mehmuż ta' l-istaff tal-Komunità (SEC(2006)0516) (komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SSGIs),
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 2, 5, 16, 86, 136, 137(1)(j) u (k), 143, 144 u 145 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa(2), u b'mod partikulari l-Artikoli II-94 u III-122 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern(3),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u ta' l-24 ta' Marzu 2006,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Jannar 2004 dwar il-Green Paper dwar servizzi ta' interess ġenerali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-Mudell Soċjali Ewropew għall-futur(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0057/2007),
A. billi servizzi soċjali ta' interess ġenerali (SSGIs) jiffurmaw wieħed mill-pilastri tal-mudell soċjali Ewropew, u jwettqu parti essenzjali fl-iżgurar tal-paċi ċivika u fil-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika ta' l-Unjoni Ewropea, u huma wieħed mill-mezzi biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona,
B. billi, minbarra dan, l-SSGIs huma mfassla biex isaħħu l-effett tal-valuri kondiviżi fl-Ewropa kollha anke, fost l-oħrajn, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u l-iżvilupp tad-demokrazija u l-libertà, u billi l-iskop aħħari ta' l-SSGI huwa li jħares id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u r-rispett għad-dinjità umana,
C. billi l-SSGIs m'għandhomx jitqiesu bħala ostakolu għall-awtoritajiet pubbliċi, minħabba li, għall-kuntrarju, huma jiġġeneraw esternalitajiet pożittivi f'termini ta' tkabbir ekonomiku, prosperità, impjiegi u koeżjoni soċjali,
D. billi l-SSGIs huma pprovduti f'ambjent li qed jinbidel li jridu jaġġustaw infushom għalih b'mod regolari biex iżommu standards għoljin ta' kwalità u ta' effiċjenza,
E. billi d-disponibilità ta' servizzi soċjali essenzjali tvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor; billi, iżda, is-servizzi konċernati għandhom ikunu provduti tul it-territorju ta' l-Unjoni Ewropea kollu biex jiżguraw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha,
F. billi xi ambigwità tolqot ċerti kunċetti bażiċi f'dan il-qasam, bħal 'servizz pubbliku', 'servizz ta' interess ġenerali', 'servizz ta' interess ekonomiku ġenerali', u 'servizz soċjali ta' interess ġenerali', u billi din l-ambigwità hija riflessa f'atti reċenti tal-Komunità, u b'hekk tikkontribwixxi għall-inċertezza legali li hija komuni fis-settur,
G. billi n-nuqqas ta' regolament statutorju wassal għal korp wiesa' ta' interpretazzjoni ġudizzjarja, li mhux dejjem ikun konsistenti; billi s-setturi kollha kkonċernati qed isejħu għal qafas operattiv ċar li jnaqqas il-ħtieġa għal interpretazzjoni ġudizzjarja sa livell minimu u jimmira biex jikseb livell massimu ta' ċertezza legali,
H. billi, b'konsegwenza, teżisti ħtieġa urġenti biex ikunu ċċarati l-kunċetti kkonċernati u l-qafas legali li joperaw fih l-SSGIs, u b'mod partikulari biex ikun iċċarat il-prinċipju ta' 'interess ġenerali' u r-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-fondi pubbliċi,
I. billi servizzi soċjali ma għandhom taħt ebda ċirkustanza jitnaqqsu għal kategorija residwa definita mill-fatt li huma ma jistgħux ikunu mqabbla jew ma' servizzi kummerċjali jew ma' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali; billi, għall-kuntrarju, minħabba fis-settur tas-soċjetà li huma jindirizzaw il-ħtiġijiet tiegħu, u l-karatteristiċi distintivi ta' l-organizzazzjoni tagħhom, iffinanzjar u kompetenza, huma jridu jitqiesu bħala kategorija ta' servizzi separata u speċifika ta' importanza fundamentali għas-soċjetà,
J. billi s-settur ta' l-SSGI jipprovdi impjieg għal numru ta' persuni dejjem jiżdied, ir-rata ta' żieda fl-impjiegi f'dan is-settur hija ogħla mill-medja ta' setturi oħrajn ta' l-ekonomija, numru kbir ta' nisa huma impjegati f'dan is-settur, u s-settur fih mudelli ta' impjieg flessibbli u interessanti, bħal xogħol part-time, 'flexitime' u xogħol volontarju, li għandhom ikunu inkoraġġuti u jirċievu protezzjoni adegwata skond il-liġi ta' l-impjieg; billi, minn naħa l-oħra, is-settur jippreżenta wkoll sitwazzjonijiet allarmanti ta' nuqqas ta' sigurtà ta' l-impjieg, li għandhom ikunu evitati,
K. billi s-servizzi tas-saħħa, li huma esklużi mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SSGIs, huma SSGIs ukoll, u jikkondividu l-istess karatteristiċi u objettivi; jirrikonoxxi, iżda, l-karatteristiċi speċjali li joħorġu mill-organizzazzjoni kumplessa ta' servizzi tas-saħħa u l-piż finanzjarju tagħhom li jpoġġu fuq l-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri,
1. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li hija marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar servizzi ta' interess ġenerali u hija mfassla biex tipprovdi qafas speċifiku kunċettwali u legali għas-servizzi kkonċernati; iżda jqis li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SSGIs ma tipprovdix kjarifika suffiċjenti dwar il-klassifikazzjoni u d-definizzjoni ta' SSGIs, u tippostponi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-qafas legali li għandha tapplika għalihom;
2. Isostni mill-ġdid l-impenn tiegħu għal SSGI modern u ta' kwalità għolja bbażat fuq il-valuri ta' l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-dinjità umana, u l-prinċipji ta' l-aċċessibilità, servizz universali, effiċjenza, mmaniġġjar ekonomiku ta' riżorsi, kontinwità, prossimità għal utenti tas-servizz u trasparenza, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dmirijiet tal-Komunità kif stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat;
3. Huwa konvint li l-SSGIs huma mezz xieraq li jsaħħaħ id-dimensjoni soċjali ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, li jilħqu l-objettivi ta' l-aġenda soċjali u li jindirizzaw sfidi bħal globalizzazzjoni, bidla industrijali, progress teknoloġiku, bidla demografika, migrazzjoni u tendenzi soċjali u ta' impjieg dejjem jinbidlu, u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' Ewropa soċjali;
4. Jilqa' r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tan-natura speċjali tal-karatteristiċi prinċipali fejn l-SSGIs jistgħu jkunu definiti, li tiddistingwihom minn tipi oħra ta' servizzi; iżda jqis li l-kriterji organizzattivi li, skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SSGIs, huma l-karatteristiċi uniċi ta' l-SSGIs, ma jistgħux ikunu aċċettati minbarra fuq bażi proviżorja u indikattiva, sakemm joħorġu konklużjonijiet aktar definittivi mill-proċess ta' konsultazzjoni li l-Kummissjoni ħasbet biex twettaq ma' l-Istati Membri u fornituri u utenti ta' l-SSGI;
5. Iqis li jkun żball li jkun adottat approċċ lejn l-SSGIs li jpoġġi ħdejn xulxin ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat u s-suq intern minn naħa, u kunċetti ta' servizz pubbliku, interess ġenerali u koeżjoni soċjali minn naħa l-oħra; għall-kuntrarju iqis li huwa meħtieġ li dawn il-fatturi jkunu rikonċiljati bil-promozzjoni ta' sinerġiji pożittivi bejn l-aspetti ekonomiċi u soċjali; iżda jinnota li fil-każ ta' l-SSGIs, ir-regoli tal-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat u s-suq intern iridu jkunu kompatibbli mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku, u mhux viċe-versa;
6. Jirrikonoxxi li, fil-każ ta' SSGIs, hemm żewġ fatturi kontrastanti li jridu jkunu rikonċiljati: minn naħa, il-prinċipju tas-sussidjarjetà li jħares il-libertà ta' l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru biex jiddefinixxu, jorganizzaw u jiffinanzjaw SSGIs kif jaħsbu li jkun xieraq, bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, u, minn naħa l-oħra, ir-responsabilità konġunta tal-Komunità bi qbil mat-Trattat, u b'mod partikulari l-Artikolu 16 tiegħu, u l-eżistenza tal-valuri u prinċipji stabbiliti li huma kondiviżi fi ħdan l-Ewropa u li jridu jkunu rispettati minn kulħadd, billi jkun żgurat li r-regoli li huma suġġetti għalihom l-SSGIs iħarsu d-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità ta' l-individwu;
7. Jikkunsidra iżda, fid-dawl tal-karatteristiċi partikulari ta' l-SSGIs, li jirrelataw mal-karatteristika tas-servizzi u tas-sitwazzjoni ta' dawk li jibbenefikaw minnhom, il-missjoni ta' interess ġenerali tagħhom u n-nuqqas ta' abilità tas-suq li jilħaq ċerti rekwiżiti fil-qasam tas-servizzi soċjali, li, f'każ ta' kunflitt, għandha tingħata prijorità għad-difiża ta' l-interess ġenerali, li hija l-karatteristika u l-aspett uniku ta' l-SSGIs;
8. Jinnota bi tħassib f'dan ir-rigward ċerti inizjattivi reċenti biex ikunu applikati għal ċertu SSGIs, regoli u prinċipji xierqa għal servizzi u servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku, mingħajr ma jitqiesu l-fatturi u l-prinċipji li jiddistingwu SSGIs minn servizzi oħrajn;
9. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-proċess ta' konsultazzjoni f'aktar dettal sabiex tiċċara l-applikazzjoni ta' ċerti regoli Komunitarji għas-servizzi soċjali; barra minn hekk, huwa ta' l-opinjoni li l-proċess ta' konsultazzjoni propost estiż għandu jitlesta sa nofs l-2007 u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tfassal deċiżjoni dwar kif għandu jitkompla dan il-proċess u tidentifika l-aħjar approċċ, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-ħtieġa u l-leġittimità ta' proposta leġiżlattiva speċifika skond is-settur;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipproteġu u jippromwovu s-sistemi ta' impjieg li ta' spiss jinsabu fis-settur ta' l-SSGI, inkluż l-impjieg tan-nisa, sigħat flessibbli tax-xogħol, xogħol part-time u l-użu tas-settur tal-volontarjat, filwaqt li tingħata attenzjoni sabiex ma jkunux imħeġġa l-frodi u l-insikurezza ta' l-impjieg u mingħajr ma jikkawżaw tnaqqis fil-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema fis-settur jew jirrikorru għal ħaddiema mhux kwalifikati jew bi kwalifiki baxxi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tinkludi, matul il-proċess ta' konsultazzjoni u fir-rapport tagħha, mistoqsijiet dwar l-inklużjoni ugwali tas-sessi;
11. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-fornituri ta' l-SSGI, fid-dawl ta' l-istress, is-sigħat tax-xogħol (xift u xogħol ta' bil-lejl) u n-natura perikoluża jew iebsa ta' ċerti attivitajiet mwettqa mis-servizzi soċjali, biex jiżviluppaw inizjattivi ta' taħriġ vokazzjonali maħsuba sabiex jippermettu lill-ħaddiema li jaġġustaw u li jkampaw ma' dawn iċ-ċirkustanzi, bil-għan li jkunu żgurati servizzi ta' kwalità aqwa u li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' ħajja għall-ħaddiema f'dan is-settur; iqis ukoll li, minħabba n-natura dejjem tinbidel tal-ħtiġijiet ta' l-SSGIs, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li l-ħaddiema fl-SSGIs jkollhom livell għoli ta' taħriġ vokazzjonali;
12. Jifraħ lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni tagħha li fid-definizzjoni u fl-organizzazzjoni ta' l-SSGIs, tikkonsulta 'l dawk kollha involuti; jemmen li dan id-djalogu se jwassal għal trasparenza akbar u servizzi ta' kwalità aħjar u jgħin sabiex jingħataw aktar saħħa l-prinċipji u l-valuri li fuqhom huma msejsa;
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw id-diversità tal-metodi ta' l-organizzar u l-immaniġġjar ta' l-SSGIs, tar-riżorsi tagħhom u tal-metodi ta' l-iffinanzjar ta' dawn is-servizzi; jappella wkoll biex ikunu stabbiliti sħubiji bejn is-settur privat u dak pubbliku sabiex jingħataw dawn is-servizzi, filwaqt li tingħata attenzjoni li jkun promoss l-interess ġenerali u tkun żgurata l-provvista ta' servizzi effiċjenti u ta' kwalità għolja;
14. Iqis li d-diversi awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta' l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu jekk l-SSGIs għandhomx jingħataw minn assoċjazzjonijiet reċiproki, forom oħra ta' organizzazzjonijiet soċjali jew negozji privati, fil-każi fejn il-forniment tas-servizzi mis-settur privat huwa kompatibbli mal-prinċipju tal-ħarsien ta' l-interess ġenerali, iżda jqis li, fi kwalunkwe ħin, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw li l-fornituri tas-servizzi jkunu jikkonformaw mal-prinċipji u l-valuri assoċjati ma' l-SSGIs u jekk is-servizzi jkunux qed jingħataw skond ir-rekwiżiti speċifikati minn qabel mill-awtoritajiet pubbliċi;
15. Jilqa' b'sodisfazzjon l-involviment tad-ditti fl-iffinanzjar, appoġġ u għoti ta' SSGIs, fil-kuntest tal-qadi tar-responsabilitajiet soċjali tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu aktar lill-imsieħba soċjali fl-iżvilupp ta' metodi ta' dan it-tip, skond id-drawwiet ta' kull Stat Membru;
16. Jinnota li f'xi Stati Membri, id-deċentralizzazzjoni tas-setgħat lejn awtoritajiet reġjonali jew lokali bil-għan li jingħataw SSGI, ma twettqitx flimkien ma' allokazzjoni ta' riżorsi baġitarji suffiċjenti li tippermettilhom li joffru servizzi ta' l-ogħla livell f'termini kwantitattivi u ta' kwalità; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li kull trasferiment ta' setgħat favur awtoritajiet reġjonali jew lokali bil-għan li jingħataw SSGI isir flimkien ma' l-għoti ta' riżorsi baġitarji adegwati;
17. Jirrakkomanda s-sejħa għal forum, taħt l-awspiċji tal-Parlament, li jressaq flimkien organizzazzjonijiet soċjali Ewropej u rappreżentanti mill-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex ikun ta' gwida fil-mod kif dan il-proċess għandu jitwettaq;
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika
297k
59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa,u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, minn naħa l-oħra
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra (COM(2006)0169), ('l-abbozz ta' ftehim ta' Novembru 2005')
– wara li kkunsidra t-test għal abbozz ta' ftehim ġdid li qablu dwaru d-delegazzjonijiet ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti fit-2 ta' Marzu 2007 ("abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007"),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-iżvilupp ta' l-aġenda għall-politika esterna ta' l-avjazzjoni tal-Komunità(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kounita' Ewropea iddeċidiet li bosta ftehimiet bilaterali ta' l-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti jmorru kontra l-prinċipji tal-liġi ta' l-UE u billi l-konkluzzjoni ta' ftehim dwar l-avjazzjoni bejn l-UE u lIstati Uniti hija l-aħjar mezz biex tiġi garantita konformità sħiħa mal-liġi ta' l-UE,
B. billi s-swieq ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti flimkien jiffurmaw 60% tat-traffiku ta' l-ajru dinji u ftehim ta' l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti ikun ta' benefiċċju għall-konsumaturi fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku u tista' sservi ta' mudell għal iżjed liberalizzazzjoni u konverġenza regolatorja mad-dinja kollha,
C. billi l-Kunsill ikkunsidra l-abbozz tal-ftehim li ġie finalizzat f'Novembru 2005 ma kienx ser jipprovdi bilanċ suffiċjenti ta' opportunitajiet, sakemm l-Istati Uniti ma joħolqux opportunitajiet akbar għall-kumpaniji ta' l-UE biex ikollhom aċċess għas-suq domestiku ta' l-Istati Uniti permezz ta' investiment u parteċipazzjoni fil-kumpaniji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti,
D. billi d-Dipartiment tat-Trasport ta' l-Istati Uniti rrisponda b'Avviż ta' Proposta ta' Tfassil tar-Regoli, li jnaqqas ir-riġidità ta' l-interpretazzjoni tiegħu tar-rekwiżit statutorju li l-kumpaniji ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti jridu jkunu taħt il-kontroll proprju taċ-ċittadini ta' l-Istati Uniti, imma ddeċieda f'Diċembru 2006 li jirtira dan l-Avviż wara li analizza bosta kummenti pubbliċi, inklużi dawk riċevuti mill-Kungress ta' l-Istati Uniti,
E. billi dan wassal għal sensiela ġdida ta' negozjati li rriżultaw f'test għal abbozz ta' ftehim ġdid fit-2 ta' Marzu 2007,
F. billi fi ftehim bħal din il-konverġenza tar-regolamenti hija partikularment importanti, speċjalment ta' regolamenti dwar is-sikurezza, is-sigurtà, l-ambjent u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema,
Prinċipji ġenerali
1. Jirrikonoxxi l-importanza tal-ftehim ta' l-avjazzjoni bejn l-UE u lIstati Uniti mhux biss għal mertu tagħha stess imma wkoll bħala eżempju għal ftehim ieħor fil-futur;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon, għalhekk, l-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 bħala pass importanti lejn suq integrat ta' l-avjazzjoni fit-transatlantiku li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi;
3. Kien jippreferi kieku l-konklużjoni ta' ftehima ġenerali bilanċjata waħda li tkopri l-aspetti kollha tal-ftuħ tas-suq u tal-konverġenza regolatorja minflok approċċ b'fażijiet differenti fi ftehimiet parzjali;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon, għalhekk, l-Artikolu 21 ta' l-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 li jinkludi aġenda u kalendarju ċar għan-negozjati dwar ftehima tat-tieni stadju, inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Partijiet li jissospendu d-drittijiet speċifikati fil-ftehima ta' l-ewwel stadju jekk 30 xhar wara l-bidu tan-negozjati dwar ftehima tat-tieni stadju ma tkun ġiet konkluża l-ebda ftehima ta' dan it-tip;
5. Jitlob lill-Ministri tat-Trasport biex jadottaw l-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 waqt il-laqgħa tal-Kunsill tat-22 u tat-23 ta' Marzu 2007;
Il-ftuħ tas-suq
6. Jenfasizza li ftehim ta' l-avjazzjoni ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tkun bilanċjata f'termini ta' aċċess għas-suq, billi jiġu kkunsidrati wkoll kwistjonijiet bħal kabotaġġ, dritt ta' stabbiliment, sjieda, u kontroll de facto u għajnuna statali;
7. Jilqa' b'sodisfazzjoni, għalhekk, inter alia klawsoli fl-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 dwar il-pussess, l-investiment u l-kontroll (Anness 4) u dwar l-għoti ta' franchise u ditti (Anness 5), u l-ftuħ tal-'Programm Fly America' għall-kumpaniji ta' l-UE;
8. Jiddispjaċih, madankollu, li ma sar l-ebda progress dwar il-kabotaġġ u li l-possibilità għall-kumpaniji ta' l-UE li jeżerċitaw kontroll effettiv fuq linja ta' l-ajru ta' l-Istati Uniti għadha limitata, anke bil-klawsoli estiżi ta' pussess;
9. Jenfasizza li sussidji tal-gvern lill-kumpaniji ta' l-ajru jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u jistieden liż-żewġ partijiet biex iżommu l-użu tagħhom fl-iżjed livell minimu possibli filwaqt li fl-istess ħin jilqa' proċeduri li bihom il-partijiet jistgħu jinfurmaw lil xulxin u jiddiskutu miżuri meħuda minn kull naħa;
Konverġenza regolatorja
10. Jinnota li l-iżvilupp ta' konverġenza regolatorja hija ttrattata biss b'mod parzjali fl-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 u tħalliet pjuttost għall-Kumitat Konġunt;
11. Barra minn hekk jinnota li sakemm l-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 jittratta l-konverġenza regolatorja, dan jaffettwa l-iżjed dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà, bi ftit referenza dwar l-aspetti ambjentali u soċjali;
Sikurezza u sigurtà
12. Jilqa' l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti fil-qasam tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni, kemm fil-livell ta' l-UE u fil-livell federali ta' l-Istati Uniti kif ukoll rispettivament fil-livell ta' l-Istati Membri u l-Istati;
13. Jinnota l-importanza tal-"blacklist" Ewropea ta' kumpaniji li mhumiex ta' standard xieraq u tas-sistema ta' l-Istati Uniti li timmonitorja l-istandards tal-kumpaniji ta' l-ajru u jistieden liż-żewġ partijiet biex jaqsmu informazzjoni f'dan ir-rigward;
14. Jinnota l-importanza ta' miżuri tas-sigurtà għall-avjazzjoni imma jwissi kontra miżuri eċċessivi jew mhux ikkoordinati li mhumiex ibbażati fuq evalwazzjoni adegwata tar-riskju;
15. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-l-Istati Uniti, biex jirrevedu l-effiċjenza ta' miżuri tas-sigurtà addizzjonali fis-seħħ mill-2001 biex jeliminaw l-irduppjar u ħoloq dgħajfa fil-katina tas-sigurtà;
16. Jenfasizza li l-privatezza taċ-ċittadini Ewropej u ta' l-Istati Uniti għandha tiġi rispettata meta jkun hemm skambju bejn l-UE u l-Istati Uniti ta' data personali tal-passiġġieri, skond il-kriterji mitluba mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003(2) u tas-7 ta' Settembru 2006(3); jenfasizza f'dan ir-rigward l-urġenza li jinkisbu standards mad-dinja kollha dwar protezzjoni tad-data u dwar il-privatezza;
17. Iħaddan il-kunċett ta' "kontroll wieħed tas-sigurtà", b'kontrollar fuq il-passiġġieri u bagalji li jsir biss fil-bidu tal-vjaġġ tagħhom u mhux mill-ġdid ma' kull trasferiment;
Ambjent
18. Jirrikonoxxi li s-settur ta' l-avjazzjoni għandu ħafna effetti ambjentali negattivi, b'mod partikulari bħala sors ta' storbju u bħala kontributur sinifikanti għall-bidla klimatika, bħal modi oħrajn ta' trasport, u li dawn l-effetti se jiżdiedu bit-tkabbir ta' l-avjazzjoni;
19. Jinnota li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 ta' l-abbozz tal-ftehim tat-2 ta' Marzu 2007 jisħqu l-iżjed fuq l-effetti negattivi possibbli ta' miżuri ambjentali u l-ħtieġa biex dawn jittaffew, minflok ma jkun hemm enfasi fuq il-ħtieġa ta' azzjoni ambjentali fl-avjazzjoni;
20. Għalhekk jenfasizza l-ħtieġa kemm għan-naħa ta' l-UE kif ukoll ta' l-Istati Uniti biex jieħdu miżuri effettivi biex inaqqsu l-impatt ambjentali negattiv ta' l-avjazzjoni, mingħajr esklużjoni minn qabel ta' kwalunkwe strument regolatorju, finanzjarju jew ta' tip ieħor biex jintlaħaq dan l-għan;
21. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tinkludi l-avjazzjoni fis-sistema ta' kummerċ ta' l-emissjonijiet Ewropej biex jitnaqqas l-impatt tas-settur ta' l-avjazzjoni fuq il-bidla klimatika; jinnota li taħdidiet iridu jitwettqu ma' l-Istati Uniti fi stadju tal-bidu bil-ħsieb li jinkludu t-traffiku bl-ajru transatlantiku fi ħdan is-sistem Ewropea ta' kummerċ ta' l-emissjonijiet mill-2012 biex jippermettu l-avjazzjoni biex tkun inkluża fi ħdan il-perjodu ta' żmien stipulat;
22. Jistieden liż-żewġ partijiet biex jagħmlu skambju ta' l-aħjar prattika dwar it-tnaqqis ta' l-istorbju, filwaqt li jkunu rikonoxxuti d-differenzi f'ċirkustanzi lokali;
23. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Paragrafi 34 u 35 tal-Memorandum ta' Konsultazzjonijiet mehmuż ma' l-abbozz ta' ftehim tat-2 ta' Marzu 2007, li fihom l-Istati Uniti u l-UE jaqblu li jaħdmu flimkien fil-qafas tal-ICAO u tal-G8 biex inaqqsu l-istorbju u l-emissjonijiet mill-vetturi ta' l-ajru; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni ta' l-awtoritajiet responsabbli ta' l-Istati Uniti u ta' l-UE biex itejbu l-kooperazzjoni teknika fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp tat-teknoloġija fix-xjenza tal-klima;
Politika soċjali
24. Jistieden lill-partijiet interessati fis-settur ta' l-avjazzjoni ta' l-Istati Uniti u ta' l-UE biex jieħdu sehem fi djalogu kontinwu dwar standards soċjali, bl-għan li jippromwovu qbil reċiproku, kundizzjonijiet indaqs u fl-istess waqt livell għoli ta' standards soċjali;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex titlob għall-introduzzjoni ta' referenzi għal leġiżlazzjoni internazzjonali relevanti dwar id-drittijiet soċjali fiftehim eventwalli, b'mod partikulari l-istandards tax-xogħol inkorporati fil-konvenzjonijiet fundamentali ta' l-Organizazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO 1930-1999), fil-linji gwida ta' l-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (1976, riveduti 2000) u fil-Konvenzjoni ta' Ruma dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali (1980);
26. Jinsisti li l-leġiżlazzjoni soċjali ta' l-UE għandha tiġi applikata għall-ħaddiema reklutati u/jew li jaħdmu fl-Istati Membri, b'mod partikulari d-Direttivi dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-impjegati (2002/14/KE, 98/59/KE u 80/987/KEE), id-Direttiva dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' staff mobbli fl-avjazzjoni ċivili (2000/79/KE) u d-Direttiva dwar l-impjegar ta" ħaddiema fil-qafas tad-dispożizzjoni tas-servizzi (96/71/KE);
Il-proċess tan-negozjati
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm informazzjoni u konsultazzjoni kompleta tal-Parlament Ewropew u tal-partijiet relevanti kollha li għandhom interess fis-settur qabel u matul in-negozjati tat-tieni stadju;
28. Jilqa' l-idea li jkun hemm laqgħat regolari bejn Membri tal-Parlament Ewropew u l-Kungress ta' l-Istati Uniti biex jiddiskutu l-kwistjonijiet relevanti kollha rigward il-ftehim ta' l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti;
o o o
29. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta'l-Istati Membri u lill-Kungress Amerikan.
– wara li kkunsidra t-tielet sessjoni tal-Kumitat Preparatorju (PrepCom) għall-Konferenza ta' Reviżjoni għal 2010 għat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni ta' Armamenti Nukleari (NPT), li se ssir fi Vjenna mit-30 ta' April sal-11 ta' Mejju 2007,
– wara li kkunsidra l-konsensus fl-Unjoni Ewropea biex jingħata nifs ġdid u jissaħħaħ l-NPT minn issa sal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT li ġejja, li għandha ssir fl-2010,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1540(2004) u 1673(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-non-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa (WMD),
– wara li kkunsidra l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea u, b'mod partikulari, l-istrateġija ta' l-UE kontra l-proliferazzjoni ta' WMD, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-NPT, partikularment ir-riżoluzzjoni wiesgħa tiegħu adottata fl-10 ta' Marzu 2005 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-2005 dwar it-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari - Armamenti Nukleari fil-Korea ta' Fuq u l-Iran(1),
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/329/PESC tal-25 ta' April 2005 dwar il-Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijieet għat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni ta' Armamenti Nukleari ta' l-2005(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. wara li kkunsidra l-konsensus qawwi fl-Unjoni Ewropea biex jingħata nifs ġdid u jissaħħaħ l-NPT fil-perijodu li jwassal sal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT li ġejja, li għandha ssir fl-2010,
B. jenfasizza li l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni tad-WMD u r-Riżoluzzjoni 1540(2004) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU jenfasizzaw l-importanza tan-non-proliferazzjoni nukleari u d-diżarm, u jiddeskrivu l-proliferazzjoni tad-WMD u l-mezzi ta' twassil tagħhom bħala waħda mit-theddidiet l-aktar importanti għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali,
C. ifakkar fid-dikjarazzjoni fir-rapport tal-Panel ta' Livell Għoli tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar it-Theddidiet, l-Isfidi u l-Bidla intitolat 'Dinja aktar sikura: Ir-Responsabbilità tagħna lkoll' li 'qed noqorbu lejn punt fejn it-tgħawwir tar-reġim tan-non-proliferazzjoni jista' jsir wieħed irriversibbli u jirriżulta f'żieda qawwija fil-proliferazzjoni',
D. wara li kkunsidra l-kunsens internazzjonali dejjem ikbar dwar l-urġenza tad-diżarm nukleari kif promossa mill-Koalizzjoni ta' l-Aġenda l-Ġdida u d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-Laqgħa Għolja Dinjija tar-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi (imlaqqa" minn Mikhail Gorbachev u s-Sindku ta' Ruma, Walter Veltroni) tat-30 ta' Novembru, 2006,
E. jenfasizza l-irwol tal-parlamenti u tal-parlamentari biex jippromwovu n-non-proliferazzjoni nukleari u d-diżarm u, f'din il-perspettiva jilqa' l-isforzi tan-Netwerk Parlamentari għad-Diżarm Nukleari,
1. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-NPT huwa l-pedament tar-reġim globali ta' non-proliferazzjoni, is-sies essenzjali għall-promozzjoni ta' koperazzjoni fl-użi paċifiċi ta' l-enerġija nukleari u element importanti sabiex jitmexxa 'l quddiem l-għan li jintlaħaq diżarm nukleari u diżarm ġenerali skond l-Artikolu VI tiegħu;
2. Jistieden lill-Istati li l-attivitajiet tagħhom jiksru r-reġim ta' non-proliferazzjoni biex iwaqqfu l-imġieba mhux għaqlija u rresponsabbli tagħhom u biex jikkonformaw fis-sħiħ ma' l-obbligi tagħhom skond l-NPT; jerġa' jtenni s-sejħa tiegħu lill-Istati kollha li mhumiex parti mill-NPT biex jikkonformaw volontarjament ma' u jaderixxu mat-Trattat;
3. Iħeġġeġ kemm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjonijiet li qed isiru fil-laqgħa tal-PrepCom ta' l-NPT fi Vjenna u sabiex jagħtu kontribut koordinat, sostanzjali u viżibbli lejn ir-riżultat pożittiv tal-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-NPT ta' l-2010;
4. Jistieden kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Kummissjoni biex jiċċaraw liema passi qed jaħsbu li jieħdu biex isaħħu l-NPT u biex ifittxu multilateraliżmu effettiv, kif stipulat fl-Istrateġija ta" l-UE ta" Diċembru 2003 kontra l-Proliferazzjoni ta' Materjali u Armi tal-Qerda tal-Massa;
5. Jafferma li sabiex l-isforzi multilaterali jkunu effettivi, dawn għandhom ikunu bbażati f'viżjoni żviluppata sew ta' kisba ta' dinja ħielsa mill-armi nukleari fl-eqreb data possibbli;
6. Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex tipproduċi rapporti regolari ta' progress fis-snin li se jwasslu għall-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-2010 dwar l-implimentazzjoni ta' kull waħda mit-43 miżura adottati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/329/PESC, kif ukoll lista ta' impenji ġodda li l-Kunsill jixtieq jasal għalihom fil-Konferenza ta" Reviżjoni ta" l-NPT ta' l-2010;
7. Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex waqt il-PrepCom ta' l-NPT tippromwovi numru ta" inizjattivi ta" diżarm, ibbażati fuq "Il-Prinċipji u l-Għanijiet għad-Diżarm u non-proliferazzjoni nukleari" miftiehma fil-Konferenza ta" Reviżjoni ta" l-NPT ta" l-1995 u fuq it-"13-il Pass Prattiku" li kien sar ftehim unanimu dwarhom fil-Konferenza ta" Reviżjoni ta" l-NPT tas-Sena 2000, li għandhom jittejbu u jiġu implimentati sabiex isir progress u biex tkun evitata rigressjoni jew waqfien;
8. Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill, b'mod partikulari, biex jintrebaħ l-istaġnar dwar it-twaqqif ta' Trattat verifikabbli dwar il-Qtugħ tal-Produzzjoni ta' Materjal Fissili (Fissile Material Cut-Off Treaty), biex jitħaffef il-proċess ta' l-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni ta' Provi Nukleari(CTBT) mill-Istati kollha, b'mod speċjali dawk li r-ratifika min-naħa tagħhom hi meħtieġa biex dan jidħol fis-seħħ, biex jitkellem favur it-twaqqif totali tal-provi ta' l-armi nukleari kollha sakemm is-CTBT jidħol fis-seħħ, u biex jagħti prijorità lill-importanza li jitnaqqas ir-riskju ta' terroriżmu nukleari billi jiġu żviluppati u infurzati kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' materjali, tagħmir u/jew teknoloġiji sensittivi relatati ma" armi ta" qerda tal-massa;
9. Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tippromwovi inizjattivi lejn proċess internazzjonali multilaterali ta' l-arrikkiment ta' l-uranju taħt il-kontroll ta' l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA);
10. Jirrakkomanda li l-Parlament jibgħat delegazzjoni fi Vjenna sabiex tipparteċipa fl-avvenimenti tal-Prepcom ta' l-NPT; jitlob lill-Presidenza tal-Kunsill sabiex tinkludi rappreżentanti tal-Parlament fid-delegazzjoni ta' l-UE (preċedent imwaqqaf mid-delegazzjoni ta' l-UE għall-Konferenza dwar Armi Żgħar fl-2006;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, lid-Direttur Ġenerali ta' l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, lin-Netwerk Parlamentari dwar id-Diżarm Nukleari, lis-Sindki għall-Paċi, u wkoll lill-organizatturi l-oħra tal-konferenza internazzjonali dwar id-diżarm nukleari li għandha ssir fil-Parlament fid-19 ta' April 2007.